Author: Fr Reuben Gauci

Aktar milli tista’ tobsor!

pexels/francesco ungaro: in God like fish in water

Fl-Isem tal-Missier u tal-Iben u tal-Ispirtu s-Santu

Ta’ min ifaħħrek u jgħollik fuq kollox għal dejjem.

1. Niftħu qalbna għall-Kelma t’Alla

    F’dak iż-żmien, Ġesù qal lil Nikodemu: “Alla hekk ħabb lid-dinja li ta lil Ibnu l-waħdieni, biex kull min jemmen fih ma jintilifx, iżda jkollu l-ħajja ta’ dejjem. Għax Alla ma bagħatx lil Ibnu fid-dinja biex jagħmel ħaqq mid-dinja, imma biex id-dinja ssalva permezz tiegħu…

    Kompli aqra »

    Bil-Qari u l-Kitba Nsib Spazju għal Qalbi

    L-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu, bil-kollaborazzjoni ta’ Spiritual Development in Schools, ser torganizza ħdax-il sessjonijiet ta’ programm ġdid ta’ qari animat, kitba u riflessjoni kreattiva jismu ‘Bil-Qari u l-Kitba Nsib Spazju għal Qalbi’ għal tfal minn 8 sa 10 snin.

    Dawn is-sessjonijiet ta’ qari animat bil-Malti u bl-Ingliż mill-ktieb ippubblikat ġdid bl-isem ‘Spazju għal Qalbi – Beloved Space’ tal-awtriċi Silvana Cardona, ser isiru fi spazji barra f’diversi lokalitajiet f’Malta u Għawdex…

    Kompli aqra »

    Carlo Acutis idur l-iskejjel

    “Qalli li kont se nkun iktar ferħan jekk insir naf lil Ġesù.” Hekk stqarr Rajesh, ħaddiem li kien jgħix fl-akwati ta’ Carlo Acutis, li maż-żmien nibtet ħbiberija bejniethom. Peress li Carlo kien kontinwament jitkellem dwar l-imħabba tiegħu għal Kristu, huwa wassal lil Rajesh biex isir kattoliku.

    Kienet din l-istess xewqa tagħna, l-Patrijiet Franġiskani, li propju permezz ta’ dan iż-żagħżugħ ngħinu aktar żgħażagħ jiskopru l-imħabba ta’ Alla…

    Kompli aqra »

    L-Eżerċizzi Spiritwali 2024

    Fl-14 ta’ Frar 2024 jibda żmien ir-Randan, żmien ta’ opportunità sabiħa biex ngħinu lill-komunità tkompli toqrob lejn il-Mulej Ġesù li salvana.

    Għaliex importanti dil-formola?

    Bħala SDS nixtiequ ngħinukom fil-preparazzjoni tas-sessjonijiet tal-Eżerċizzi Spiritwali. Għalhekk nixtiequ nitolbukom xi informazzjoni biex:

    1. Inkunu nafu b’liema format ser isiru għall-preparazzjoni aħjar.
    2. Bi ftehim mal-Ministeru tal-Edukazzjoni jenħtieġu din l-informazzjoni biex jirriservaw il-fondi għar-remunerazzjoni ta’ dawn is-sessjonijiet…

    Kompli aqra »

    Titkellem Ruħna

    L-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu, bil-kollaborazzjoni ta’ Spiritual Development in Schools ser torganizza għal darba oħra erba’ sessjonijiet ta’ kitba, qari u riflessjoni u talb b’mod kreattiv u hands-on bl-isem ‘Titkellem Ruħna’ (Soul Speak) għal tfal mir-4 sena sas-6 sena tal-iskola primarja li l-etajiet tagħhom huma minn 8 sa 10 snin.

    • It-Tlieta 10 ta’ Jannar 2023
    • It-Tlieta 17 ta’ Jannar 2023
    • L-Erbgħa 1 ta’ Frar 2023
    • It-Tlieta 7 ta’ Frar 2023
    • National Literacy Agency, Ħamrun
    • 60 Euro
    • 4.30pm – 6.30pm

    Is-sessjonijiet huma dwar:

    Dawn is-sessjonijiet iservu ta’ opportunità tad-deheb biex it-tfal jitħarrġu fil-proċess tal-kitba kif ukoll jitolbu b’mod kreattiv…

    Kompli aqra »

