English

Merħba

Il-kap tal-iskola, l-SLT jew l-edukatur li jkun qed jmexxi l-assembly jagħti merħba lill-istudenti billi jgħidilhom “Bonġu”/”L-għodwa t-tajba”. Wieħed jista’ jibda bir-radd tas-salib jew ftit minuti ta’ silenzju. 

Introduzzjoni

L-imħabba tfisser tieħu ħsieb. Alla jistedinna li nħobbu lil xulxin biex nuru l-imħabba tiegħu lil kulħadd. L-imħabba tagħmilna ferħana. Ejjew naraw dan il-video flimkien:

Ħsieb Riflessiv

In-nemla u l-ħamiema juruna kif għandna nuru l-imħabba tagħna u ngħinu lil xulxin. Meta nirċievu l-imħabba, aħna ngħaddu din l-imħabba lill-oħrajn, speċjalment mal-familja, ħbieb u ma’ dawk li jieħdu ħsiebna. Aħna nipprattikaw l-imħabba mal-għalliema u l-ħbieb tal-klassi bill ngħinu lil kulħadd ikun ferħan.

Wieħed mill-kulleġġi jismu San Injazju. San Injazju kien saċerdot Spanjol magħruf li għex ħajja jagħti servizz, karità, u jgħallem dwar il-ġustizzja.

Talba

Alla Missier, grazzi talli tħobbna u talli qiegħed dejjem magħna. Grazzi tan-nies li jħobbuna. Bierek lil dawn in-nies u għinna biex inħobbu u ngħinu lil kulħadd. Ammen.

Merħba

Il-kap tal-iskola, l-SLT jew l-edukatur li jkun qed jmexxi l-assembly jagħti merħba lill-istudenti billi jgħidilhom “Bonġu”/”L-għodwa t-tajba”.  Wieħed jista’ jibda bir-radd tas-salib jew ftit minuti ta’ silenzju. 

Introduzzjoni

L-imħabba għandna ngħixuha fil-ħajja tagħna ta’ kuljum, f’kull ċirkustanza li ngħaddu minnha. Alla jgħallimna kif għandna nħobbu. L- imħabba tfisser li turi interess f’xi ħaġa jew xi ħadd.Meta naħsbu f’xi ħadd, ifisser li aħna nħobbuhom.Din l-assembly hija ddedikata b’mod speċjali lit-tfal tal-kulleġġ Sant’Injazju. Ejjew naraw dan il-video flimkien:

Ħsieb Riflessiv

Hemm bżonn li aħna nħobbu lil xulxin. Alla jħobbna u jgħinna biex inħobbu lill-oħrajn, speċjalment lill-familja, ħbieb u ’l dawk kollha li jieħdu ħsiebna. Għalhekk l-imħabba tfisser li nieħdu ħsieb lill-oħrajn, nitkellmu magħhom u naqsmu magħhom minn dak li għandna. L-imħabba hija li nwasslu l-messaġġ t’Alla lill-oħrajn.

Wieħed mill-kulleġġi jismu San Injazju. San Injazju kien saċerdot Spanjol magħruf li għex ħajja jagħti servizz, karità, u jgħallem dwar il-ġustizzja.

Talba

Alla Missier, grazzi talli tħobbna u talli qiegħed dejjem magħna. Grazzi tan-nies li jħobbuna. Bierek lil dawn in-nies u għinna biex inħobbu u ngħinu lil kulħadd. Ammen.

Merħba

Il-kap tal-iskola, l-SLT jew l-edukatur li jkun qed jmexxi l-assembly jagħti merħba lill-istudenti billi jgħidilhom “Bonġu”/”L-għodwa t-tajba”.  Wieħed jista’ jibda bir-radd tas-salib jew ftit minuti ta’ silenzju. 

Introduzzjoni

L-imħabba hija waħda mid-doni li tana Alla. L-imħabba t’Alla għalina tgħinna biex inħobbuħ lura u biex nibnu relazzjonijiet mal-oħrajn. L-imħabba tgħallimna naħsbu fl-oħrajn, nuru ħniena u nsaħħu l-fidi. Din l-assembly hija ddedikata b’mod speċjali lit-tfal tal-kulleġġ Sant’ Injazju. Ejjew naraw dan il-video flimkien:

Ara

Ħsieb Riflessiv

L-imħabba hija att ta’ meta wieħed jagħti lilu nnifsu, joffri fiduċja u lealtà. Alla huwa mħabba, huwa l-ewwel wieħed li jaqsam l-imħabba Tiegħu mal-umanità. Huwa d-dmir tagħna li nkomplu nwasslu l-messaġġ tal-imħabba t’Alla. L-imħabba ġġib il-ferħ. Alla huwa mħabba, u huwa Hu li jista’ jiżra’ u jkabbar din l-imħabba fil-qalb tagħna biex nagħrfu nħobbu lil ħutna bħalna nfusna.

Wieħed mill-kulleġġi jismu San Injazju. San Injazju kien saċerdot Spanjol magħruf li għex ħajja jagħti servizz, karità, u jgħallem dwar il-ġustizzja.

Talba

Alla Missier, għinna biex inħobbu lil xulxin verament u f’kull ċirkustanza. Imlieni bl-imħabba tiegħek biex inħobb mhux biss lil dawk li juruni mħabba, imma anke lil dawk li jweġġgħuni. Ammen.

Merħba

Il-kap tal-iskola, l-SMT jew l-edukatur li jkun qed jmexxi l-assembly jagħti merħba lill-istudenti billi jgħidilhom bonġu. Wieħed jista’ jibda bir-radd tas-salib jew ftit minuti ta’ silenzju.

Introduzzjoni

Iktar ma wieħed iħobb, iktar jinsa lilu nnifsu u dan iġiblek il-ferħ. L-imħabba hija att ta’ meta wieħed jagħti lilu nnifsu, joffri fiduċja u lealtà. Hija waħda mid-doni li Alla jagħti lill-umanità. Din l-assembly hija ddedikata b’mod speċjali lit-tfal tal-kulleġġ Sant’ Injazju. Ejjew naraw dan il-video flimkien:

Ħsieb Riflessiv

Ħafna jgħidu li l-imħabba hija emozzjoni. Hija emozzjoni meta tiġi mfissra bħala xi ħaġa li tagħtik pjaċir. L-imħabba hija virtù u għalhekk magħquda mal-virtujiet l-oħra bħall-kompassjoni, qalb tajba u li tifraħ bis-sabiħ tal-oħrajn. Alla huwa mħabba, huwa l-ewwel wieħed li jaqsam l-imħabba Tiegħu mal-umanità. Huwa d-dmir tagħna li nkomplu nwasslu l-messaġġ tal-imħabba t’Alla. L-imħabba ġġib il-ferħ. L-imħabba vera tgħinna nibnu relazzjonijiet tajbin mal-oħrajn.

Wieħed mill-kulleġġi jismu San Injazju. San Injazju kien saċerdot Spanjol magħruf li għex ħajja jagħti servizz, karità, u jgħallem dwar il-ġustizzja.

Talba

Mulej, inti għidtilna li biex inħobbu verament irridu nħobbu lill-oħrajn. Dan jista’ jkun diffiċli meta ma naqblux ma’ xulxin. Għallimna nħobbu Mulej, kif inti ħabbejtna, biex id-dinja tagħna ssir post aħjar fejn ngħixu u naqsmu kollox flimkien. Ammen.

Ipprintja l-paġna

English