English

Merħba

Il-kap tal-iskola, SLT jew edukatur li qed imexxi r-riflessjoni jilqa’ lill-istudenti jista’ jibda bir-radd tas-salib jew b’minuta silenzju.

Riflessjoni

Qegħdin fix-xahar ta’ Novembru. F’dan ix-xahar naħsbu fil-qraba u ħbieb tagħna li m’għadhomx aktar magħna. Qegħdin il-Ġenna. Fil-ġenna flimkien mal-qraba tagħna jinsabu nies li ħabbew lil Alla f’ħajjithom u li issa qegħdin jitolbu għalina u jgħinuna minn hemm. Ejjew nkantaw flimkien:

Għanja

O! Meta l-Qaddisin jidħlu jimmarċjaw

Talba

Għażiż Mulej, agħti l-mistrieħ ta’ dejjem lill-qraba u lill-ħbieb tagħna. Jalla qatt ma nieqfu naħsbu fuqhom. Ammen.

Merħba

Il-kap tal-iskola, SLT jew edukatur li qed imexxi r-riflessjoni jilqa’ lill-istudenti jista’ jibda bir-radd tas-salib jew b’minuta silenzju.

Riflessjoni

Aħna lkoll it-tfal t’ Alla. Alla jmexxina lejn id-dar Tiegħu. Xi qraba, ħbieb, u persuni li nafu jinsabu ġà fil-Ġenna jistrieħu fis-sliem. Ejjew nagħmlu minuta silenzju waqt li naħsbu fihom.

Minuta ta’ silenzju.

Għanja

Flimkien nkantaw Għanja tal-komunità:

Talba

Agħtihom il-mistrieħ ta’dejjem, (studenti jistgħu jsemmu xi qarib minn tagħhom li għadda għall-ħajja ta’dejjem), O Mulej, id-dawl ta’dejjem jiddi fuqhom. Jistrieħu fis-sliem. Ammen.

Merħba

Il-kap tal-iskola, SLT jew edukatur li qed janima r-riflessjoni jagħti merħba lill-istudenti u jgħinhom jikkalmaw u jikkonċentraw. Wieħed jista’ jibda r-riflessjoni bir-radd tas-salib jew b’minuta silenzju.

Filmat Qasir

L-edukatur jistieden lill-istudenti jaraw vidjo qasir, u warajh issir riflessjoni u talba żgħira.

L-aqwa għaxar kwotazzjonijiet ta’ epitaffji (kliem minquxa fuq lapidi tal-oqbra) iddedikati lil dawk maħbuba.

Riflessjoni

F’ħajjitna niltagħu ma’ ħafna individwi li jħallu fuqna marka dejjiema ġo qalbna. Jistgħu jkunu membri tal-familja, ħbieb u saħansitra qaddisin li telqu qabilna. Meta ngħożżu ’l ħajjithom, u ngħannqu l-imħabba u l-għerf li kienu jaqsmu magħna u mal-oħrajn, aħna nkomplu ngħixu l-imħabba permezz tat-tifkiriet li jħeġġu ’l ħajjitna tkun mimlija bl-imħabba.

Wieħed jista’ jaħseb f’xi għażiż maħbub li ħalliena u niċċelebraw is-sbuħija tiegħu jew tagħha billi noħolqu kaxxa ta’ tifkira. Wieħed jista’ jiġbor oġġetti li jġorru sinifikat bħal ritratti, karta tal-identità, kartolini, ornamenti li l-persuna mejta kienet tilbes, jew xi suvenier li jkollhom valur sentimentali. Wieħed jista’ jikteb xi kwotazzjonijiet jew frażijiet li din il-persuna kienet tgħid, jew jirrakkonta xi aneddotu tad-daħk b’tifkira tiegħu.

Talba

Għażiż Alla, filwaqt li niftakru membri tal-familja, ħbieb u saħansitra qaddisin li telqu qabilna, nirringrazzjawk għad-don tal-memorja. Għinna nħaddnu l-valuri u l-virtujet tagħhom, waqt li nħallu l-memorja tagħhom tispirana li jkollna ħajja mimlija ħniena, ġentilezza u altruwiżmu.

Ipprintja l-paġna

English