English

« TEMI TAS-SENA

Matul is-sena akkademika 2021-2022, aħna qed nippreżentaw riflessjonijiet u riżorsi relatati ma’ ‘Ilkoll Aħwa’ li jistgħu jintużaw waqt il-mument tal-assembly jew mumenti oħra. Il-kura pastorali hija bżonnjuża illum iktar minn qatt qabel għax għandna bżonn dejjem ikbar li nsaħħu r-relazzjonijiet tagħna flimkien u nirrestawraw it-tama, speċjalment fil-ġenerazzjoni tat-tfal u ż-żgħażagħ. Għalkemm dawn ir-riżorsi huma maħluqa bl-eta partikolari f’moħħna, madanakollu inħallu f’idejn il-mod professjonali li l-edukaturi jaddattaw il-materjal skont il-bżonnijiet u l-etos tal-iskola u tal-istudenti.

Iż-Żmien Preżenti

Ilkoll Aħwa – Espressjoni li fil-mument preżenti qed issir dejjem iktar importanti u relevanti. Ilkoll nagħrfu diversi sfidi kemm lokali u anke internazzjonali. Forsi l-iktar evidenti hija l-pandemija li laqtitna f’kull aspett tal-ħajja tagħna l-bnedmin speċjalment fl-iktar aspetti fraġli kemm tal-ħajja personali u dik soċjali.

Niftħu għajnejna għal dak li qed jiġri

Il-kriżijiet li qed iġġib magħha l-pandemija  u t-tibdil fil-klima tad-dinja huma evidenti u qed iqanqlu diversi tbatijiet f’reġjuni varji tad-dinja tagħna – id-Dar komuni tagħna. Dan it-tibdil fil-klima li huwa mgħaġġel mid-deċiżjonijiet ħżiena tagħna l-bnedmin – deċiżjonjiet li huma mqanqla mill-egoiżmu fejn jien jinteressani biss minn kemm jien ser nieħu gost u kemm ser niggwadanja issa.
Dan l-aspett ilaqqana wkoll ma’ kriżijiet morali u spiritwali fi ħdan il-poplu tagħna f’Malta u Għawdex. Il-mentalità li jien niġi qabel kulħadd qed tkisser l-ambjent naturali tagħna, is-sbuħija tal-ambjent mibni, il-ħajja tal-familja, is-sistema ekonomika u demokratika tagħna, ir-relazzjonijiet ta’ bejn persuni ta’ razez differenti, orjentazzjonijiet sesswali, reliġjonijiet u filosofiji differenti u kull aspett ieħor li jiddependu minn xulxin.

Nagħrfu l-valur tagħna

Kull persuna hija mogħnija bl-ikbar rigal tal-ħajja, li permezz tagħha aħna nagħrfu l-valur tagħna u nkomplu niżviluppawha bid-deċiżjonijiet tagħna. Nista’ niddeċiedi li jien jimpurtani biss minni nnifsi u b’hekk ir-relazzjonijiet tiegħi ma’ Alla, mal-oħrajn u mal-ħolqien nużahom għall-gwadann egoist tiegħi, jew nista’ niddeċiedi li nagħraf il-valur imprezzabli ta’ ħajti u b’hekk napprezza r-relazzjonijiet l-oħra. Il-ħajja tingħex b’imħabba, b’għotja għall-oħrajn lejn kull membru tal-aħwa tagħna kollha, anke jekk narawhom ħafna differenti minna jew saħansitra narawhom bħala theddida.

Tema Skolastika – Ilkoll Aħwa

It-tema ta’ matul din is-sena skolastika (2021-2022) – Ilkoll aħwa – ser tinkoraġġina biex nagħrfu s-sbuħija tal-ħajja li aħna għandna ġewwa fina li tmur lil hinn mill-ġid finanzjarju, il-popolarità, l-unuri u mill-gwadann li jista’ jkolli permezz ta’ dak li nagħmel. Din is-sbuħija nagħrfuha f’xulxin b’mod speċjali f’min hu l-iktar vulnerabbli.

