English

Merħba

Il-kap tal-iskola, l-SLT jew l-edukatur li jkun qed jmexxi l-assembly jagħti merħba lill-istudenti billi jgħidilhom “Bonġu”/”L-għodwa t-tajba”. Wieħed jista’ jibda bir-radd tas-salib jew ftit minuti ta’ silenzju. 

Introduzzjoni

Fit-tieni jum tax-xahar ta’ Novembru, wara li ċċelebrajna Jum il-Qaddisin Kollha, niftakru fil-mejtin kollha. Dawn huma dawk in-nies li qegħdin fil-Ġenna. Ejjew inkantaw flimkien:

Ara

Ħsieb Riflessiv

Ejjew niftakru ftit f’dawn in-nies.

Talba

Mulej Alla li tinsab fis-sema, nitlob u nittama li l-persuni li mietu huma ferħana bil-preżenza tiegħek għal dejjem. Amen.

Merħba

Il-kap tal-iskola, l-SLT jew l-edukatur li jkun qed jmexxi l-assembly jagħti merħba lill-istudenti billi jgħidilhom “Bonġu”/”L-għodwa t-tajba”.  Wieħed jista’ jibda bir-radd tas-salib jew ftit minuti ta’ silenzju. 

Introduzzjoni

Fit-tieni jum tax-xahar ta’ Novembru, wara li ċċelebrajna Jum il-Qaddisin Kollha, niftakru fil-mejtin kollha. Hija ġurnata fejn niftakru f’dawk li ħallewna. Matul din il-ġurnata, u x-xahar ta’ Novembru, ejjew niftakru f’familjari u ħbieb li mietu.

Ara

Ħsieb Riflessiv

Matul dan il-jum u fix-xahar ta’ Novembru kulħadd huwa mħeġġeġ li jiftakar ftit fil-familjari u l-ħbieb tagħna li ħallewna. Il-festa tal-lum ilha tiġi ċċelebratha mill-qedem. Il-mejtin għandhom bżonn it-talb tagħna biex Alla jipprepara post għalihom fil-ġenna. Ejjew nagħmlu mument tas-skiet u niftakru f’xi ħadd li ħalliena.

Talba

Mulej Alla li tinsab fis-sema, nitlob u nittama li l-persuna jew persuni li ħsibna fihom hi/hu/huma ferħana bil-preżenza tiegħek għal dejjem.

Merħba

Il-kap tal-iskola, l-SLT jew l-edukatur li jkun qed jmexxi l-assembly jagħti merħba lill-istudenti billi jgħidilhom “Bonġu”/”L-għodwa t-tajba”.  Wieħed jista’ jibda bir-radd tas-salib jew ftit minuti ta’ silenzju. 

Introduzzjoni

Fit-2 ta’ Novembru, il-knisja tfakkar Jum il-Mejtin Kollha. Hija ġurnata li fiha niftakru f’dawk li għaddew għall-ħajja ta ‘dejjem. Matul din il-ġurnata u matul ix-xahar ta’ Novembru, aħna mħeġġin niftakru fil-qraba, ħbieb u nies oħra li mietu. Ejjew nagħmlu minuta skiet u naħsbu fihom.

Ara

Ħsieb Riflessiv

Din il-festa ssib l-oriġini tagħha fl-Ewropa u anke madwar id-dinja. F’Ruma, fl-antik, iċ-ċittadini kienu jinġabru f’folol fit-toroq biex jiċċelebraw ir-rebħa tat-truppi. Il-ġeneral rebbieħ kien joqgħod f’post prominenti, fejn kulħadd kellu x-xewqa li jkun. Waqt din iċ-ċelebrazzjoni, minn ħin għall-ieħor, ilsir kien ilissen f’widnejn il-ġeneral: “Ftakar li inti se tmut.” Dan jagħmlu biex ifakkar lill dan ir-rebbieħ u lilna wkoll, biex nagħrfu ngħixu kull ġurnata daqs li kieku hija l-aħħar ġurnata tagħna f’din il-ħajja. F’Malta u f’diversi pajjiżi oħra madwar id-dinja għandna d-drawwa li nżuru l-mejtin tagħna fiċ-ċimiterju u nixgħelu x-xemgħa u npoġġu l-fjuri fuq l-oqbra.

Talba

Nitolbu li l-erwieħ tal-fidili li telqu qabilna, permezz tal-ħniena t’Alla, jistrieħu fil-paċi. Amen.

Merħba

Il-kap tal-iskola, l-SMT jew l-edukatur li jkun qed jmexxi l-assembly jagħti merħba lill-istudenti billi jgħidilhom bonġu. Wieħed jista’ jibda bir-radd tas-salib jew ftit minuti ta’ silenzju.

Introduzzjoni

Fit-2 ta’ Novembru, il-knisja tfakkar il-mejtin kollha. Hija ġurnata li fiha niftakru f’dawk li għaddew għall-ħajja ta ‘dejjem. Matul din il-ġurnata u matul ix-xahar ta’ Novembru, aħna mħeġġin niftakru fil-qraba, ħbieb u nies oħra li mietu. Ejjew nagħmlu minuta skiet u naħsbu fihom.

Ara

Ħsieb Riflessiv

Din il-festa ssib l-oriġini tagħha fl-Ewropa u anke madwar id-dinja. F’Ruma fl-antik, iċ-ċittadini kienu jinġabru f’folol fit-toroq biex jiċċelebraw ir-rebħa tat-truppi. Il-ġeneral rebbieħ kien joqgħod f’post prominenti, fejn kulħadd kellu x-xewqa li jkun. Waqt din iċ-ċelebrazzjoni, minn ħin għall-ieħor, ilsir kien ilissen f’widnejn il-ġeneral: “Ftakar li inti se tmut.” Dan kien jagħmlu biex ifakkarlil dan ir-rebbieħ u lilna wkoll biex nagħrfu ngħixu kull ġurnata daqs li kieku hija l-aħħar ġurnata tagħna f’din il-ħajja. F’Malta u f’diversi pajjiżi oħra madwar id-dinja, għandna d-drawwa li nżuru l-mejtin tagħna fiċ-ċimiterju, nixegħlu xemgħa u npoġġu l-fjuri fuq l-oqbra.

Talba

Nitolbu li l-erwieħ tal-fidili li telqu qabilna, permezz tal-ħniena t’Alla, jistrieħu fis- fil-paċi. Amen.

Ipprintja l-paġna

English