English

Merħba

Il-kap tal-iskola, l-SMT jew l-edukatur li jkun qed imexxi l-assembly jagħti merħba lill-istudenti billi jgħidilhom bonġu. Wieħed jista’ jibda bir-radd tas-salib jew ftit minuti ta’ silenzju.

Introduzzjoni

Kulħadd ikun ferħan meta nkunu magħqudin flimkien, meta kulħadd jiġi l-iskola, meta jkollna xi ħarġa jew xi lezzjoni speċjali u nkunu iktar fil-kumpanija ta’ xulxin. Ejjew inkantaw flimkien:

Ara

Ħsieb Riflessiv

Meta kulħadd jagħmel dak li għandu jagħmel sewwa, kulħadd ikun ferħan. Per eżempju jekk kulħadd ipinġi stampa żgħira, imbagħad ngħaqqduhom flimkien, ikollna tpinġija kbira u sabiħa. U dan huwa dak li rridu nagħmlu fil-ħajja, kulħadd jagħmel u jagħti l-biċċa tiegħu biex flimkien noħoloqu atmosfera sabiħa.

Wieħed mill-kulleġġi jismu Santa Margerita. Santa Margerita flimkien ma’ żewġha kienu jaħdmu qatigħ għall-għaqda fost kulħadd speċjalment fil-familja kbira tagħhom u fost il-fqar. Il-festa tagħha niċċelebrawha fis-16 ta’ Novembru.

Talba

Mulej Alla, għinna biex dejjem nagħmlu affarijiet sbieħ flimkien. Ammen.

Merħba

Il-kap tal-iskola, l-SMT jew l-edukatur li jkun qed imexxi l-assembly jagħti merħba lill-istudenti billi jgħidilhom bonġu. Wieħed jista’ jibda bir-radd tas-salib jew ftit minuti ta’ silenzju.

Introduzzjoni

Żgur li mhijiex kumbinazzjoni li lkoll ninsabu flimkien f’din l-iskola u f’din il-klassi. Kien il-pjan t’Alla għalina li niltaqgħu biex nitgħallmu, nilagħbu, nistudjaw u jkollna ħafna esperjenzi sbieħ flimkien.

Ara

Ħsieb Riflessiv

B’dak li nagħmlu nistgħu nagħmlu differenza u ningħaqdu iktar flimkien. Ejjew ma nibżgħux nagħmlu t-tajjeb biex insaħħu l-għaqda ta’ bejnietna anke jekk ikun hemm min ma jaqbilx magħna.

Wieħed mill-kulleġġi jismu Santa Margerita. Santa Margerita flimkien ma’ żewġha kienu jaħdmu bla waqfien għall-għaqda fost kulħadd speċjalment fil-familja kbira tagħhom u fost il-fqar. Il-festa tagħha niċċelebrawha fis-16 ta’ Novembru.

Talba

Għinna Mulej Alla, inkomplu nifhmu iktar lil xulxin, biex ningħaqdu iktar u hekk ngħinu lil xulxin inkomplu nikbru. Ammen.

Il-kap tal-iskola, l-SMT jew l-edukatur li jkun qed imexxi l-assembly jagħti merħba lill-istudenti billi jgħidilhom bonġu. Wieħed jista’ jibda bir-radd tas-salib jew ftit minuti ta’ silenzju.

Introduzzjoni

Meta bdejna nattendu l-iskola medja, żgur li staqsejna: “Min jaf min se jkun fil-klassi miegħi?” Din il-mistoqsija nagħmluha għax nifhmu kemm hu sabiħ li nkunu magħqudin u nikbru flimkien.

Ara

Ħsieb Riflessiv

Kif rajna f’dan il-video, huwa mportanti li naraw it-tajjeb ta’ xulxin u ma nibżgħux ngħidu lil xulxin x’naraw sabiħ f’xulxin. Dan ikun t’għajnuna kbira għal kulħadd biex naħdmu tajjeb fi grupp, f’tim u hekk inkomplu nikbru flimkien u nirnexxu fil-ħajja.

Wieħed mill-kulleġġi jismu Santa Margerita. Santa Margerita flimkien ma’ żewġha kienu jaħdmu qatigħ għall-għaqda fost kulħadd speċjalment fil-familja kbira tagħhom u fost il-fqar. Il-festa tagħha niċċelebrawha fis-16 ta’ Novembru.

Talba

Mulej Alla, inti li tgħaqqadna lkoll, għinna biex nfittxu dejjem li naraw is-sabiħ f’xulxin biex ngħixu ħenjin. Ammen.

Merħba

Il-kap tal-iskola, l-SMT jew l-edukatur li jkun qed imexxi l-assembly jagħti merħba lill-istudenti billi jgħidilhom bonġu. Wieħed jista’ jibda bir-radd tas-salib jew ftit minuti ta’ silenzju.

Introduzzjoni

L-għaqda ta’ bejnietna ssaħħaħna f’dak kollu li jiġri u f’dak kollu li jkun hemm bżonn li jsir fil-ħajja. Huma diversi l-attivitajiet fil-ħajja li permezz tagħhom l-għaqda sseħħ, anke meta xi drabi ma nirrealizzawx.

Ħsieb Riflessiv

Din l-istudenta kitbet silta mużikali li mbagħad indaqqet mill-mużiċisti li għalkemm bi strumenti differenti, flimkien irnexxielhom joħolqu armonija sabiħa u li biha ferrħu lil kull min semagħha. L-istess aħna, għandna dejjem nagħmlu l-parti tagħna sew u b’attitudni tajba, biex ħaddieħor ikun jista’ jgawdi minn dak li nagħmlu u noħolqu ambjent ta’ trankwillità.

Wieħed mill-kulleġġi jismu Santa Margerita. Santa Margerita flimkien ma’ żewġha kienu jaħdmu qatigħ għall-għaqda fost kulħadd speċjalment fil-familja kbira tagħhom u fost il-fqar. Il-festa tagħha niċċelebrawha fis-16 ta’ Novembru.

Talba

O Alla, inti li tiġborna biex tgħaqqadna flimkien, fakkarna dejjem li dak li nagħmlu se nagħmluh kemm għall-ġid tagħna kif ukoll tal-oħrajn. Ammen.

Ipprintja l-paġna

English