Riżorsi skont l-esiġenzi

Bħala SDS ser niżviluppaw għajnuniet għar-riflessjoni dwar kif qed ngħixu dan fl-iskola. Dawn ir-riżorsi jinkludu assemblies, riżorsi għaċ-ċelebrazzjonijiet tal-liturġija, attivitajiet riflessivi u hands-on permezz ta’ prayer spaces, għajnuniet għall-prattika tal-meditazzjoni,  kif ukoll opportunitajiet ta’ proġetti għall-iskejjel relatati ma’ din l-istess tema ‘Ilkoll Aħwa’ skond il-bżonnijiet u l-esiġenzi li jiżviluppaw tul is-sena.


Bħal dejjem, napprezzaw ħafna l-ideat u s-suġġerimenti tagħkom, u ta’ dan nirringrazzjawkom bil-quddiem

Qari mill-Ewwel Ittra ta’ San Ġwann Appostlu (1 Ġw 4: 7-12)

Għeżież, ejjew inħobbu ’l xulxin, għax l-imħabba ġejja minn Alla, u kull min iħobb hu mwieled minn Alla u jagħraf lil Alla. Dak li ma jħobbx ma għarafx lil Alla, għax Alla hu mħabba.  B’dan dehret l-imħabba ta’ Alla fina, għax Alla bagħat lil Ibnu l-waħdieni fid-dinja, biex ngħixu bih.  U hawn qiegħda l-imħabba; mhux għax aħna ħabbejna ’l Alla, imma għax ħabbna Hu u bagħat lil Ibnu biex ikun ta’ tpattija għal dnubietna. Għeżież, jekk Alla ħabbna daqshekk, aħna wkoll għandna nħobbu lil xulxin. Lil Alla għadu ħadd ma rah, imma jekk inħobbu ’l xulxin hu jgħammar fina, u mħabbtu ssib il-milja tagħha fina.

Il-Kelma tal-Mulej

R/. Irroddu ħajr lil Alla


Salm Responsorjali (Salm 17, 2-3a.3bċ-4-47.51ab)


R/: Inħobbok, Mulej, qawwa tiegħi!
Inħobbok, Mulej, qawwa tiegħi! 
Il-Mulej blata tiegħi,
fortizza u ħellies tiegħi! R/.

 Alla tiegħi, sur tal-kenn tiegħi u tarka tiegħi,
qawwa tas-salvazzjoni tiegħi u kenn tiegħi!
 Insejjaħ il-Mulej, li hu ta’ min ifaħħru,
u nkun meħlus mill-għedewwa tiegħi. R/.

 Ħaj il-Mulej! Imbierek hu, il-blata tiegħi!
Ikun imfaħħar Alla tas-salvazzjoni tieg˙ħ!
Hu jkabbar ir-rebħ lis-sultan tiegħu,
juri mħabbtu mal-midluk tiegħu. R/.

Evanġelju
Qari mill-Evanġelju ta’ San Mark (Mk 10: 13-15)


Ġabulu quddiemu xi tfal ċkejknin biex iberikhom, iżda d-dixxipli tiegħu qabdu jgħajtu magħhom. Ġesù, meta ra hekk, inkorla u qalilhom: “Ħalluhom it-tfal żgħar jiġu għandi; iżżommuhomx, għax ta’ min hu bħalhom hija s-Saltna ta’ Alla. Tassew ngħidilkom, li min is-Saltna ta’ Alla ma jilqagħhiex bħal tifel ċkejken ma jidħolx fiha.” Imbagħad ħaddanhom miegħu u qiegħed idejh fuqhom u berikhom.

Il-Kelma tal-Mulej

R/. It-tifħir lilek Kristu

Qari mill-Ktieb tal-Profeta Isaija (Is 43, 18-19. 21-22. 24-25)

Dan jgħid il-Mulej: “La tiftakrux iżjed fi ġrajjiet l-imgħoddi; la taħsbux fuq dak li ġara qabel. Arawni, sejjer nagħmel ħaġa ġdida: feġġet issa; għadkom ma ttendejtux? Se nifta˙ triq fix-xagħri, xmajjar fid-deżert. Il-poplu sawwart għalija, biex ixandar it-tifħir tiegħi. B’danakollu, int, Ġakobb, ma sejjaħtlix, għax int xbajt minni, o Iżrael! Għabbejtni bi dnubietek, fnejtni bi ħżunitek. Jien, jien hu, li nħassar dnubietek minħabba fija, u li ħtijietek iżjed ma niftakarhomx.”