    Millenials fi triqthom għall-Qdusija

    Aħna lkoll nħobbu lill-Beatu Carlo Acutis. Iżda hemm ħafna nies oħra bħalu li tajjeb li nsiru nafuhom u nimitawhom! F’dawn it-tlett snin mindu Carlo Acutis sar Beatu, id-dinja Kattolika giet affaxxinata b’dak li kien iħobb jagħmel, bħal jilgħab bil-Pokemon, u l-video games, logħob digitali kif ukoll bena website. Carlo mhuwiex l-uniku wieħed li qiegħed fit-triq biex jkun ikkanonizzat. Dawn iż-żgħażagħ li se niltaqgħu ,magħhom, nisa wkoll għexu bit-TV, soccer, CDs u anke Google…

    Kompli aqra »

    Mejju – Ix-Xahar ta’ Marija Ommna

    Matul ix-xahar ta’ Mejju, ħafna skejjel jiċċelebraw l-inkurunazzjoni ta’ Ommna Marija bħala komunita’. F’din iċ-ċelebrazzjoni, meta jkun possibbli, l-istatwa tal-Verġni Mbierka tiġi nkurunata b’girlanda ta ‘fjuri li jonoraw lil Marija bħala “r-Reġina ta’ Mejju.” Huwa mument fejn l-istudenti jistgħu jitgħallmu dwar Marija u kif Marija tista’ tgħinhom isiru persuni aħjar. Hawnhekk tista ‘ssib xi ċelebrazzjonijiet u riżorsi relatati mal-inkoronazzjoni ta’ Marija.

    Għaliex niddedikaw ix-xahar ta’ Mejju lill-Madonna? … Kompli aqra »

    Webinar: Pope Francis ġie u mar

    Il-Papa Franġisku f’Malta kien preżenza qawwija ta’ fidi mimlija mħabba f’kull post li żar u għadda minnu. Hu mar lura Ruma imma l-kliem u l-ġesti tiegħu għandhom jibqgħu ta’ ispirazzjoni għalina lkoll speċjalment fil-missjoni edukattiva tagħna. Għandna bżonn li nieqfu u nixtarru sewwa dak li sar u ntqal. F’dan il-webinar ser ninżlu iktar fil-fond f’dak li waslilna l-Papa Franġisku f’pajjiżna biex ikun ta’ ispirazzjoni għall-missjoni tagħna bħal edukaturi.  Din tkun ta’ għajnuna fil-bidu tal-Ġimgħa Mqaddsa…

    Kompli aqra »

    Talba għall-poplu Ukren

    Waqt li nfakkru lilna nfusna

    li s-solidarjetà

    m’għandhiex tieqaf biss fil-kliem

    imma tissarraf fuq kollox fl-għemil,

    ħa nieqfu għal ftit

    biex nitolbu

    għall-poplu Ukren

    u l-konflitt li għaddej bħalissa f’pajjiżhom:

    Mulej Ġesù,

    f’ħajtek int dejjem fittixt

    li tkun qrib id-dgħajfin,

    l-imwarrbin u l-imjassrin. 

    Anke f’mumenti diffiċli bħal dawn

    li għaddejjin minnhom bħalissa,

    aħna nġeddu t-twemmin tagħna

    li aħna dixxipli tiegħek…

    Kompli aqra »

    Il-Papa Franġisku f’Malta – Ilkoll Aħwa

    Il-Qdusija Tiegħu l-Papa Franġisku se jagħmel vjaġġ Appostoliku lejn ir-Repubblika ta’ Malta mit-2 sat 3 ta’ April 2022. It-tema tal-vjaġġ Appostoliku: “Ġabu ruħhom magħna bi ħlewwa liema bħalha.”  

    Opportunità biex nitgħallmu u nesprimu ruħna

    L-okkażżjoni taż-żjara hija opportunità biex nitgħallmu fuq l-attitudnijiet li l-Papa Franġisku jħeġġiġna biex ngħixu flimkien bħall-aħwa. Il-Knisja f’Malta u f’Għawdex tixtieq tistieden lit-tfal, adolexxenti u żgħażagħ fl-iskejjel kollha tal-Istat, tal-Knisja u Indipendenti biex nikbru fl-attitudni tal-Papa Franġisku…

    Kompli aqra »

    Niċċaħħad Minni Nnifsi

    Istruzzjonijiet Merħba

    Il-kap tal-iskola, l-SLT jew l-edukatur li jkun qed jmexxi l-assembly jagħti merħba lill-istudenti billi jgħidilhom “Bonġu”/”L-għodwa t-tajba”. Wieħed jista’ jibda bir-radd tas-salib jew ftit minuti ta’ silenzju. 

    Introduzzjoni

    Meta ngħinu lil ħaddieħor inħossuna ferħanin…

    Kompli aqra »