English

Merħba

Il-kap tal-iskola, l-SLT jew l-edukatur li jkun qed jmexxi l-assembly jagħti merħba lill-istudenti billi jgħidilhom “Bonġu”/”L-għodwa t-tajba”. Wieħed jista’ jibda bir-radd tas-salib jew ftit minuti ta’ silenzju. 

Introduzzjoni

Ġenerożità tfisser ġġib ruħek tajjeb mal-oħrajn. Aħna nistgħu nkunu ġenerużi billi nixxerrjaw il-ġugarelli, ngħinu lil xulxin, inferrħu lil ta’ madwarna u nkunu ħbieb. Ejjew naraw dan il-video flimkien.

Ara

Ħsieb Riflessiv

Fil-ħajja tagħna niltaqgħu ma’ nies li huma ġenerużi, jiġifieri jgħinu lill-oħrajn. Fost dawn in-nies insibu lil Ġesù, lill-ġenituri, lil ħutna, lin-nanniet u lil dawk li jieħdu ħsiebna. Meta dawn in-nies jagħtuna l-għajnuna jħossuhom kuntenti li jarawna ferħanin. X’jagħmlek ferħan/a? (Uri lit-tfal emoji tat-tbissima). Ejjew inkunu lkoll ġenerużi. Issa wieħed wieħed nagħżlu sticker u nagħtuha lil xi ħabib fil-klassi tagħna.

Wieħed mill-Kulleġġi msemmi għal San Nikola. Dan kien l-iktar persuna ġeneruża mat-tfal u ż-żgħazagħ.  Il-festa tiegħu tiġi ċċelebrata madwar id-dinja kollha fis-6 ta’ Diċembru.

(51) We are the World Lyrics || We are the Children || Graduation Song || For Children – YouTube

Talba

Mulej Alla, bierek lil kulħadd u għinna biex nagħmlu lil kulħadd ferħan.

Merħba

Il-kap tal-iskola, l-SLT jew l-edukatur li jkun qed jmexxi l-assembly jagħti merħba lill-istudenti billi jgħidilhom “Bonġu”/”L-għodwa t-tajba”.  Wieħed jista’ jibda bir-radd tas-salib jew ftit minuti ta’ silenzju. 

Introduzzjoni

Ġie li tajt l-għajnuna lil xi ħadd li kellu bżonn? Forsi tajt ftit mill-ikel jew minn dak li għandek lil xi ħadd? Dan ifisser li inti kont ġeneruż/a. Meta inti tkun ġeneruż/a l-oħrajn jagħmlu bħalek u jagħmlu dik il-ħaġa tajba, għalhekk il-ġenerożità tittieħed! Ejjew naraw dan il-video flimkien:

Ara

Ħsieb Riflessiv

Tkun ġeneruż tfisser tgħin anke meta ssibha diffiċli. Aħna lkoll imħeġġin biex inkomplu din il-missjoni ta’ ġenerożità li bdew ta’ qabilna billi ngħinu u nagħtu minn dak li hu tagħna. Aħna nistgħu naqsmu ma’ ħaddieħor minn dak li għandna fosthom l-ikel, il-ħin,i l-ferħ, xi tgħanniqa u b’ħafna modi oħra. Issa, se naħsbu ftit f’dawk in-nies li kienu ġenerużi magħna u għenuna nkunu kuntenti.

Wieħed mill-Kulleġġi msemmi għal San Nikola. Dan kien l-iktar persuna ġeneruża mat-tfal u ż-żgħazagħ.  Il-festa tiegħu tiġi ċċelebrata madwar id-dinja kollha fis-6 ta’ Diċembru.

(49) Prayer of Generosity – YouTube

Talba

Mulej Alla, għinni biex nagħti iktar milli nirċievi. Agħtini l-għerf biex ngħin lill-oħrajn b’kull mod u biex inħobb lil kulħadd bħalma ħabbejtni int. Amen.

Merħba

Il-kap tal-iskola, l-SLT jew l-edukatur li jkun qed jmexxi l-assembly jagħti merħba lill-istudenti billi jgħidilhom “Bonġu”/”L-għodwa t-tajba”.  Wieħed jista’ jibda bir-radd tas-salib jew ftit minuti ta’ silenzju. 

