English

Merħba

Il-kap tal-iskola, l-SMT jew l-edukatur li jkun qed imexxi l-assembly jagħti merħba lill-istudenti billi jgħidilhom bonġu. Wieħed jista’ jibda bir-radd tas-salib jew ftit minuti ta’ silenzju.

Introduzzjoni

Fil-klassi nagħmlu ħafna attivitajiet differenti u vera nieħdu pjaċir. Inti x’tieħu gost tagħmel l-iktar? Għaliex? (Xi tfal jistgħu jagħtu l-opinjoni tagħhom). Ejjew naraw kemm nistgħu noħolqu u nagħmlu affarijiet sbieħ biex kulħadd jieħu gost:

Ara

Ħsieb Riflessiv

Waqt il-ħin li nagħmlu l-iskola jkollna attivitajiet differenti bħal meta nisimgħu xi storja, inpinġu, nilagħbu u nitgħallmu n-numri u l-ittri. Niktbu sentenzi bil-Malti u bl-Ingliż u nagħmlu s-somom. Nieklu u noħorġu nilagħbu fil-bitħa, inkantaw. Il-ħin li nagħmlu l-iskola jgħinna nindunaw kemm nistgħu u aħna kapaċi nagħmlu affarijiet sbieħ. Tajjeb li dak li nagħmlu l-iskola nkomplu nagħmlu ftit minnu d-dar ukoll ħalli nkomplu nikbru fi tfal b’saħħitna u nkunu nafu nagħmlu ħafna affarijiet sbieħ u nferrħu lil kulħadd.

Talba

Mulej Alla, għinna biex inkomplu nieħdu pjaċir flimkien u nagħmlu ħafna affarijiet sbieħ. Ammen.

Merħba

Il-kap tal-iskola, l-SMT jew l-edukatur li jkun qed imexxi l-assembly jagħti merħba lill-istudenti billi jgħidilhom bonġu. Wieħed jista’ jibda bir-radd tas-salib jew ftit minuti ta’ silenzju.

Introduzzjoni

Matul il-ġurnata tal-iskola, nagħmlu ħafna affarijiet differenti. Ikollna t-time-table biex inkunu nafu xi jmiss u nsibu ħin għal kollox u b’hekk nitgħallmu ħafna. Araw il-messaġġ li se jgħaddulna dawn it-tfal permezz ta’ din il-kanzunetta:

Ara

Ħsieb Riflessiv

Ġurnata tal-iskola għandha sitt sigħat. Huwa tajjeb li fil-ħin li nkunu l-iskola nkunu kreattivi f’kull lezzjoni billi naħsbu u nużaw l-idejat tagħna biex nieħdu pjaċir aħna, l-ħbieb tal-klassi kif ukoll l-għalliema. Li nkunu kreattivi jgħinna biex nużaw il-ħin tajjeb. Inkunu kreattivi anke jekk ma nibżgħux nagħtu l-opinjoni u s-suġġerimenti tagħna. Nistgħu nsaħħu l-kreattività fina wkoll billi ma nibżgħux nagħmlu differenza bl-imġieba tajba tagħna.

Talba

Alla Missier, għallimna nkunu kreattivi kull ħin tal-ġurnata biex dak kollu li nagħmlu, nagħmluh tajjeb u għalik. Ammen.

Il-kap tal-iskola, l-SMT jew l-edukatur li jkun qed imexxi l-assembly jagħti merħba lill-istudenti billi jgħidilhom bonġu. Wieħed jista’ jibda bir-radd tas-salib jew ftit minuti ta’ silenzju.

Introduzzjoni

Meta noħolqu affarijiet ġodda, inkunu qed inħaddmu l-kreattivita’ tagħna. Inkunu kreattivi meta nkunu qed nagħmlu xi ħaġa li fiha l-ħsieb, użajna l-ħin tajjeb u biex nagħtu għajnuna, jew biex jagħmel użu minnha ħaddieħor. Il-kreattività tmur lil hinn milli tkun artist jew mużiċist. Naraw dan il-video:

Ara

Ħsieb Riflessiv

Il-kreattività hija bħal muskolu. Iktar kemm tagħmel eżerċizzju, iktar il-muskolu jissaħħaħ. U l-istess iktar ma’ tkun kreattiv/kreattiva, iktar toħloq affarijiet, tkompli tuża l-ħin tajjeb u tista’ wkoll tkun ta’ għajnuna. Il-kreattività tagħmilna immaġinattivi u tgħinna. Il-kreattività tgħinna biex ma naqtgħux qalbna u nirrealiżżaw li aħna nistgħu nirnexxu.

Talba

Mulej Alla, grazzi li ħlaqtna u ħlaqt tant affarijiet sbieħ, għinna biex fuq l-eżempju tiegħek nagħrfu nimmaġinaw u noħolqu affarijiet sbieħ u utli. Ammen.

Ħsieb Riflessiv

Il-kreattività hija bħal muskolu. Iktar kemm tagħmel eżerċizzju, il-muskolu jissaħħaħ iktar. U l-istess iktar ma’ tkun kreattiv/kreattiva iktar toħloq affarijiet, tkompli tuża l-ħin tajjeb u tista’ wkoll tkun ta’ għajnuna. Il-kreattività tagħmilna immaġinattivi u tgħinna. Il-kreattività tgħinna biex ma naqtgħux qalbna u nirrealiżżaw li aħna nistgħu nirnexxu.

Talba

Alla ħanin u Missier il-ħolqien kollu, għinna nagħrfu kif nistgħu nużaw il-kreattivita’ tagħna b’mod tajjeb bħalma għamilt int meta ħlaqt id-dinja kbira u sabiħa. Hekk nitgħallmu wkoll nużaw il-ħin tajjeb u nagħmlu dak li hu ta’ ġid għalina u għal kulħadd. Ammen.

Ipprintja l-paġna

English