Il-Kelma tal-Mulej

R/. Irroddu ħajr lil Alla

Salm Responsorjali Salm 118(119)

Ħenjin dawk li jimxu fil-liġi tal-Mulej. 

Ħenjin dawk li huma fi triq tajba,
dawk li jimxu fil-liġi tal-Mulej.
Ħenjin dawk li jħarsu l-preċetti tiegħu,
li jfittxuh b’qalbhom kollha. R/.

Int tajt il-kmandamenti tiegħek,
biex jiġu mħarsin bir-reqqa.
Ħa jżomm sħiħ il-mixi tiegħi
fil-ħarsien tad-digrieti tiegħek. R/.

Kun twajjeb mal-qaddej tiegħek, u ngħix,
u nħares il-kelma tiegħek.
Iftaħli għajnejja, ħa nara
l-egħġubijiet tal-liġi tiegħek. R/.

Għallimni, Mulej, it-triq tal-kmandamenti tiegħek:
Jiena ngħaddi minnha sa l-aħħar.
Fehimni biex inżomm il-liġi tiegħek
u nħarisha b’qalbi kollha. R/.

Evanġelju

Qari mill-Evanġelju ta’ San Mattew (Mt 5, 38-48)

F’dak iż-żmien: Ġesu’ qal lid-dixxipli tiegħu: “Smajtu x’intqal, ‘Għajn b’għajn u sinna b’sinna.’ Imma jiena ngħidilkom biex bniedem ħażin ma tiqfulux; anzi jekk xi ħadd jagħtik daqqa ta’ ħarta fuq ħaddek tal-lemin, dawwarlu l-ieħor ukoll: u lil min ikun irid itellgħek il-qorti u jeħodlok il-libsa, ħallilu wkoll il-mantar. U jekk xi ħadd iġagħlek timxi miegħu mil wieħed, mur miegħu tnejn. Agħti lil min jitolbok, u ddawwarx spallejk lil min ikun irid jissellef minn għandek.
Smajtu x’intqal, ‘Ħobb lill-proxxmu tiegħek u obgħod lill-għadu tiegħek’. Imma jiena ngħidilkom: Ħobbu lill-egħdewwa tagħkom u itolbu għal dawk li jippersegwitawkom, biex tkunu wlied Missierkom li hu fis-smewwiet; għax hu jtella’ x-xema tiegħu sew fuq il-ħżiena u sew fuq it-tajbin, u jniżżel ix-xita sew fuq min hu tajjeb u sew fuq min mhuwiex. Għax jekk intom tħobbu lil min iħobbkom, xi ħlas jistħoqqilkom? Mhux il-publikani wkoll jagħmluh dan? U jekk issellmu lil ħutkom biss, xi tkunu tagħmlu żejjed? Mhux il-pagani wkoll jagħmluh dan? Kunu mela perfetti, bħalma hu perfett Missierkom li hu fis-smewwiet.’’ 

Il-Kelma tal-Mulej

R/. It-tifħir lilek Kristu

Qari mill-Ktieb tal-Profeta Isaija (Is 43, 18-19. 21-22. 24-25)

Dan jgħid il-Mulej: “La tiftakrux iżjed fi ġrajjiet l-imgħoddi; la taħsbux fuq dak li ġara qabel. Arawni, sejjer nagħmel ħaġa ġdida: feġġet issa; għadkom ma ttendejtux? Se nifta˙ triq fix-xagħri, xmajjar fid-deżert. Il-poplu sawwart għalija, biex ixandar it-tifħir tiegħi. B’danakollu, int, Ġakobb, ma sejjaħtlix, għax int xbajt minni, o Iżrael! Għabbejtni bi dnubietek, fnejtni bi ħżunitek. Jien, jien hu, li nħassar dnubietek minħabba fija, u li ħtijietek iżjed ma niftakarhomx.”

