English

Merħba

Il-kap tal-iskola, SLT jew edukatur li qed imexxi r-riflessjoni jilqa’ lill-istudenti jista’ jibda bir-radd tas-salib jew b’minuta silenzju.

Riflessjoni

Qegħdin fi żmien il-Għid. Għaliex niċċelebraw l-Għid? Il-festa tal-Għid hija turija tal-akbar imħabba t’Alla għalina. Wara li miet fuq is-salib, Ġesù reġa’ qam. Ġesù huwa Ħaj! Din hi r-raġuni għaliex kulħadd jiċċelebra l-Għid. Ejjew nkantaw u niżfnu ferħanin flimkien.

Għanja

Ejjew nkantaw flimkien: Ġesù huwa Ħaj (Żifna Freeze)

Talba

Għażiż Alla, berikna bis-sliem, bl-imħabba u l- ferħ tal-Għid. Ammen.

Merħba

Il-kap tal-iskola, SLT jew edukatur li qed imexxi r-riflessjoni jilqa’ lill-istudenti  jista’ jibda bir-radd tas-salib jew b’minuta silenzju.

Riflessjoni

Hemm diversi manjieri fejn nesprimu il-gratitudni tagħna. Prinċipalment nagħmlu dan ma’ dawk li huma l-eqreb tagħna u mal-ħbieb tagħna. L-aktar ħaġa li għaliha għandna nkunu grati hija ħajjitna u għal dak kollu li nagħmlu f’ħajjitna.

Għanja

Ejjew nkantaw flimkien: Ġesù huwa ħaj

Talba

Għażiż Alla, grazzi tal-qawwa tal-għaġeb u x-xogħol f’ħajjitna. Grazzi tat-tjubija li turi lilna u tal-barka Tiegħek fuqna. Ammen.

Merħba

Il-kap tal-iskola, SLT jew edukatur li qed janima r-riflessjoni jagħti merħba lill-istudenti u jgħinhom jikkalmaw u jikkonċentraw. Wieħed jista’ jibda r-riflessjoni bir-radd tas-salib jew b’minuta silenzju.

Filmat Qasir

L-edukatur jistieden l-istudenti biex jaraw dan il-vidjo qasir, u warajh issir riflessjoni u talba żgħira.

Għid “Grazzi” – Vidjo ta’ motivazzjoni fuq l-importanza tal-Gratitudni

Riflessjoni

Li ngħixu l-imħabba permezz tal-gratitudni huwa mod straordinarju li nġibu ferħ u pożittività f’ħajjitna. Tfisser li nirrikonoxxu u napprezzaw il-ħwejjeġ sbieħ li għandna, bħall-ħbieb, il-familja, u l-opportunitajiet. Meta nuru li aħna grati lejn xi ħadd, nistgħu nxerrdu l-imħabba u l-ġentilezza, waqt li nħallu impatt pożittiv fuq il-benesseri tagħna u l-kuntentizza tal-oħrajn.

Talba

Għażiż Alla, grazzi tal-barkiet bla għadd li Inti ssawwab fuqna f’ħajjitna. Iftaħ għajnejna għas-sbuħija li aħna mdawrin biha u imla qalbna bi gratitudni.

Merħba

Il-kap tal-iskola, SLT jew edukatur li qed janima r-riflessjoni jagħti merħba lill-istudenti u jgħinhom jikkalmaw u jikkonċentraw. Wieħed jista’ jibda r-riflessjoni bir-radd tas-salib jew b’minuta silenzju.

Filmat Qasir

L-edukatur jistieden lill-istudenti jaraw vidjo qasir, u warajh issir riflessjoni u talba żgħira.

Għid “Grazzi” – Vidjo ta’ motivazzjoni fuq l-importanza tal-Gratitudni

Riflessjoni

Li ngħixu l-imħabba permezz tal-gratitudni huwa mod straordinarju li nġibu ferħ u pożittività f’ħajjitna. Tfisser li nirrikonoxxu u napprezzaw il-ħwejjeġ sbieħ li għandna, bħall-ħbieb, il-familja, u l-opportunitajiet. Meta nuru li aħna grati lejn xi ħadd, nistgħu nxerrdu l-imħabba u l-ġentilezza, waqt li nħallu impatt pożittiv fuq il-benesseri tagħna u l-kuntentizza tal-oħrajn.

Talba

Għażiż Alla, grazzi tal-barkiet bla għadd li Inti ssawwab fuqna f’ħajjitna. Iftaħ għajnejna għas-sbuħija li aħna mdawrin biha u imla qalbna bi gratitudni.

Ipprintja l-paġna

English