Blog

Carlo Acutis idur l-iskejjel

“Qalli li kont se nkun iktar ferħan jekk insir naf lil Ġesù.” Hekk stqarr Rajesh, ħaddiem li kien jgħix fl-akwati ta’ Carlo Acutis, li maż-żmien nibtet ħbiberija bejniethom. Peress li Carlo kien kontinwament jitkellem dwar l-imħabba tiegħu għal Kristu, huwa wassal lil Rajesh biex isir kattoliku.

Kienet din l-istess xewqa tagħna, l-Patrijiet Franġiskani, li propju permezz ta’ dan iż-żagħżugħ ngħinu aktar żgħażagħ jiskopru l-imħabba ta’ Alla… Kompli aqra »

Titkellem Ruħna

L-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu, bil-kollaborazzjoni ta’ Spiritual Development in Schools ser torganizza għal darba oħra erba’ sessjonijiet ta’ kitba, qari u riflessjoni u talb b’mod kreattiv u hands-on bl-isem ‘Titkellem Ruħna’ (Soul Speak) għal tfal mir-4 sena sas-6 sena tal-iskola primarja li l-etajiet tagħhom huma minn 8 sa 10 snin.

  • It-Tlieta 10 ta’ Jannar 2023
  • It-Tlieta 17 ta’ Jannar 2023
  • L-Erbgħa 1 ta’ Frar 2023
  • It-Tlieta 7 ta’ Frar 2023
  • National Literacy Agency, Ħamrun
  • 60 Euro
  • 4.30pm – 6.30pm

Is-sessjonijiet huma dwar:

Dawn is-sessjonijiet iservu ta’ opportunità tad-deheb biex it-tfal jitħarrġu fil-proċess tal-kitba kif ukoll jitolbu b’mod kreattiv… Kompli aqra »

Millenials fi triqthom għall-Qdusija

Aħna lkoll nħobbu lill-Beatu Carlo Acutis. Iżda hemm ħafna nies oħra bħalu li tajjeb li nsiru nafuhom u nimitawhom! F’dawn it-tlett snin mindu Carlo Acutis sar Beatu, id-dinja Kattolika giet affaxxinata b’dak li kien iħobb jagħmel, bħal jilgħab bil-Pokemon, u l-video games, logħob digitali kif ukoll bena website. Carlo mhuwiex l-uniku wieħed li qiegħed fit-triq biex jkun ikkanonizzat. Dawn iż-żgħażagħ li se niltaqgħu ,magħhom, nisa wkoll għexu bit-TV, soccer, CDs u anke Google… Kompli aqra »

Kors ta’ Tliet Ġimgħat bl-isem ‘Creating & Animating Prayer Spaces’

Il-kors Creating and Animating Prayer Spaces li ġie ffurmat b’kollaborazzjoni bejn l-Iżvilupp Spiritwali fl-Iskejjel u l-Istitut ta’ Formazzjoni Pastorali huwa mfassal biex jgħin lill-parteċipanti bl-għarfien neċċessarju u l-ħiliet meħtieġa biex joħolqu u jmexxu spazji ta’ talb armati f’post partikolari.

Il-post armat jista’ jkun ġewwa skola, ċentru taż-żgħażagħ, sala parrokkjali, fuq il-post tax-xogħol, fi spazju miftuħ ġewwa jew fuq barra.

Il-kors joffri lill-parteċipanti l-opportunità li jikbru fil-konnessjoni personali magħhom infushom, mal-oħrajn, mad-dinja u ma’ Alla permezz tal-esperjenza tal-ispazji tat-talb… Kompli aqra »

Jien Eroj Meta …

It-tim tal-Iżvilupp Spiritwali fl-Iskejjel (SDS) flimkien ma’ membri ta’ prayer spaces reġgħu kkollaboraw flimkien mal-FES u offrew l-esperjenza ta’ spazji ta’ talb lit-tfal li jattendu Skolasajf.

Skola Sajf 2022 Logo

Din is-sena, it-tema ewlenija għal Skolasajf 2022 ġiet imnebbħa mis-slogan ‘Earth Heroes, Unite!’’ Din kienet stedina għal kulħadd biex jingħaqad u jaħdem għal ambjent u soċjetà b’saħħithom. Kienet ukoll opportunità biex tispira lit-tfal biex ikunu ċittadini li jieħdu ħsieb il-komunità tagħhom u l-ambjent li jgħixu fih. 

Postijiet

L-ispazji ta’ talb ġew offruti f’żewġ postijiet differenti… Kompli aqra »

Webinar: Pope Francis ġie u mar

Il-Papa Franġisku f’Malta kien preżenza qawwija ta’ fidi mimlija mħabba f’kull post li żar u għadda minnu. Hu mar lura Ruma imma l-kliem u l-ġesti tiegħu għandhom jibqgħu ta’ ispirazzjoni għalina lkoll speċjalment fil-missjoni edukattiva tagħna. Għandna bżonn li nieqfu u nixtarru sewwa dak li sar u ntqal. F’dan il-webinar ser ninżlu iktar fil-fond f’dak li waslilna l-Papa Franġisku f’pajjiżna biex ikun ta’ ispirazzjoni għall-missjoni tagħna bħal edukaturi.  Din tkun ta’ għajnuna fil-bidu tal-Ġimgħa Mqaddsa… Kompli aqra »

Meta l-ovvju jisfidak!

