English

Merħba

Il-kap tal-iskola, l-SLT jew l-edukatur li jkun qed jmexxi l-assembly jagħti merħba lill-istudenti billi jgħidilhom “Bonġu”/”L-għodwa t-tajba”. Wieħed jista’ jibda bir-radd tas-salib jew ftit minuti ta’ silenzju. 

Introduzzjoni

Malta tagħmel parti mill-kontinent tal-Ewropa. Fl-Ewropa hemm wieħed u ħamsin pajjiż. Ejjew naraw dan il-video flimkien:

Ara

Ħsieb Riflessiv

Jekk naraw il-mappa tal-Ewropa naraw li l-biċċa l-kbira tal-pajjiżi tal-Ewropa jinsabu kollha ħdejn xulxin. Aħna meta morru jew ikollna xi attività nfittxu li npoġġu ħdejn xi ħadd li nieħdu pjaċir inkunu ħdejh. Il-pajjiżi fil-kontinent tal-Ewropa għandhom affarijiet simili, iżommu l-għaqda ta’ bejniethom permezz tal-mexxejja biex kullimkien jasal l-istess messaġġ li aħna l-bnedmin kollha aħwa ta’ xulxin.

Talba

O Mulej, kompli ħu ħsieb lil poplu tal-Ewropa biex kulħadd jagħraf is-sabiħ li nkunu magħqudin flimkien. Ammen.

Merħba

Il-kap tal-iskola, l-SLT jew l-edukatur li jkun qed jmexxi l-assembly jagħti merħba lill-istudenti billi jgħidilhom “Bonġu”/”L-għodwa t-tajba”.  Wieħed jista’ jibda bir-radd tas-salib jew ftit minuti ta’ silenzju. 

Introduzzjoni

Malta tinsab fil-kontinent tal-Ewropa flimkien ma’ ħamsin pajjiż ieħor. L-Ewropa hija peninżula u t-tieni l-iżgħar kontinent fid-dinja. Dan nistgħu narawh ċar jekk nagħtu ħarsa lejn il-mappa tal-Ewropa. Il-paċi u l-unità fl-Ewropa jiġu ċċelebrati fil-5 ta’ Mejju. Ejjew naraw dan il-video flimkien:

Ara

Ħsieb Riflessiv

Li Malta tagħmel parti mill-kontinent tal-Ewropa jfisser li l-gżira żgħira tagħna tagħmel parti minn xi ħaġa ikbar minnha. Għalhekk, dan jurina li Malta fl-Unjoni Ewropea hija magħquda ma’ pajjiżi oħra biex flimkien jinħolqu regoli li jsaħħu l-għaqda ma’ kulħadd. Ir-regoli mhumiex kollox…l-iktar regola mportanti hija l-imħabba. Imma r-regoli jgħinuna biex nagħmlu kollox sewwa u tissaħħaħ l-għaqda fid-diversità.

Talba

O Alla, bierek il-kontinent tal-Ewropa u għin lill-mexxejja biex jieħdu deċiżjonijiet siewja u li jnisslu l-għaqda bejn kulħadd. Ammen.

Merħba

Il-kap tal-iskola, l-SLT jew l-edukatur li jkun qed jmexxi l-assembly jagħti merħba lill-istudenti billi jgħidilhom “Bonġu”/”L-għodwa t-tajba”.  Wieħed jista’ jibda bir-radd tas-salib jew ftit minuti ta’ silenzju. 

Introduzzjoni

Żġur li bosta drabi smajna dwar l-Ewropa u li Malta tagħmel parti minn dan il-kontinent. U żgur li wħud minna għamilna xi proġett dwar l-Ewropa u min jaf kemm fittxejna l-mappa ta’ Malta. Ejjew naraw dan il-video flimkien:

Ara

Ħsieb Riflessiv

Fil-5 ta’ Mejju niċċelebraw il-paċi u l-unità fl-Ewropa. Il-mexxejja tal-pajjiżi fl-Unjoni Ewropea jaħdmu qatigħ biex il-pajjiżi jimxu f’unità permezz tad-deċiżjonijiet li jieħdu anke fid-dawl ta’ kriżijiet li jinqalgħu. Il-pajjiżi Ewropej ilkoll flimkien jaqsmu l-identità, il-kultura u l-istorja u f’dan kollu tinħoloq għaqda naturali bejniethom; per eżempju meta lkoll bdejna nużaw l-istess munita, l-Ewro. Jiena u inti nistgħu nipprattikaw dan billi f’dak kollu li nagħmlu nfittxu biss dak li jgħaqqadna u dak li huwa komuni u b’hekk inkunu qed nuru li l-għaqda fid-diversità hija possibli.

Talba

Nitolbuk Mulej, kompli itfa’ ħarstek fuq il-kontinent tal-Ewropa. Ħu ħsieb lilna lkoll li nagħmlu parti minn dan il-kontinent, biex nilqgħu lil kull min jiġi jżurna u nħeġġu l-għaqda b’għemilna. Ammen.

Merħba

Il-kap tal-iskola, l-SMT jew l-edukatur li jkun qed jmexxi l-assembly jagħti merħba lill-istudenti billi jgħidilhom bonġu. Wieħed jista’ jibda bir-radd tas-salib jew ftit minuti ta’ silenzju.

Introduzzjoni:

Kemm-il darba smajna dwar l-Ewropa u li Malta tagħmel parti minn dan il-kontinent. U żgur li wħud minnha għamilna xi proġett dwar l-Ewropa u min jaf kemm fittxejna l-mappa ta’ Malta. Ejjew naraw dan il-video flimkien:

Ħsieb Riflessiv

Fil-5 ta’ Mejju niċċelebraw il-paċi u l-unità fl-Ewropa. Il-mexxejja tal-pajjiżi fl-Unjoni Ewropea jaħdmu qatigħ biex il-pajjiżi jimxu f’unità permezz tad-deċiżjonijiet li jieħdu anke fid-dawl ta’ kriżijiet li jinqalgħu. Il-pajjiżi Ewropej ilkoll flimkien jaqsmu l-identità, il-kultura u l-istorja u f’dan kollu tinħoloq għaqda naturali bejniethom; per eżempju meta lkoll bdejna nużaw l-istess munita, l-Ewro. Jiena u inti nistgħu nipprattikaw dan billi f’dak kollu li nagħmlu nfittxu biss dak li jgħaqqadna u dak li huwa komuni u b’hekk inkunu qed nuru li l-għaqda fid-diversità hija possibli.

Talba

Nitolbuk Mulej, kompli itfa’ ħarstek fuq il-kontinent tal-Ewropa. Ħu ħsieb lilna lkoll li nagħmlu parti minn dan il-kontinent, biex nilqgħu lil kull min jiġi jżurna u nħeġġu l-għaqda b’għemilna. Ammen.

Ipprintja l-paġna

English