Author: Fr Reuben Gauci

Ngħixu l-Imħabba bil-Ferħ: Inħaddnu l-Bidla u t-Tranżizzjoni

Is-sessjoni ‘Ngħixu l-Imħabba bil-Ferħ’ hija mfassla biex tippromwovi l-iżvilupp spiritwali u tipprovdi esperjenza rikka lill-istudenti tas-sitt sena fl-iskejjel tal-Istat .

L-għan ta’ din is-sessjoni huwa li nkomplu niskopru li flimkien nistgħu ngħixu l-imħabba b’mod ferrieħi. Tul dan in-nofs ta’ nhar, ngħinu lill-istudenti isaħħu l-valur tal-ħajja fil-perspettiva Nisranija billi jkunu iktar grati, jagħrfu japprezzaw lilhom infushom u r-relazzjonijiet tagħhom, u jagħrfu l-ħolm u l-limitazzjonijiet tagħhom…

Kompli aqra »

Ngħixu l-Imħabba permezz tal-Missjoni Tagħna – sessjoni

Presentation Introduzzjoni

Missjoni tfisser li wieħed juża kemm jiflaħ l-kapaċitajiet tiegħu  biex jagħmel lil ħaddieħor ferħan.

Riflessjoni

Aħna lkoll mistiedna nkunu studenti  responsabbli u ġenerużi u ngħinu bil-modi kollha possibli. Din hija l-missjoni bħala tfal żgħar. Nirriflettu fuq ix-xewqat u l-ħolm tagħna, u nilħqu l-għanijiet tagħna billi nagħmlu dak li l-edukaturi jitolbu minna, b’attenzjoni. Huwa ferm importanti li nieħdu ħsieb tagħna nfusna…

Kompli aqra »

Ngħixu l-Imħabba bi Gratitudni

Preżentazzjoni Merħba

Il-kap tal-iskola, SLT jew edukatur li qed imexxi r-riflessjoni jilqa’ lill-istudenti jista’ jibda bir-radd tas-salib jew b’minuta silenzju.

Riflessjoni

Qegħdin fi żmien il-Għid. Għaliex niċċelebraw l-Għid? Il-festa tal-Għid hija turija tal-akbar imħabba t’Alla għalina. Wara li miet fuq is-salib, Ġesù reġa’ qam. Ġesù huwa Ħaj! Din hi r-raġuni għaliex kulħadd jiċċelebra l-Għid. Ejjew nkantaw u niżfnu ferħanin flimkien…

Kompli aqra »

Ngħixu l-Imħabba permezz tar-Rikonċiljazzjoni

Preżentazzjoni Merħba

Il-kap tal-iskola, SLT jew edukatur li qed imexxi r-riflessjoni jilqa’ lill-istudenti jista’ jibda bir-radd tas-salib jew b’minuta silenzju.

Riflessjoni

Kulħadd jaf li hemm xi kliem li jkollhom seħer. Tafu liema huma? (It-tfal jiġihom f’moħħhom ‘Jekk jogħġbok’, ‘Jiddispjaċini’, u ‘Grazzi’.) Iva, dawn huma l-kliem maġiċi. Illum ser inkunu nagħmlu enfasi fuq il-kelma ‘Jiddispjaċini’. Dan ifisser illi meta nużawha, nindunaw li għamilna xi ħaġa ħażina u li qed inwegħdu li ma nerġgħux nagħmlu din il-ħaġa ħażina…

Kompli aqra »

Ngħixu l-Imħabba bħal Aħwa

Preżentazzjoni Merħba

Il-kap tal-iskola, SLT jew edukatur li qed imexxi r-riflessjoni jilqa’ lill-istudenti jista’ jibda bir-radd tas-salib jew b’minuta silenzju.

Riflessjoni

Hija ħaġa sabiħa li tkun ħabib ma kulħadd. Fil-familji tagħna hemm aħwa, ommijiet, missirijiet, zjiet u nanniet. Alla għandu familja kbira. Kull persuna fid-dinja tagħmel parti minn din il-familja tassew. Ejjew nkantaw flimkien:

Għanja

Ejjew nkantaw flimkien:

Talba

O Alla, grazzi talli tajtni aħwa biex naqsmu ħajjitna magħhom…

Kompli aqra »

Ġimgħa f’Taizé

Ġimgħa f’Taizé ma’ grupp ta’ ħbieb, hija esperjenza indimentikabbli fejn tikber spiritwalment, tagħmel kuntatti ma’ persuni oħra u tħossok fil-paċi.

Imkennen fil-qalba tar-reġjun tal-Borgonja fi Franza, Taizé huwa raħal żgħir magħruf għall-komunità Nisranija ekumenika tiegħu u għall-impenn għall-paċi u r-rikonċiljazzjoni. Imwaqqfa minn Frere Roger Schutz fl-1940, il-Komunità ta’ Taizé tħaddan il-Brothers ta’ Taizé ta’ ordni monastiku Nisrani ekumeniku. Taizé huwa magħruf għall-istil distintitiv ta’ talb u qima, ikkaratterizzat b’kant ripetittiv b’melodiji sempliċi u kontemplattivi…

Kompli aqra »

Ngħixu l-imħabba permezz tal-paċi u l-ġenerożità – sessjoni

Preżentazzjoni Introduzzjoni

Animatur: Bonġu/Waranofsinhar it-tajjeb, għeżież studenti!