Introduzzjoni

Il-ġenerożità hija espressjoni tal-imħabba fil-prattika. Aħna lkoll imsejħin li nkunu ġenerużi. Aħna nagħmlu atti ġenerużi meta nagħtu minn dak li għandna b’mod liberu u abbundanti. Nafu b’ħafna nies li għamlu atti ta’ ġenerożità u ferrħu lill-oħrajn. Ejjew naraw dan il-video flimkien:

Ara

Ħsieb Riflessiv

Tkun ġeneruż ifisser li tkun twajjeb/twajba mal-oħrajn u tinsa lilek innifsek. Hija l-kwalità li tagħmlek lest li taqsam minn dak li għandek mal-oħrajn. Huwa importanti li wieħed ixerred il-ġenerożità għaliex huwa l-aħjar mod kif tissaħħaħ l-umanità. Aħna lkoll għandna bżonn xulxin u l-ġenerożità hija l-ħolqa li tgħaqqad nies ta’ kull razza u età. Il- ġenerożità, li titwieled mill-imħabba, hija parti min-natura tal-bniedem.

Wieħed mill-Kulleġġi msemmi għal San Nikola. Dan kien l-iktar persuna ġeneruża mat-tfal u ż-żgħazagħ.  Il-festa tiegħu tiġi ċċelebrata madwar id-dinja kollha fis-6 ta’ Diċembru.

(109) Who Was Saint Nicholas? | National Geographic – YouTube

Talba

Għallimni Mulej inkun ġeneruż/a, biex naqdi lill-oħrajn u nuri mħabba mingħajr interessi, u mingħajr ma nistenna xejn lura. Amen.

Merħba

Il-kap tal-iskola, l-SMT jew l-edukatur li jkun qed jmexxi l-assembly jagħti merħba lill-istudenti billi jgħidilhom bonġu. Wieħed jista’ jibda bir-radd tas-salib jew ftit minuti ta’ silenzju.

Introduzzjoni:

Il-ġenerożità hija mġieba moralment tajba li kulħadd huwa msejjaħ li jgħix. Il- ġenerożità hija meta wieħed juri tjubija u jagħraf jinsa lilu nnifsu. Meta nagħmlu att ta’ ġenerożità nkunu qed nagħtu sostenn lis-saħħa mentali tagħna u anke nħossuna b’saħħitna u ferħana. Ejjew naraw dan il-video flimkien:

Ħsieb Riflessiv

Ġenerożità tfisser li tagħti minn dak li għandek u tmur lil hinn minn dak li s-soltu jew imdorri jew imdorrija tagħmel. Il-prattika tal-ġenerożità tgħinna nsiru persuni aħjar u naħsbu inqas fina nfusna. L-atti ta’ ġenerożità jgħinuna naħsbu fil-bżonnijiet tal-oħrajn, għalhekk huma essenzjali fil-ħajja. Id-dispożizzjoni li tkun ġeneruż tiżviluppa fil-bniedem maż-żmien u tagħmilna bnedmin sħaħ. Iktar ma nemmnu li nistgħu nagħtu u ngħinu, iktar ikollha valur ħajjitna. Permezz ta’ dan, il-ferħ fil-qalb jiżdied.

Wieħed mill-Kulleġġi msemmi għal San Nikola. Dan kien l-iktar persuna ġeneruża mat-tfal u ż-żgħazagħ.  Il-festa tiegħu tiġi ċċelebrata madwar id-dinja kollha fis-6 ta’ Diċembru.

(109) The History of Santa Claus: St. Nicholas and the Origin of Santa – FreeSchool – YouTube

Talba

Għażiż Mulej, nirringrazzjawk tal-ġenerożità tiegħek. Għallimni nkun ġeneruż/a kif inti tkun miegħi. Għinni nħoss il-ferħ ta’ meta nwassal il-ġenerożità tiegħek lill-oħrajn u biex inkun dejjem konxju/a tal-ħtiġijiet tal-oħrajn. Amen.

Ipprintja l-paġna

English