English

Merħba

Il-kap tal-iskola, l-SLT jew l-edukatur li jkun qed jmexxi l-assembly jagħti merħba lill-istudenti billi jgħidilhom “Bonġu”/”L-għodwa t-tajba”. Wieħed jista’ jibda bir-radd tas-salib jew ftit minuti ta’ silenzju. 

Introduzzjoni

Kulħadd għandu nies li huma speċjali f’ħajtu. Jistgħu jkunu l-ġenituri tagħna jew dawk in-nies li ngħixu magħhom, il-membri tal-familja, il-ħbieb, l-għalliema u adulti oħra li jgħinuna. Dawn in-nies huma importanti għax jipproteġuna u jgħinuna nkunu siguri u kuntenti. Meta n-nies li jgħixu flimkien jieħdu ħsieb xulxin, ma jkunux biss grupp iżda jsiru familja u komunità. Il-komunitajiet huma importanti sabiex ħadd ma jħossu waħdu. Ejja naraw dan il-filmat flimkien:

Wieħed mill-Kulleġġi hu ddedikat lil San Benedittu. Dan il-qaddis hu magħruf għall-ħeġġa tiegħu biex iħobb ’l Alla u jservih fit-talb kontemplattiv.





Ħsieb Riflessiv

Kif rajna fil-filmat, it-tfal kienu jieħdu ħsieb xulxin, kienu attenti li jinnutaw meta xi ħadd kien inkwetat u kellu bżonn l-għajnuna. Meta nieħdu ħsieb xulxin b’dan il-mod, aħna qatt ma nħossuna weħidna għax nafu li dejjem hemm xi ħadd li se jaqbeż għalina u għalhekk kulħadd iħossu sigur u kuntent.

Talba

O Alla, jekk jogħġbok għinna nieħdu ħsieb xulxin sabiex kull persuna tħossha kuntenta u sigura u ħadd ma jħossu waħdu. Ammen.

Merħba

Il-kap tal-iskola, l-SLT jew l-edukatur li jkun qed jmexxi l-assembly jagħti merħba lill-istudenti billi jgħidilhom “Bonġu”/”L-għodwa t-tajba”.  Wieħed jista’ jibda bir-radd tas-salib jew ftit minuti ta’ silenzju. 

Introduzzjoni

Ilkoll għandna nies speċjali u importanti f’ħajjitna. Jistgħu jkunu n-nies li ngħixu magħhom id-dar, il-familja tagħna, il-ħbieb tagħna, in-nies li niltaqgħu magħhom l-iskola, sħabna tal-klassi u l-għalliema. Xi kultant, nistgħu nkunu parti minn grupp iżda xorta nistgħu nħossuna waħedna u iżolati. Meta n-nies jimpurtahom minn xulxin, ma jkunux biss grupp ta ‘nies iżda komunità. In-nies f’komunità jafu lil xulxin sew, huma sensittivi għall-bżonnijiet ta’ ħaddieħor u mhumiex egoisti. Huma jappoġġjaw lil xulxin meta xi ħadd ikun inkwetat jew imdejjaq. Huma wkoll tolleranti lejn xulxin u jaħfru lil xulxin. Huwa importanti li nippruvaw nibnu komunità pożittiva fil-familja, l-iskola, il-klassi, il-gruppi ta’ divertiment tagħna kif ukoll fir-raħal jew belt tagħna. Komunità protettiva tqis id-drittijiet ta’ ħaddieħor, speċjalment dawk li qed jiġu bullied, li tħallew barra jew li ħadd ma jagħti kashom.

Ejjew nibdew billi naraw dan il-filmat:

Ħsieb Riflessiv

Kif rajna f’dan il-filmat, it-tfal tkellmu dwar kif qabżu għal dawk il-persuni fil-komunità tagħhom li kienu bullied, trattati ħażin jew trattati b’mod inġust. Li taqbeż għall-oħrajn mhuwiex faċli iżda huwa dan li joħloq komunità ta ‘mħabba u kura. Xi kultant, irridu nipproteġu lin-nies li jiġu ttrattati b’mod inġust minħabba li huma differenti mill-bqija tal-grupp. Forsi d-dehra fiżika tagħhom hija differenti, il-mod kif jilbsu, il-lingwa tagħhom, il-ħwejjeġ u l-ikel tagħhom. Xi nies li għandhom sfidi fiżiċi, emozzjonali jew intellettwali jistgħu wkoll jiġu bullied jew trattati b’mod inġust.