Il-Kelma tal-Mulej

R/. Irroddu ħajr lil Alla

Salm Responsorjali Salm 118 (119)

Ħenjin dawk li jimxu fil-liġi tal-Mulej. 

Ħenjin dawk li huma fi triq tajba,
dawk li jimxu fil-liġi tal-Mulej.
Ħenjin dawk li jħarsu l-preċetti tiegħu,
li jfittxuh b’qalbhom kollha. R/.

Int tajt il-kmandamenti tiegħek,
biex jiġu mħarsin bir-reqqa.
Ħa jżomm sħiħ il-mixi tiegħi
fil-ħarsien tad-digrieti tiegħek. R/.

Kun twajjeb mal-qaddej tiegħek, u ngħix,
u nħares il-kelma tiegħek.
Iftaħli għajnejja, ħa nara
l-egħġubijiet tal-liġi tiegħek. R/.

Għallimni, Mulej, it-triq tal-kmandamenti tiegħek:
Jiena ngħaddi minnha sa l-aħħar.
Fehimni biex inżomm il-liġi tiegħek
u nħarisha b’qalbi kollha. R/.

Evanġelju

Qari mill-Evanġelju ta’ San Mattew (Mt 5, 38-48)

F’dak iż-żmien: Ġesu’ qal lid-dixxipli tiegħu: “Smajtu x’intqal, ‘Għajn b’għajn u sinna b’sinna.’ Imma jiena ngħidilkom biex bniedem ħażin ma tiqfulux; anzi jekk xi ħadd jagħtik daqqa ta’ ħarta fuq ħaddek tal-lemin, dawwarlu l-ieħor ukoll: u lil min ikun irid itellgħek il-qorti u jeħodlok il-libsa, ħallilu wkoll il-mantar. U jekk xi ħadd iġagħlek timxi miegħu mil wieħed, mur miegħu tnejn. Agħti lil min jitolbok, u ddawwarx spallejk lil min ikun irid jissellef minn għandek.
Smajtu x’intqal, ‘Ħobb lill-proxxmu tiegħek u obgħod lill-għadu tiegħek’. Imma jiena ngħidilkom: Ħobbu lill-egħdewwa tagħkom u itolbu għal dawk li jippersegwitawkom, biex tkunu wlied Missierkom li hu fis-smewwiet; għax hu jtella’ x-xema tiegħu sew fuq il-ħżiena u sew fuq it-tajbin, u jniżżel ix-xita sew fuq min hu tajjeb u sew fuq min mhuwiex. Għax jekk intom tħobbu lil min iħobbkom, xi ħlas jistħoqqilkom? Mhux il-publikani wkoll jagħmluh dan? U jekk issellmu lil ħutkom biss, xi tkunu tagħmlu żejjed? Mhux il-pagani wkoll jagħmluh dan?Kunu mela perfetti, bħalma hu perfett Missierkom li hu fis-smewwiet.’’ 

Il-Kelma tal-Mulej

R/. It-tifħir lilek Kristu

1. Nitolbuk Mulej għall-Knisja Kattolika, għall-Papa Franġisku, l-Isqfijiet Charles u Joseph, għall-isqfijiet kollha, saċerdoti, u djakni. Nitolbu.

2. Dawwal il-mexxejja tad-dinja, biex jingħaqdu flimkien u jaħdmu għall-paċi u l-ġustizzja. Nitolbu.

3. Bierek il-kommunità tal-iskola tagħna u għinna biex naqdu lill-oħrajn f’dak kollu li nagħmlu u biex naħdmu flimkien, inħobbu iktar lil xulxin kif iħobbna Ġesù. Nitolbu.

4. Ħu ħsieb lill-morda, lil dawk li qegħdin ibatu, u lil dawk li qegħdin f’xi periklu, għinhom jesperjenzaw il-fejqan u l-imħabba tiegħek. Nitolbu.

