Inħaddnu d-Diversità u Nagħmlu Differenza
Nhar l-Erbgħa, 27 ta’ Settembru, 2023, saret laqgħa bejn l-Eċċellenza Tiegħu Mons Isqof Joseph Galea Curmi, ir-Religious Counsellors u chaplains li jservu fi skejjel tal-Istat u Indipendenti. L-iskop ta’ din il-laqgħa, organizzata mill-Iżvilupp Spiritwali fl-Iskejjel, kien li tiffaċilita skambju ta’ esperjenzi u għarfien dwar kif ser inkunu preżenza ta’ fidi fl-iskejjel f’Malta illum li jinkludu studenti u edukaturi minn kulturi differenti.
Kien mument ta’ riflessjoni għal dawk preżenti fil-mixja tagħhom kemm dik personali u anke fil-ministeru li qed jaqdu f’diversi komunitajiet tal-iskola…