Pereżempju, persuna li għandha diżabilità tista’ tkun bullied jew titwarrab. Persuna li tistħi ħafna tista’ titħalla barra mil-logħob u l-attivitajiet. Hekk ukoll persuni li ġejjin minn kultura jew razza differenti jistgħu jiġu mwarrba. Huwa importanti li nkunu sensittivi għall-bżonnijiet ta’ dawn il-persuni u li jkollna l-kuraġġ li niddefenduhom. Huwa importanti wkoll li nħeġġu membri oħra tal-komunità tagħna biex jingħaqdu fl-magħna sabiex dawn in-nies li qed jiġu bullied, trattati b’mod inġust jew li jitħallew barra jiġu protetti. B’dan il-mod, il-familji, l-iskejjel, il-klassijiet, il-gruppi, l-irħula jew l-ibliet tagħna jsiru komunitajiet pożittivi fejn ħadd ma jħossu waħdu.

Wieħed mill-Kulleġġi hu ddedikat lil San Benedittu. Dan il-qaddis hu magħruf għall-ħeġġa tiegħu biex iħobb ’l Alla u jservih fit-talb kontemplattiv.

Talba

O Alla, jekk jogħġbok għin lil kull wieħed u waħda minna biex inkunu sensittivi għall-bżonnijiet ta’ kull persuna li ngħixu jew niltaqgħu magħha sabiex ħadd ma jsofri bullying jew solitudni. Ammen.

Merħba

Il-kap tal-iskola, l-SLT jew l-edukatur li jkun qed jmexxi l-assembly jagħti merħba lill-istudenti billi jgħidilhom “Bonġu”/”L-għodwa t-tajba”.  Wieħed jista’ jibda bir-radd tas-salib jew ftit minuti ta’ silenzju. 

Introduzzjoni

Xi kultant, nistgħu inkunu fi grupp bħall-familja, il-ħbieb, sħabna tal-klassi, l-iskola, ir-raħal jew il-belt tagħna u minkejja li jkun hemm nies oħra magħna, xorta nħossuna weħidna. Is-solitudni hija problema serja tas-soċjeta’ moderna minħabba li ħafna iħossuhom iżolati minkejja l-midja soċjali u t-telekomunikazzjonijiet moderni. In-nies iħossuhom iżolati meta l-membri tal-grupp tagħhom ma jsirux jafu lil xulxin sew, ma jqattgħux ħin flimkien u ma jisimgħux lil xulxin. Għalhekk huwa importanti li nikkomunikaw aħjar man-nies ta’ madwarna, li nisimgħu l-opinjonijiet u l-problemi tagħhom, li nkunu sensittivi għas-sentimenti, il-ħtiġijiet u x-xewqat tagħhom. Meta kull membru fi grupp ikun protettiv u jappoġġja lil xulxin, nibnu komunità pożittiva. Ejjew naraw dan il-filmat:

Ara

Ħsieb Riflessiv

Meta nħossuna membri attivi u integrati fi ħdan il-familji, l-iskejjel u l-gruppi soċjali tagħna ikollna inqas solitudni u ngħixu ħajja aħjar. Komunità pożittiva tikkonsisti fi grupp ta’ nies li jafdaw lil xulxin, jafu lil xulxin sew, jisimgħu b’mod attiv lil xulxin u jaqbżu għal xulxin. F’komunità ta ‘ appoġġ, ħadd ma jħossu iżolat u l-membri jħossuhom siguri u apprezzati minħabba li dejjem hemm xi ħadd li jirrispetta d-dinjità, id-drittijiet, il-kultura u d-diversità tagħhom. Għalhekk huwa essenzjali li noqogħdu attenti għal dawk il-persuni li jiġu ttrattati ħażin jew li jsofru inġustizzja minħabba li huma differenti mill-oħrajn.

Pereżempju, persuni li jiffaċċjaw sfidi fiżiċi, emozzjonali jew intellettwali jistgħu isibu ruħhom żvantaġġjati. Hekk ukoll persuni li ġejjin minn kultura jew razza differenti jistgħu jiġu mwarrba. F’komunità pożittiva, il-membri ma jiġġieldux l-inġustizzji, il-bullying jew it-trattament ħażin waħedhom iżda jingħaqdu u jħeġġu lil ħaddieħor biex jingħaqad magħhom ħalli jappoġġja lil min qed isofri inġustizzja. Huma jingħaqdu biex iġibu bidla pożittiva. Huma jħossuhom responsabbli għall-ġid ta’ xulxin, u għandhom għan komuni  li joħolqu ambjent ta’ rispett u kura lejn xulxin. Wieħed minn dawn il-kulleġġi hu ddedikat lil San Benedittu li kien magħruf għall-imħabba li kellu lejn Alla u għat-talb kontemplattiv.

