English

Introduzzjoni

Missjoni tfisser li wieħed juża kemm jiflaħ l-kapaċitajiet tiegħu  biex jagħmel lil ħaddieħor ferħan.

Riflessjoni

Aħna lkoll mistiedna nkunu studenti  responsabbli u ġenerużi u ngħinu bil-modi kollha possibli. Din hija l-missjoni bħala tfal żgħar. Nirriflettu fuq ix-xewqat u l-ħolm tagħna, u nilħqu l-għanijiet tagħna billi nagħmlu dak li l-edukaturi jitolbu minna, b’attenzjoni. Huwa ferm importanti li nieħdu ħsieb tagħna nfusna.

Attività

Nibnu l-valuri

Tagħmir – Kwalunkwe oġġett bħal lego, blokki tal-injam, blokki tal-fowm, roll tat-toilet paper  jew tal-kċina etc.

It-tfal, imbagħad, jaħdmu flimkien biex jibnu torri waqt li jsemmu valuri u ħwejjeġ tajbin li jistgħu jagħmlu biex joħolqu armonija sinċiera bejniethom. Permezz t’hekk, it-tfal jitgħallmu wkoll li jekk dan jaqa’, wieħed jista’ jerġa’ jibnieh mill-ġdid, u jiċċelebraw meta l-bini tat-torri jitlesta.

Għanja

Fejn ikun hemm xogħol ta’ nies jaħdmu flimkien, iseħħu l-mirakli!

Talba

O Mulej, għallimna nużaw s-sensi kollha biex nagħmlu mill-aħjar li nistgħu  biex ngħinu lil xulxin inwettqu l-ħolm kollu tagħna. Ammen.

Introduzzjoni

X’inhi l-missjoni tagħna? Il-missjoni tagħna bħala studenti hija li permezz ta’ attitudnijiet ta’ etika, l-
istudji u s-suċċessi naqsmu valuri siewja mal-komunità tal-iskola tagħna, nsaħħu l-kwalitajiet sbieħ tal-oħrajn, u nipprattikaw l-ethos tal-iskola.

Riflessjoni

Aħna l-istudenti, aħna l-iktar riżorsa ta’ valur fid-dinja u l-ikbar tama għall-futur. Huwa essenzjali li biex inkomplu nibnu dinja b’saħħitha, irridu nagħmlu ħilitna li nkunu krejattivi, mimlija entużjażmu għall-opportunitajiet, ma naqtgħux qalbna, nuru rispett, dejjem lesti li nitgħallmu, nkunu responsabbli, nirriflettu, jkollna relazzjonijiet tajba mal-oħrajn. Huwa mportanti wkoll li nieħdu ħsieb is-saħħa tagħna u li nkunu dejjem ferħanin.

Aħna l-istudenti l-aktar riżorsa ta’ valur fid-dinja u l-aqwa tama għall-futur.

Attività

Logħba – Siġġu Jaħraq

Aqsam il-grupp/il-klassi f’żewġ timijiet u iggwidhom biex iħarsu ‘l quddiem lejn il-whiteboard jew l-interactive board. Poġġi siġġu vojt għal kull tim quddiem it-tim rispettiv, jħares lejn l-istudenti. Dawn is-siġġijiet huma “is-siġġijiet jaħarqu”. Agħżel voluntier kull tim u jpoġġu fuq is-“siġġu jaħraq”, jagħtu darhom il-whiteboard jew interactive u jħarsu lejn sħabhom. Tim wara tim.

Ipprepara żewġ kelmiet li jiddeskrivu l-missjoni tal-istudenti eż. nixxerrjaw, nifhmu, nisimgħu, ngħidu grazzi eċċ…Ikteb il-kliem fuq il-bord waħda waħda. Student minn kull team jagħmel mima tal-kelma u l-istudent li jkun fis-siġġu jaħraq jaqta’ l-kelma. Matul dan ix-xahar l-istudenti jistgħu jagħmlu kraft billi jużaw din il-kelma u jżejnu l-klassi.

Żifna

Attitudni ta’ Gratitudni

Talba

Għażiż Mulej, grazzi talli tħobbna u tieħu ħsiebna. Nissel fina l-Ispirtu s-Santu biex ikompli jinkuraġġina nkomplu nagħmlu l-missjoni tagħna, speċjalment fl-iskola tagħna. Ammen.

Introduzzjoni

Animatur: Bonġu/waranofsinhar it-tajjeb, għeżież studenti! Nilqgħukom għar-riflessjoni tal-lum fuq li tgħix l-imħabba permezz tal-missjoni tagħna. Aħna li nimxu wara Ġesù, imsejħin li nkunu parteċipanti attivi fil-missjoni t’ Alla ta’mħabba u ħniena fid-dinja. Illum ser niflu l-qawwa li tbiddel ta’ din il-missjoni u kif tista’ ssawwar ħajjitna u r-relazzjonijiet tagħna.

