Malti

His Holiness Pope Francis will make an Apostolic Journey to the Republic of Malta from the 2nd  to 3rd  April 2022. The theme of the apostolic journey is: “They showed us unusual kindness.”

An Opportunity to Learn and to Express ourselves

The visit is an opportunity to learn about attitudes that Pope Francis encourages us to live together as brothers and sisters. The Church in Malta and Gozo would like to invite children, adolescents and youth in all State, Church and Independent schools to grow in the attitudes of Pope Francis. This is by:

  1. Getting to know more Pope Francis.
  2. Share our hopes and dreams of living as brothers and sisters on the Maltese Islands.

1. Getting to Know Pope Francis More

L-Għan

Min hu Papa Franġisku?

Il-Grupp

Kinder u Snin Bikrin 1-3

X’ser nitgħallmu (W.A.L.T)

Min hu Papa Franġisku u x’inhuma d-dmirijiet tiegħu?

Il-Ħin

15-il minuta

Ir-Riżorsi

  • Interactive whiteboard
  • Filmati qosra
  • Powerpoint Presentation

Pass 1 – L-edukatur jibda billi juri dan il-filmat qasir fejn il-Papa Franġisku jiltaqa’ mat-tfal.

L-edukatur jista’ juża dan il-filmat qasir biex jintroduċi lill-Papa Franġisku lill-istudenti u jħallihom jistaqsu l-mistoqsijiet tagħhom ukoll. L-edukatur jista’ juri l-filmat bil-volum mitfi u jħalli lill-istudenti josservaw u jistaqsu mistoqsijiet. Jista’ wkoll iħalli l-volum għaddej u jwaqqaf il-filmat biex jispjega u jwieġeb il-mistoqsijiet li jkollhom l-istudenti.

Tifel ċkejken isaqsi lil Papa Franġisku: ‘Missieri jinsab il-Ġenna?’

Pass 2 – Mistoqsijiet

Mistoqsijiet għad-diskussjoni
  1. Min hu r-raġel liebes l-abjad?
  2. Ġieli rajtuh qabel?
  3. Tafu min hu?
  4. X’inhu jagħmel fil-filmat?
  5. X’taħsbu li qed isaqsuh lill-Papa dawk it-tfal li qegħdin ħdejn il-mikrofonu?
  6. Kif taħsbu li qed iħossu dak it-tifel?
  7. Tixtieq li tiltaqa’ ma’ dak ir-raġel liebes l-abjad? Kieku x’tgħidlu?
  8. X’taħseb li qed jgħidlu l-Papa lil dak it-tifel?
Punti ta’ tagħlim li għandhom jiġu enfasizzati waqt l-attività:
  1. Il-Papa huwa mexxej. Fil-familja tagħna l-ġenituri jew il-kustodji tagħna huma l-mexxejja. Fil-klassi l-għalliem/a huma l-mexxejja. Waqt l-isport il-kowċ huwa l-mexxej. Il-Papa huwa l-mexxej tal-Knisja Kattolika.
  2. Agħti eżempji biex tispjega x’nifhmu bi knisja Kattolika (eż. uri stampi ta’ knisja parrokkjali f’Malta, saċerdoti li jiċċelebraw l-Ewwel Tqarbina, l-Arċisqof (mexxejja importanti fil-knisja), il-Vatikan.

Imxi għall-Pass li jmiss…

Aim

Who is Pope Francis?

Age

Kinder and Early years 1-3

We Are Learning To (W.A.L.T.)

Who is Pope Francis and what are his duties?

Time

15 minutes

Resources

  • Interactive whiteboard
  • video clips
  • Powerpoint Presentation

Step 1 – The educator starts by showing this short video where Pope Francis meet children.

The students watch short video clips where Pope Francis meets and speaks to young children. The educator can use these video clips to introduce Pope Francis to the students and let them ask their own questions as well. The students can show the video clips without the sound and let the students observe and ask questions or s/he can let them listen to the sound and stop the video to explain and answer students’ questions.