5. Mulej, lil dawk li mietu qabilna fil-fidi u li aħna nħobbu agħtihom il-mistrieħ ta’ dejjem u l-maħfra ta’ dnubiethom. Nitolbu.

6. Kulħadd jagħmel it-talba tiegħu f’qalbu. (pawża). Nitolbu.

1. Fil-bidu ta’ din is-sena skolastika, nixtiequ nirringrazzjawk tal-ħafna barkiet li tajtna u għall-protezzjoni tiegħek matul il-Pandemija. Nitolbu għal sena aħjar; għal ritorn sikur fil-klassijiet tagħna; għas-saħħa tal-istudenti, l-għalliema u l-istaff tal-iskola taħt pressjoni biex jieħdu deċiżjonijiet diffiċli; u għall-ġenituri eżawriti mill-inċertezza u l-pjanijiet li jinbidlu b’mod kostanti. Agħtina l-kuraġġ, Mulej, biex nafdaw fl-imħabba u l-ħniena tagħkom. Nitolbu

R/. Mulej ismagħna.

2. Mulej, nixtiequ nitolbu għall-istudenti kollha. Agħtina l-kuraġġ li naċċettaw l-isfidi l-ġodda u l-opportunitajiet eċċitanti li jiġu fi triqitna sabiex inkunu nistgħu niżviluppaw it-talenti tagħna biex id-dinja ssir post aħjar. Nitolbu

3. Mulej ħanin u ta’ mħabba, nitolbu għal dawk kollha li qed isofru solitudni, ġuħ, inġustizzja, gwerra jew diskriminazzjoni. Għinna, Mulej, biex inġibu l-imħabba, il-paċi u t-tjubija lin-nies li niltaqgħu magħhom kuljum.Nitolbu

4. Nitolbuk tbierek lill-familji kollha u tipproteġihom minn kull ħsara. Għinhom iqattgħu ħin ta’ kwalità flimkien, biex isibu ħin biex jisimgħu lil xulxin kif ukoll jitolbu flimkien. Nitolbu

5. (Nistedinkom biex fis-skiet tressqu lejn il-Mulej it-talb personali tagħkom)

1. Fil-bidu ta’ din is-sena skolastika, nixtiequ nirringrazzjawk tal-ħafna barkiet li tajtna u għall-protezzjoni tiegħek matul il-Pandemija. Nitolbu għal sena aħjar; għal ritorn sikur fil-klassijiet tagħna; għas-saħħa tal-istudenti, l-għalliema u l-istaff tal-iskola taħt pressjoni biex jieħdu deċiżjonijiet diffiċli; u għall-ġenituri eżawriti mill-inċertezza u l-pjanijiet li jinbidlu b’mod kostanti. Agħtina l-kuraġġ, Mulej, biex nafdaw fl-imħabba u l-ħniena tagħkom. Nitolbu

R/. Mulej ismagħna.

2. Mulej, nixtiequ nitolbu għall-istudenti kollha. Agħtina l-kuraġġ li naċċettaw l-isfidi l-ġodda u l-opportunitajiet eċċitanti li jiġu fi triqitna sabiex inkunu nistgħu niżviluppaw it-talenti tagħna biex id-dinja ssir post aħjar. Nitolbu

3. Mulej ħanin u ta’ mħabba, nitolbu għal dawk kollha li qed isofru solitudni, ġuħ, inġustizzja, gwerra jew diskriminazzjoni. Għinna, Mulej, biex inġibu l-imħabba, il-paċi u t-tjubija lin-nies li niltaqgħu magħhom kuljum. Nitolbu

4. Nitolbuk tbierek lill-familji kollha u tipproteġihom minn kull ħsara. Għinhom iqattgħu ħin ta’ kwalità flimkien, biex isibu ħin biex jisimgħu lil xulxin kif ukoll jitolbu flimkien. Nitolbu

5. (Nistedinkom biex fis-skiet tresqu lejn il-Mulej it-talb personali tagħkom)

Dawn is-seba’ spazji ta’ talb huma relatati mat-tema tas-sena ‘Ilkoll Aħwa’. Ilkoll bħala aħwa, a]na ninkoraġixxu lil xulxin biex nagħrfu s-sbuħija tal-ħajja li għandna fina nfusna u madwarna.