Merħba għar-riflessjoni tal-lum fuq li ngħixu l-imħabba permezz tal-paċi u ġenerożità. Aħna li nimxzu wara Kristu, aħna msejħin nkunu strumenti ta’mħabbtu fid-dinja billi nxerrdu l-paċi u l-ġenerożità kull fejn immorru. Illum, se niflu kif meta nħaddnu dawn il-kwalitajiet nistgħu nbiddlu ħajjitna u dik ta’ dawk ta’ madwarna.

Vidjo Klipp

L-animatur jgħid lill-istudenti jaraw vidjo klipp qasir bit-titlu:

Generosity Short Film

Animatur: Kemm iġiegħelek taħseb dan il-vidjo hux? …

Kompli aqra »

Ngħixu l-Imħabba permezz tat-tifkira tal-Oħrajn – sessjoni

Preżentazzjoni Introduzzjoni

Matul ix-xahar ta’ Novembru, imma speċjalment fit-2 jum ta’ Novembru aħna niġu mistiedna niftakru fil-qraba u l-ħbieb tagħna li għaddew għall-ħajja ta’ dejjem. Mod tajjeb kif nagħmlu dan huwa billi nżuruhom fiċ-ċimiterju u npoġġulhom fjuri u nixegħlulhom xemgħa fuq il-qabar.

Riflessjoni

Aħna, persuni, niddependu minn xulxin. Il-qaddisin li niċċelebraw fl-ewwel ta’ Novembru jitolbu ’l Alla għalina l-bnedmin li għadna qegħdin ngħixu fid-dinja…

Kompli aqra »

Ngħixu l-Imħabba permezz ta’ komunità – sessjoni

Preżentazzjoni Introduzzjoni

Għeżież tfal, tistgħu taraw dawn it-tfal f’din l-istampa? X’taħsbu li qegħdin jagħmlu? (It-tfal ser jagħtu xi suġġerimenti). Għandkom raġun, tfal, is-suġġerimenti tagħkom huma tajbin. Dik hija t-tifsira ta’ komunità, li aħna lkoll magħquda, inħobbu lil xulxin u ngħinu lil xulxin b’diversi modi. Komunità huma n-nies li jgħinuna.

Ejjew nisimgħu storja -‘Il-komunità tiegħi, aqra b’leħen għoli.

Riflessjoni

Il-komunità tiegħi, aqra b’leħen għoli

Wara li tkunu smajtu din l-istorja, it-tfal ser jitgħallmu min huma dawk in-nies li jagħmlu parti mill-komunità tagħna…

Kompli aqra »

Ngħixu l-Imħabba permezz tal-Paċi u Ġenerosità

Preżentazzjoni Merħba

Il-kap tal-iskola, SLT jew edukatur li qed janima r-riflessjoni jagħti merħba lill-istudenti u jgħinhom jikkalmaw u jikkonċentraw. Wieħed jista’ jibda r-riflessjoni bir-radd tas-salib jew b’minuta silenzju.

Riflessjoni

Il-ġenerosità ma tfissirx li taqsam ikel jew affarijiet żejda tagħna, jew tagħti xi ftit ħin minn tiegħek. Il-ġenerożità vera tfisser tagħti sakemm tweġġa’ bi tbissima kbira. Meta wieħed ikun ġeneruż ikollu fih paċi ġewwinija fih…

Kompli aqra »

Ngħixu l-Imħabba billi niftakru fl-oħrajn

Preżentazzjoni Merħba

Il-kap tal-iskola, SLT jew edukatur li qed imexxi r-riflessjoni jilqa’ lill-istudenti jista’ jibda bir-radd tas-salib jew b’minuta silenzju.

Riflessjoni

Qegħdin fix-xahar ta’ Novembru. F’dan ix-xahar naħsbu fil-qraba u ħbieb tagħna li m’għadhomx aktar magħna. Qegħdin il-Ġenna. Fil-ġenna flimkien mal-qraba tagħna jinsabu nies li ħabbew lil Alla f’ħajjithom u li issa qegħdin jitolbu għalina u jgħinuna minn hemm…

Kompli aqra »

Ngħixu l-Imħabba permezz tal-Komunità

Preżentazzjoni Merħba

Il-kap tal-iskola, SLT jew edukatur li qed imexxi r-riflessjoni jilqa’ lill-istudenti jista’ jibda bir-radd tas-salib jew b’minuta silenzju.

Riflessjoni

Komunità tfisser li ngħinu u nsiru nafu lil xulxin. Kull wieħed huwa importanti, jalla nibnu l-komunità tal-klassi jew tal-iskola billi nżommu ambjent sabiħ fostna. Ejjew nilagħbu logħba flimkien.

Logħba

Tagħmir meħtieġ: ballun

L-animaturi jibdew billi jżommu l-ballun u igħidu…

Kompli aqra »