English

Merħba

Il-kap tal-iskola, l-SLT jew l-edukatur li jkun qed jmexxi l-assembly jagħti merħba lill-istudenti billi jgħidilhom “Bonġu”/”L-għodwa t-tajba”. Wieħed jista’ jibda bir-radd tas-salib jew ftit minuti ta’ silenzju. 

Introduzzjoni

Tkun ħieles ifisser meta dak li tagħmel, tagħmlu b’mod tajjeb. Il-ħelsien huwa l-mod ta’ kif inġibu ruħna, nagħmlu kollox bil-ferħ, mingħajr ma jisfurzawna u mingħajr ma nweġġgħu lil ħadd. Il-ħelsien ifisser li nħobbu lil xulxin. Ejjew naraw dan il-filmatflimkien:

Ara

Ħsieb Riflessiv

F’dan il-filmat qasir kien hemm għasfur. L-għasfur tar minn ġol-gaġġa. Xi ġralu mbagħad? It-tifel ipprova jaqbad lill-għasfur, imma l-għasfur tar minn ġot-tieqa u ntilef. Fit-tieni parti, it-tifel ipoġġi l-għasfur lura fil-gaġġa u jsakkarha. Xi drabi ma jagħmilx ġid li nagħmlu dak li nkunu rridu aħna. Huwa importanti li nobdu lil dawk li jieħdu ħsiebna. Meta nobdu nħossuna ferħanin.

Wieħed mill-Kulleġġi jismu Maria Reġina. Marija hija l-persuna idejali li kienet dejjem libera li tħobb.

Talba

O Alla, għinna biex nobdu lil dawk li jieħdu ħsiebna, biex inħobbu lil kulħadd u nagħmlu dak li hu tajjeb biex inkunu tfal ferħanin. Ammen.

Merħba

Il-kap tal-iskola, l-SLT jew l-edukatur li jkun qed jmexxi l-assembly jagħti merħba lill-istudenti billi jgħidilhom “Bonġu”/”L-għodwa t-tajba”.  Wieħed jista’ jibda bir-radd tas-salib jew ftit minuti ta’ silenzju. 

Introduzzjoni

X’inhu l-ħelsien? (It-tfal jagħtu l-opinjoni tagħhom). Il-ħelsien ifisser li wieħed jaġixxi b’mod pożittiv, jagħmel kollox bil-ferħ u b’imħabba. ‘Ħelsien’ ifisser li nagħmlu għażliet u nagħmlu dejjem it-tajjeb mingħajr ma’ nweġġgħu lill-oħrajn. Ejjew nisimgħu l-opinjoni ta’ dan l-istudent dwar il-ħelsien:

Ara

Ħsieb Riflessiv

Bħalma qal dan l-istudent, il-ħelsien huwa li tagħmel dak li tixtieq dejjem b’imħabba. Fid-dizzjunarju wieħed isib id-definizjoni ta’ ħelsien bħala l-enerġija jew id-dritt li wieħed jaġixxi, jitkellem jew jaħseb kif irid. Madankollu, biex wieħed iħossu ħieles u ferħan, għandu dejjem jagħżel b’mod liberu li jagħmel it-tajjeb, jgħin u jħobb lil kulħadd.

Wieħed mill-Kulleġġi jismu Maria Reġina. Marija hija l-persuna idejali li kienet dejjem libera li tħobb.

Talba

O Alla għinni biex dejjem naġixxi tajjeb, billi ngħin, inkun ubbidjenti, nuri r-rispett u nkun dejjem ferħan jew ferħana. Ammen.

Merħba

Il-kap tal-iskola, l-SLT jew l-edukatur li jkun qed jmexxi l-assembly jagħti merħba lill-istudenti billi jgħidilhom “Bonġu”/”L-għodwa t-tajba”.  Wieħed jista’ jibda bir-radd tas-salib jew ftit minuti ta’ silenzju. 

Introduzzjoni

X’inhu l-ħelsien? Illum il-ġurnata il-ħelsien jagħtuh tifsiriet differenti. Il-ħelsien ifisser li taġixxi b’mod pożittiv, tagħmel kollox kif tixtieq imma b’mod tajjeb. Huwa r-rieda li tkun responsabbli u tgħix b’mod ferħan il-mument preżenti. Ejjew naraw dan il-filmat flimkien:

Ara

Ħsieb Riflessiv

Fid-dizzjunarju wieħed isib id-definizzjoni ta’ ħelsien bħala l-enerġija jew id-dritt li wieħed jaġixxi, jitkellem u jaħseb kif irid. Il-ħelsien huwa ħtieġa għal kull bniedem u wieħed jista’ jgawdi l-ħelsien f’kull aspett tal-ħajja. Inħossuna meħlusa meta naqdu lil xulxin bl-imħabba u meta nagħmlu kollox b’mod tajjeb u ma nweġġgħu lil ħadd.

Wieħed mill-Kulleġġi jismu Maria Reġina. Marija hija l-persuna idejali li kienet dejjem libera li tħobb.

Talba

O Alla, għinna biex naġixxu b’mod liberu u bla biżgħa mingħajr ma nweġġgħu lill-oħrajn.

Merħba

Il-kap tal-iskola, l-SMT jew l-edukatur li jkun qed jmexxi l-assembly jagħti merħba lill-istudenti billi jgħidilhom bonġu. Wieħed jista’ jibda bir-radd tas-salib jew ftit minuti ta’ silenzju.

Introduzzjoni

X’inhu l-ħelsien? Illum il-ġurnata l-ħelsien jagħtuh tifsiriet differenti. Kontinwament nisimgħu bil-libertà tal-kelma, tal-espressjoni, tar-reliġjon, tal-għażla… imma l-veru ħelsien huwa li tkun tista’ taġixxi b’mod pożittiv, tagħmel kollox u dak li tixtieq b’mod tajjeb, b’imħabba. Hija r-rieda li tkun responsabbli u tgħix b’mod ferħan il-mument preżenti mingħajr ma tweġġa’ lil ħadd. Hija wkoll il-liberta’ li tagħraf iġġib ruħek bir-rispett mingħajr razziżmu, preġudizzji jew attitudnijiet stereotipati

Ara

Ħsieb Riflessiv

 Ħafna nies jemmnu li l-ħelsien huwa l-enerġija jew id-dritt li wieħed jaġixxi, jaħseb jew jitkellem mingħajr rażan, jiġifieri li wieħed jikkontrolla l-ħajja tiegħu hu. It-tifsira tal-veru ħelsien huwa li wieħed jaġixxi b’mod ħieles u responsabbli, bl-imħabba.

Wieħed mill-Kulleġġi jismu Maria Reġina. Marija hija l-persuna idejali li kienet dejjem libera li tħobb.

Talba

O Alla,  Għinna biex nirrispettaw il-liberta’ u d-drittijiet tagħna kif ukoll ta’ ħaddieħor. Ammen.

Ipprintja l-paġna

English