Video clips where Pope Francis meets young children
Little boy asks Pope Francis: ‘Is my dad in heaven?’
Young boy invades Vatican stage and hugs Pope Francis

Step 2 – Questions to create a discussion

  1. Who is the man wearing white?
  2. Have you ever seen him before?
  3. Do you know who he is?
  4. What is he doing in the video?
  5. What do you think the children near the microphone are asking the Pope?
  6. How do you think the little boy is feeling?
  7. Would you like to meet the man in white? What would you tell him?
  8. What do you think the Pope is saying to the boy
Teaching points to emphasize during the activity:
  1. The Pope is a leader. In our family our parents or guardians are the leaders. In class the teacher is the leader. During sports the coach is the leader. The Pope is the leader of the Catholic church.
  2. Give examples to explain what we mean by Catholic church (e.g. show pictures of a parish church in Malta, priests celebrating First Holy Communion, the Archbishop (important leaders in the church), the Vatican

Move to the next step…

L-Għan

Min hu Papa Franġisku u x’jgħallimna?

Il-Grupp

Ir-raba’, il-ħames u sitt sena

X’ser nitgħallmu (W.A.L.T)

  1. Dwar l-irwol tal-Papa.
  2. Dwar il-ħajja ta’ Papa Franġisku.
  3. Dwar it-tagħlim tiegħu

Il-Ħin

15-il minuta

Ir-Riżorsi

  • Interactive whiteboard
  • Filmati qosra
  • Powerpoint Presentation

Pass 1 – Attività – Filmat qasir

L-edukatur jibda juri dawn il-mumenti tal-filmat (0:33-0:49) u jwaqqaf il-vidjo hemm.

Imbagħad jistaqsi dawn il-mistoqsijiet għad-diskussjoni: Dwar xiex taħsbu li qed titkellem it-tifla? Għala qegħda tibki? (alloka ftit minuti għad-diskussjoni)

Kompli l-lezzjoni billi turi l-kumplament tal-filmat. Tista’ jew tħalli lill-istudenti jistaqsu l-mistoqsijiet jew tistaqsihom dawn:

  1. Min hu r-raġel liebes l-abjad?
  2. Ġieli rajtuh qabel?
  3. X’taħsbu li qiegħed jagħmel?
  4. Ma’ min jitkellem fil-vidjo?
  5. X’inhu jgħidlu?
  6. X’inhu xogħolu?

Punti ta’ tagħlim li għandhom joħorġu u jiġu enfasizzati waqt id-diskussjoni.

  1. Hemm diversi reliġjonijiet u twemmin fid-dinja. Il-Papa huwa l-mexxej tal-fidi Kattolika. (N.B. Jekk hemm studenti ta’ twemmin ieħor, l-edukatur jistaqsihom min hu l-mexxej tar-reliġjon tagħhom. 
  2. Dan il-vidjo juri lill-Papa jiltaqa’ ma’ mexxejja ta-reliġjonijiet oħra.

Imxi għall-Pass li jmiss…

Ħoloq ta’ filmati addizzjonali dwar it-tagħlim tal-Papa għall-edukaturi.

https://cafod.org.uk/Education/Primary-teaching-resources/Laudato-Si-for-children

Pope Francis Minute – Home | Facebook

Dear Pope Francis

Aim

Who is Pope Francis and what does he teach us?

Age

Upper Primary yrs 4-6

We Are Learning To (W.A.L.T.)

  1. To learn what the role of the Pope is.
  2. To learn about the life of Pope Francis.
  3. To learn about what he teaches us.

Time

15 minutes

Resources

  • Interactive whiteboard
  • Short Clips
  • Powerpoint Presentation

Step 1 – Video discussion

The educator shows these moments from this video clip (0:33-0:49) and stops the video there.

Then asks these questions to start the discussion: what do you think the girl is speaking about? Why is she crying? (discuss for a few minutes)

Continue the lesson by showing them the rest of the video. Let the students ask questions or ask them these questions to create a discussion: who is the man dressed in white? Have you ever seen him before? What do you think he is doing? Who is he speaking to in the video? What is he telling them? What is his work?