Vidjo Klipp

L-animatur jgħid lill-istudenti jaraw dan il-vidjo klipp qasir, intitolat
“Life” – A Silent, Smart & Simple Short Film!

Animatur: Hux kien t’ispirazzjoni dan il-vidjo? Ifakkrek li kull wieħed minna għandu rwol uniku xi jwettaq fil-missjoni t’Alla ta’mħabba. Issa, noqogħdu nirriflettu ftit fuq dak li rajna u niddiskutu kif nistgħu ngħixu fil-milja kollha tagħha l-missjoni ta’ mħabba fil-ħajja tagħna.

Riflessjoni

Animatur: Il-Bibbja tgħallimna li aħna msejħa nkunu ambaxxaturi ta’ Kristu, naqsmu Imħabbtu u l-messaġġ tas-salvazzjoni mad-dinja. F’Mattew 28:19-20, Ġesù jgħid:

“Morru għalhekk u agħmlu dixxipli min-nazzjonijiet kollha, għammduhom fl-isem tal-Missier, ta’ Ibnu u tal-Ispirtu s-santu, għallmuhom jobdu dak kollu li kkmandajtkom. U ara, jiena magħkom sal-aħħar taż-żminijiet.”

Dawn il-kliem ifakkruna li l-missjoni tagħna mhix ristretta għall-ħitan tal-knisja imma testendi għal kull aspett tal-ħajja tagħna. Aħna msejħa nkunu eżempji ħajja tal-imħabba t’Alla, u nferrxu d-dawl u l-mogħdrija Tiegħu kull fejn immorru.

L-animatur jistieden lill-istudenti jaħsbu ftit meta ħassew sodisfazzjon tassew kbir għax għal għan nobbli wettqu missjoni ta’ mħabba.

X’impatt kellha din l-azzjoni fil-ħajja tagħkom u f’dik tal-oħrajn?

L-animatur jagħmel waqfa żgħira biex l-istudenti jipparteċipaw.

Animatur: Biex nwettqu din il-missjoni tagħna, ninħtieġu qlubija, fidi u rieda li noħorġu mir-rokna komda tagħna. Tfisser li jkollna nużaw d-doni u t-talenti waħdanin tagħna biex naqdu lill-oħrajn, u b’hekk nagħmlu differenza pożittiva fi-dinja.

Attività

L-animatur isaqsi dawn il-mistoqsijiet biex l-istudenti jipparteċipaw:

  1. Kif nistgħu niskopru l-missjoni ta’ mħabba unika tagħna? X’passi nistgħu nieħdu biex nagħrfu s-sejħa tagħna f’ħajjitna?
  2. Hemm xi modi prattiċi li bihom nistgħu ngħixu b’mod sħiħ din il-missjoni tagħna ta’ mħabba fl-iskejjel u l-familji tagħna, u l-komunitajiet?
  3. Hemm xi qaddisin jew figuri bibliċi li jispirawk bl-eżempju tagħhom kif għexu l-missjoni tagħhom? Kif dan l-eżempju tagħhom jisfidak biex inti tħaddan din il-missjoni tiegħek ta’ mħabba?

L-animatur jistieden lill-istudenti joqogħdu ftit jiddiskutu dawn il-mistoqsijiet jew jiktbu ħsibijiethom għar-riflessjoni personali.

L-animatur jagħmel waqfa biex l-istudenti jipparteċipaw.

Talba

Animatur: Ejja issa niġbru ħsibijietna u ndawru qlubna lejn Alla waqt li nitolbu.

Għażiż Mulej, għinna niskopru d-doni uniċi u t-talenti li tajtna, u li nużawhom biex nagħmlu mpatt pożittiv fid-dinja waqt li nkomplu l-mixja tagħna ta’mħabba permezz tal-missjoni tagħna.

Fl-isem ta’ Ġesù Kristu, is-Salvatur tagħna u mudell, waqt li nitolbu. Amen.

Animatur: Grazzi lil kulħadd talli ngħaqaddtu magħna f’din ir-riflessjoni fuq li tgħix l-imħabba permezz tal-missjoni tagħna. Jall nħaddnu s-sejħa unika tagħna u ngħixu fil-milja kollha tagħha l-missjoni ta’mħabba b’ferħ u b’rieda soda. Ikollkom ġurnata mbierka!