All Brothers and Sisters

This prayer space helps us to reflect that we are all one family and one community united in Christ.

Arms Wide Open

In this prayer space one thinks of people who deserve a warm welcome and to pray so one puts love and compassion into practice.

Lose To Gain

In this prayer space one focuses on the things one has to let go to make more space to love others.

Birthday Prayers

This prayer space invites one to think of someone special’s birthday and pray for them.

 

Dirty Apron

In this prayer space one will think about how to serve and help with love in everything.

Keep Others Safe

In this prayer space, one reflects on the vulnerable and fragile people who are greatly affected by the pandemic.

Hand In Hand

This prayer space gives time for on to reflect on those who have been by our sides, holding our hands, because they love, care and support us.

XaharminnsaTemi tal-Assemblies
Settembru273Bidu ġdid flimkien bħal aħwa
Ottubru410Aħwa fil-klassi – edukaturi u studenti aħwa ta’ xulxin (nitgħallmu flimkien) nisimgħu minn xulxin (ubbidjenza)
Ottubru1117Nissapportjaw lil ħutna fis-saħħa mentali. (Nisimgħu l-bżonnijiet tagħhom b’sens ta’ empatija)
Ottubru1824Ġurnata MissjunarjaĦutna l-anzjani
Ottubru2531Infittxu ġustizzja bħal aħwa (fairness)
Novembru17Mid termCarlo Acutis bħala persuna ta’ empatija u ħabib ta’ Alla, ma jistħix jagħmel it-tajjeb
Novembru814Ix-xjenza u l-iżvilupp tal-paċi
Novembru1521Ħutna l-mejtin huma parti mill-komunità tagħna wkoll. Niftakru fihom, nitolbu għalihom
Novembru2228Naqsmu t-talenti bħal aħwa biex noħolqu bizzilla ta’ solidarjetà lil hinn mill-kompetizzjoni
Novembru295L-1 Ħadd tal-AvventĦutna b’diżabilità
Diċembru612San NikolaDrittijiet u dmirijiet għal kulħadd fil-kuntest tal-ġenerożità
Diċembru1319Ħutna l-Imigranti li jgħallmuna li qegħdin fi vjaġġ għal post aħjar
Jannar1016Inkunu aħwa loġiki (li nirraġunaw bejnietna u mhux naġixxu bl-emozzjonijiet)
Jannar1723Immorru lil hinn mid-differenzi tagħna
Jannar2430Nipproteġu lil xulxin bħall-aħwa (nisimgħu l-inqas wieħed tal-komunità
Jannar316Bħal aħwa fil-fidi
Frar713Ħutna n-nisa fix-xjenza.
Frar1420L-imħabba lejn kulħadd. (sempliċità)
Frar2127Ħutna l-morda
Marzu713Libertà minn…
Marzu1420Biex nitratta lil ħuti tajjeb irrid li xi drabi niċċaħħad minni nnifsi
Marzu2127Nibżgħu għar-riżorsi għal ħutna – ilma
Marzu283Libertà biex inħobb
April410Nagħżlu bejn it-tajjeb u l-ħażin mhux skont dak li hu popolari (kuxjenza)
April251Wieħed mal-ieħor joħloq ħafna.
Mejju28Kontinent wieħed – EU – pajjiżi li ma jistgħux jgħaddu mingħajr xulxin
Mejju915Manswetudni
Mejju1622Ngħixu flimkien bħal kolonja naħal
Mejju2329Tlugħ is-sema tal-MulejNibżgħu għall-ambjent
Mejju305PentekosteNistudjaw biex nikkultivaw il-paċi bejnietna
Ġunju612Nuzaw il-ħin biex inkunu kreattivi
Ġunju1319World Day against Child LabourIl-ferħ tat-tfulija

Assemblies

Il-Ferħ fil-Kreattività
Mis-6 sat-12 ta' Ġunju

Ngħożżu t-Tfulija Tagħna
Mit-13 sad-19 ta' Ġunju

English