Talba

O Alla, jekk jogħġbok għinna nkunu sensittivi għall-bżonnijiet ta’ xulxin u ningħaqdu biex nappoġġjaw lil xulxin. Ammen.

Merħba

Il-kap tal-iskola, l-SMT jew l-edukatur li jkun qed jmexxi l-assembly jagħti merħba lill-istudenti billi jgħidilhom bonġu. Wieħed jista’ jibda bir-radd tas-salib jew ftit minuti ta’ silenzju.

Introduzzjoni

Xi kultant, meta nkunu fi grupp bħall-familja tagħna, il-ħbieb, sħabna tal-klassi, l-iskola, ir-raħal jew il-belt tagħna, xorta nistgħu nħossuna weħidna, qisna qed ngħixu mal-barranin. Is-solitudni hija problema li tkisser is-soċjetà moderna minħabba li ħafna nies iħossuhom iżolati u waħedhom minkejja l-midja soċjali u t-telekomunikazzjonijiet moderni. In-nies iħossuhom iżolati meta l-membri tal-grupp tagħhom ma jsirux jafu lil xulxin sew, meta ħadd ma jifhem lil ħaddieħor. Għalhekk huwa importanti li nikkomunikaw aħjar man-nies ta’ madwarna, li nisimgħu l-opinjonijiet u l-problemi tagħhom, li nkunu sensittivi għas-sentimenti, il-ħtiġijiet u l-problemi tagħhom. Meta kull membru fi grupp ikun protettiv u jappoġġja lil xulxin, nibnu komunità pożittiva.

Ejjew nibdew billi naraw dan il-filmat:

Ħsieb Riflessiv

Kif rajna fil-filmat, Andrew kien iqatta’ ħin l-ikel waħdu l-iskola għax kien differenti miż-żgħażagħ l-oħra. Meta n-nies innutaw l-iżolament tiegħu, huma stiednuh ikun parti mill-grupp tagħhom u biex jingħaqad fl-attivitajiet tagħhom. Dan huwa eżempju tajjeb ta’ kif nistgħu noħolqu komunità ta’ appoġġ fejn kull persuna tħossha parti importanti mill-grupp. Li jkollna sens ta’ appartenenza fi ħdan il-familji, l-iskejjel u l-gruppi soċjali tagħna jgħinna biex ma nkunux iżolati u biex ngħixu ħajja aħjar. Komunità pożittiva tikkonsisti fi grupp ta’ nies li jafdaw lil xulxin, jafu lil xulxin sew, jisimgħu b’mod attiv lil xulxin, jaċċettaw, jittolleraw u jaħfru lil xulxin u jaqbżu għal xulxin. F’komunità ta’ appoġġ, in-nies iħossuhom siguri u apprezzati minħabba li dejjem hemm xi ħadd li jirrispetta d-dinjità, id-drittijiet, il-kultura u d-diversità tagħhom.

Għalhekk huwa essenzjali li nindunaw meta jkun hemm persuni li jiġu ttrattati ħażin jew li jsofru inġustizzja minħabba li huma differenti mill-oħrajn. Per eżempju, sfidi fiżiċi, emozzjonali jew intellettwali jistgħu jpoġġu lil ċerti membri ta’ grupp fi żvantaġġ. Hekk ukoll persuni li ġejjin minn kultura jew razza differenti jistgħu jiġu mwarrba. F’komunità pożittiva, il-membri ma jiġġieldux l-inġustizzji, il-bullying jew it-trattament ħażin waħedhom iżda jagħmlu lobbying għall-appoġġ billi jħeġġu lil ħaddieħor jingħaqad magħhom. Il-membri ta’ komunità li tappoġġja lil xulxin, iħossuhom responsabbli għall-benesseri ta’ xulxin; huma jingħaqdu permezz ta’ għanijiet komuni u joħolqu ambjent ta’ kura, dinjita’ u rispett. Wieħed minn dawn il-kulleġġi hu ddedikat lil San Benedittu li kien magħruf għall-imħabba li kellu lejn Alla u għat-talb kontemplattiv.

Talba

O Alla, jekk jogħġbok, għinna ningħaqdu biex nibnu komunitajiet pożittivi fejn in-nies huma konnessi permezz tal-imħabba, ir-rispett u l-kuraġġ. Ammen.

Ipprintja l-paġna

English