Introduzzjoni

Animatur: Bonġu/waranofsinhar it-tajjeb, għeżież studenti! Nilqgħukom għar-riflessjoni tal-lum fuq li tgħix l-imħabba permezz tal-missjoni tagħna. Aħna li nimxu wara Ġesù, imsejħin li nkunu parteċipanti attivi fil-missjoni t’ Alla ta’mħabba u ħniena fid-dinja. Illum ser niflu l-qawwa li tbiddel ta’ din il-missjoni u kif tista’ ssawwar ħajjitna u r-relazzjonijiet tagħna.

Vidjo Klipp

L-animatur jgħid lill-istudenti jaraw dan il-vidjo klipp qasir, intitolat

Vokazzjoni 101: X’inhi Vokazzjoni?

Animatur: Hux kien t’ispirazzjoni dan il-vidjo? Ifakkrek li kull wieħed minna għandu rwol uniku xi jwettaq fil-missjoni t’Alla ta’mħabba. Issa, noqogħdu nirriflettu ftit fuq dak li rajna u niddiskutu kif nistgħu ngħixu fil-milja kollha tagħha l-missjoni ta’ mħabba fil-ħajja tagħna.

Riflessjoni

Animatur: Il-Bibbja tgħallimna li aħna msejħa nkunu ambaxxaturi ta’ Kristu, naqsmu Imħabbtu u l-messaġġ tas-salvazzjoni mad-dinja. F’Mattew 28:19-20, Ġesù jgħid:

“Morru għalhekk u agħmlu dixxipli min-nazzjonijiet kollha, għammduhom fl-isem tal-Missier, ta’ Ibnu u tal-Ispirtu s-santu, għallmuhom jobdu dak kollu li kkmandajtkom. U ara, jiena magħkom sal-aħħar taż-żminijiet.”

Dawn il-kliem ifakkruna li l-missjoni tagħna mhix ristretta għall-ħitan tal-knisja imma testendi għal kull aspett tal-ħajja tagħna. Aħna msejħa nkunu eżempji ħajja tal-imħabba t’Alla, u nferrxu d-dawl u l-mogħdrija Tiegħu kull fejn immorru.

L-animatur jistieden lill-istudenti jaħsbu ftit meta ħassew sodisfazzjon tassew kbir għax għal għan nobbli wettqu missjoni ta’ mħabba.

X’impatt kellha din l-azzjoni fil-ħajja tagħkom u f’dik tal-oħrajn?

L-animatur jagħmel waqfa żgħira biex l-istudenti jipparteċipaw.

Animatur: Biex nwettqu din il-missjoni tagħna, ninħtieġu qlubija, fidi u rieda li noħorġu mir-rokna komda tagħna. Tfisser li jkollna nużaw d-doni u t-talenti waħdanin tagħna biex naqdu lill-oħrajn, u b’hekk nagħmlu differenza pożittiva fi-dinja.

Attività

L-animatur isaqsi dawn il-mistoqsijiet biex l-istudenti jipparteċipaw:

  1. Kif nistgħu niskopru l-missjoni ta’ mħabba unika tagħna? X’passi nistgħu nieħdu biex nagħrfu s-sejħa tagħna f’ħajjitna?
  2. Hemm xi modi prattiċi li bihom nistgħu ngħixu b’mod sħiħ din il-missjoni tagħna ta’ mħabba fl-iskejjel u l-familji tagħna, u l-komunitajiet?
  3. Hemm xi qaddisin jew figuri bibliċi li jispirawk bl-eżempju tagħhom kif għexu l-missjoni tagħhom? Kif dan l-eżempju tagħhom jisfidak biex inti tħaddan din il-missjoni tiegħek ta’ mħabba?

L-animatur jistieden lill-istudenti joqogħdu ftit jiddiskutu dawn il-mistoqsijiet jew jiktbu ħsibijiethom għar-riflessjoni personali.

L-animatur jagħmel waqfa biex l-istudenti jipparteċipaw.

Talba

Animatur: Ejja issa niġbru ħsibijietna u ndawru qlubna lejn Alla waqt li nitolbu.

Għażiż Mulej, għinna niskopru d-doni uniċi u t-talenti li tajtna, u li nużawhom biex nagħmlu mpatt pożittiv fid-dinja waqt li nkomplu l-mixja tagħna ta’mħabba permezz tal-missjoni tagħna.

Fl-isem ta’ Ġesù Kristu, is-Salvatur tagħna u mudell, waqt li nitolbu. Amen.

Animatur: Grazzi lil kulħadd talli ngħaqaddtu magħna f’din ir-riflessjoni fuq li tgħix l-imħabba permezz tal-missjoni tagħna. Jall nħaddnu s-sejħa unika tagħna u ngħixu fil-milja kollha tagħha l-missjoni ta’mħabba b’ferħ u b’rieda soda.

Ikollkom ġurnata mbierka!

Ipprintja l-paġna

English