English

Merħba

Il-kap tal-iskola, l-SLT jew l-edukatur li jkun qed jmexxi l-assembly jagħti merħba lill-istudenti billi jgħidilhom “Bonġu”/”L-għodwa t-tajba”. Wieħed jista’ jibda bir-radd tas-salib jew ftit minuti ta’ silenzju. 

Introduzzjoni

L-assembly ta’ llum hu dwar kif inkunu ferħanin.  Ejja naraw flimkien dan il-vidjow:

Ara

Ħsieb Riflessiv

Kif rajna fil-filmat, it-tfal kienu ġusti meta bdew jilagħbu u anke fil-klassi. Meta nkunu ġusti kulħadd iħossu kuntent u jieħu gost flimkien. Ejja nkunu ġusti ma’ kulħadd.

Talba

Għażiż Alla, għinna nkunu ġusti ma’ dawk ta’ madwarna. Amen

Merħba

Il-kap tal-iskola, l-SLT jew l-edukatur li jkun qed jmexxi l-assembly jagħti merħba lill-istudenti billi jgħidilhom “Bonġu”/”L-għodwa t-tajba”.  Wieħed jista’ jibda bir-radd tas-salib jew ftit minuti ta’ silenzju. 

Introduzzjoni

Din l-assembly hija ddedikata b’mod speċjali għall-Kulleġġ San Tumas More. San Tumas More kien qaddis li emmen ħafna fil-ġustizzja. Ġustizzja tfisser li ma nagħmlux preferenzi u li nirrispettaw id-drittijiet ta’ xulxin, sabiex b’hekk kulħadd ikun kuntent u jkollu dak kollu li huwa mistħoqq u meħtieġ għalih. Imma ejja naraw dan il-filmat ħa nifhmu aħjar:

Ara

Ħsieb Riflessiv

Kif rajna fil-filmat, ġustizzja tara li in-nies jiġu rrispettati, u dan ifisser ukoll li nagħtu kas u nobdu r-regoli u l-liġi sabiex kulħadd jiġi stmat indaqs. Meta wieħed jemmen fil-ġustizzja, jitkellem, jgħid l-verità imma jkun jaf ukoll kif iżomm sigriet u jkun kapaċi jaħfer. San Tumas More kien eżempju ħaj ta’ persuna ġusta. Mhuwiex sempliċi li tkun bniedem ġust, imma jekk kulħadd jagħmel sforz, nistgħu ngħinu biex id-dinja ssir post aħjar għal kulħadd.

Talba

Għażiż Alla, għinna sabiex nsiru bnedmin li mhux biss nemmnu fil-ġustizzja imma nipprattikawha fil-klassijiet, djar u toroq. Amen.

Merħba

Il-kap tal-iskola, l-SLT jew l-edukatur li jkun qed jmexxi l-assembly jagħti merħba lill-istudenti billi jgħidilhom “Bonġu”/”L-għodwa t-tajba”.  Wieħed jista’ jibda bir-radd tas-salib jew ftit minuti ta’ silenzju. 

Introduzzjoni

L-assembly ta’ din il-ġimgħa hija ddedikata b’mod speċjali lill-Kulleġġ San Tumas More. San Tumas More kien eżempju ħaj ta’ ġustizzja u f’dan il-filmat ser naraw grupp ta’ studenti jitkellmu kontra l-inġustizzja

Ara

Ħsieb Riflessiv

Kif rajna, l-istudenti kollha emfasizzaw li bħalissa, fid-dinja, qegħdin jitwettqu ħafna inġustizzji madwarna u għalhekk għandna nwasslu l-vuċijiet tagħna f’dan ir-rigward. L-istudenti semmew ukoll li fil-futur, huma ser imexxu d-dinja u għalhekk għandhom jiffaċċjaw dawn l-inġustizzji u jaħdmu biex iġibu bidla. Dan hu l-messaġġ għalikom ukoll. Intom tridu tkunu l-vuċijiet ta’ bidla, vuċijiet ta’ sfidi, vuċijiet li jiġġieldu inġustizzji biex tibnu dinja iżjed ġusta u ta’ paċi għal kulħadd.

Talba

Għażiż Alla, agħtina s-saħħa sabiex inkunu vuċijiet ta’ bidla, saħħilna l-vuċi sabiex nisfidaw l-inġustizzji u noħolqu dinja iżjed ġusta u ta’ paċi. Amen

Merħba

Il-kap tal-iskola, l-SMT jew l-edukatur li jkun qed jmexxi l-assembly jagħti merħba lill-istudenti billi jgħidilhom bonġu. Wieħed jista’ jibda bir-radd tas-salib jew ftit minuti ta’ silenzju.

Introduzzjoni

L-assembly ta’ din il-ġimgħa hija ddedikata b’ mod speċjali lill-Kulleġġ San Tumas More. San Tumas More kellu ħafna virtujiet sbieħ fosthom li kien bniedem ġust. Il-ġustizzja tfisser li kulħadd jiġi trattat indaqs u bla preferenzi jew żvantaġġi – hu x’inhu l-ġens, sesswalità, reliġjon jew twemmin tiegħu. Sfortunatament, hawn ħafna inġustizzji fid-dinja ta’ madwarna, imma xorta nistgħu nġibu l-bidla. Ejjew naraw dan il-filmat flimkien:

Ara

Ħsieb Riflessiv

Din it-tifla hija ispirazzjoni għalina lkoll. Kienet lesta li titgħallem, tiddiskuti u tiddjaloga. Hija fetħet moħħha għall-inġustizzji u bdiet tagħti kontribut sabiex toħloq bidla. Naudika hija tfajla ta’ 17-il sena, tfajla li m’għandhiex xi poteri sopranaturali, imma li ma beżgħetx tieħu azzjoni biex tiġġieled kontra l-inġustizzji fid-dinja. Inti wkoll tistà tqum u tieħu azzjoni. Inti l-futur tad-dinja, għalhekk qum, ħu azzjoni, semma’ leħnek u ibda l-bidla, bidla fil-komunitajiet u fid-dinja.

Talba

Għażiż Alla, agħtina s-saħħa sabiex insiru vuċi ta’ bidla. Saħħilna l-vuċi sabiex nisfidaw l-inġustizzji, u għinna sabiex inqumu u nieħdu azzjoni għal dinja iżjed ġusta u ta’ paċi. Amen.

Ipprintja l-paġna

English