Fl-Isem tal-Missier u tal-Iben u tal-Ispirtu s-Santu

Tajjeb li nfaħħru ‘l Mulej

1. Niftħu qalbna għall-Kelma t’Alla
 F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli din il-parabbola: “Jista’ agħma jmexxi agħma ieħor? Mhux it-tnejn jaqgħu fil-ħofra? Id-dixxiplu mhuwiex aqwa mill-imgħallem tiegħu; imma kull min itemm it-taħriġ tiegħu jsir bħall-imgħallem tiegħu. Għax tara t-tibna f’għajn ħuk, u ma tarax it-travu li għandek f’għajnek int? … Kompli aqra »

Alla ma jikkupjax!

Fl-Isem tal-Missier u tal-Iben u tal-Ispirtu s-Santu

Ħanin u twajjeb il-Mulej.
 
1. Niftħu qalbna għall-Kelma t’Alla

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Imma lilkom, li qegħdin tisimgħuni, ngħidilkom: Ħobbu l-għedewwa tagħkom, agħmlu l-ġid lil min jobgħodkom, bierku lil min jisħetkom, itolbu għal min iżeblaħkom. Min jagħtik bil-ħarta fuq naħa waħda, dawwarlu wiċċek ħalli jagħtik fuq in-naħa l-oħra; min jeħodlok il-mantar, anqas il-libsa ma għandek tiċħadlu… Kompli aqra »

Kura?

Fl-Isem tal-Missier u tal-Iben u tal-Ispirtu s-Santu

Fommi jxandar il-ġustizzja tiegħek.

1. Niftħu qalbna għall-Kelma t’Alla

 F’dak iż-żmien Ġesù qal lin-nies fis-sinagoga: “Din il-kitba seħħet illum, intom u tisimgħu”. U lkoll laqgħu kliemu u stagħġbu għall-kliem mimli ħlewwa li kien ħiereġ minn fommu u bdew jgħidu: “Dan mhuwiex bin Ġużeppi?”. Iżda hu qalilhom: “Żgur li se tgħidu għalija dan il-proverbju: ‘Tabib, fejjaq lilek innifsek… Kompli aqra »

Nar jaqbad

Fl-Isem tal-Missier u tal-Iben u tal-Ispirtu s-Santu

Bierek ruħ tiegħi il-Mulej

1. Niftħu qalbna għall-Kelma t’Alla
F’dak iż-żmien, il-poplu kien qiegħed jistenna ħerqan, u kulħadd kien jistaqsi lilu nnifsu dwar Ġwanni, jekk kienx hu l-Messija. Għalhekk Ġwanni qabad u qal lil kulħadd: “Jien, ngħid għalija, ngħammidkom bl-ilma, imma ġej wieħed aqwa minni, li ma jistħoqqlix inħollu l-qfieli tal-qorq tiegħu. Hu jgħammidkom bl-Ispirtu s-Santu u n-nar”… Kompli aqra »

U hekk baqa’ jikber …

Fl-Isem tal-Missier u tal-Iben u tal-Ispirtu s-Santu Henjin dawk li jgħammru f’darek, Mulej.
 
1. Niftħu qalbna għall-Kelma t’Alla

 Ta’ kull sena l-ġenituri ta’ Ġesù kienu jmorru Ġerusalemm għall-festa tal-Għid. Meta kellu tnax-il sena telgħu wkoll, skont id-drawwa ta’ dik il-festa. Wara li għaddew dawk il-ġranet qabdu t-triq lura, imma t-tfajjel Ġesù baqa’ Ġerusalemm bla ma kienu jafu l-ġenituri tiegħu. Huma ħasbuh qiegħed ma’ xi wħud li kienu fit-triq magħhom; iżda meta wara jum mixi fittxewh fost qrabathom u n-nies li kienu jafuhom, ma sabuhx, u għalhekk reġgħu lura Ġerusalemm ifittxuh… Kompli aqra »

It-TRIQ…għaż-Żgħażagħ – Rigal sabiħ

Ktieb-ħabib għaż-żgħażagħ li qed ifittxu sens fil-ħajja. Ġabra ta’ stejjer, esperjenzi, ħsibijiet, miġbura minn ħarġiet imgħoddija ta’ fuljett għaż-żgħażagħ maħruġ mill-Ġiżwiti.

Illum ukoll għandna ħafna żgħażagħ tajbin li qed ifittxu ftit sens fid-dinja tallum, bl-isfidi kollha tagħha. Nifs frisk ta’ ħajja li ma tinxifx u li jmiss kull qalb żagħżugħa li qed tfittex it-Triq tal-Ħajja.

Rigal Sabiħ għal żgħażagħ minn 12-il sena ‘l fuq… Kompli aqra »