Teaching points to elicit and emphasize from the discussion and additional links for follow up:

There are different religions or faiths in the world. The Pope is the leader of the Catholic faith. (N.B. If there are students from different faiths, the educator can ask them who their religious leader is. This video of the Pope meeting the leaders of other religions can be shown:

Move to the next step…

L-Għan

Għarfien dwar Papa Franġisku u l-irwol tiegħu bħala mexxej tal-Knisja Kattolika

Il-Grupp

Snin Medji

X’ser nitgħallmu (W.A.L.T)

  1. Li nifhmu l-irwol tal-Papa fil-Knisja Kattolika u fid-dinja
  2. Biex ikollna għarfien aħjar dwar il-ħajja ta’ Papa Franġisku.
  3. Biex nifhmu t-tagħlim ta’ Papa Franġisku.

Il-Ħin

15-il minuta

Riżorsi

  • Interactive whiteboard
  • Filmati qosra
  • Powerpoint Presentation

Attività – Diskussjoni permezz ta’ filmat

L-edukatur juża dawn il-filmati biex joħloq diskussjoni dwar Papa Franġisku u l-ħajja tiegħu, l-irwol tiegħu u t-tagħlim tiegħu. Wara tista’ tkompli billi twieġeb mistoqsijiet tal-istudenti.

L-istudenti jistgħu jaħdmu b’mod individwali jew fi gruppi biex isibu informazzjoni dwar Papa Franġisku, xogħolu, dmirijietu u r-responsabbiltajiet tiegħu u t-tagħlim tiegħu. L-istudenti jistgħu jagħmlu riċerka biex jippreparw proġett, powerpoint presentation, uri u għid jew kwiżż biex jaqsmuhom ma’ student fil-klassi tagħhom.

L-edukaturi jista’ joffru dawn il-websajts lill-istudenti biex ifittxu fuqhom u jiksbu l-informazzjoni meħtieġa.

Online quizzes for students:

Pope Francis Flashcards | Quizlet

Websites for research

Frequently Asked Questions About the Pope | Saint Mary’s Press (smp.org)

The Holy See (vatican.va)

Popes 101 | Catholic Central – YouTube channel

Catholic Answers

Imxi għall-Pass li jmiss…

Aim

Pope Francis and his role as leader of the Catholic church

Age

Middle years (Year 7-8)

We Are Learning To (W.A.L.T.)

  1. To understand the role of the Pope in the Catholic Church and the World.
  2. To have a better understanding and insight of the life of Pope Francis.
  3. To understand the teachings of Pope Francis.
Resources:
  • Interactive whiteboard
  • Short Videos
  • Powerpoint Presentation
Time

15 minutes


Activity – Video discussion

Use the following videos to create a discussion about Pope Francis and his life, duties and teachings. This can be followed by questions from the students.

The students can then work individually or in groups to find information about the Pope, his work, duties and responsibilities as well as his teachings. The students can then do research to prepare a project, PowerPoint presentation, show and tell or quiz to share with their classmates. These are some websites that educators can recommend to their students for research and get information:

Online quizzes for students:

Pope Francis Flashcards | Quizlet

Websites for research

Frequently Asked Questions About the Pope | Saint Mary’s Press (smp.org)

The Holy See (vatican.va)

Popes 101 | Catholic Central – YouTube channel

Catholic Answers

L-Għan

Għarfien dwar l-irwol ta’ Papa Franġisku u t-tagħlim tiegħu

Il-Grupp

Snin Sekondarja

X’ser nitgħallmu (W.A.L.T)

  1. Li nifhmu l-irwol tal-Papa fil-Knisja Kattolika u fid-dinja
  2. Biex ikollna għarfien aħjar dwar il-ħajja ta’ Papa Franġisku.
  3. Biex nifhmu t-tagħlim ta’ Papa Franġisku.

Il-Ħin

15-il minuta

Ir-Riżorsi

  • Interactive whiteboard
  • Filmati qosra
  • Powerpoint presentation

Attività – Pope for a day presentation and research project

L-edukatur juża l-Powerpoint presentation. L-islides juru dak li qal Papa Franġisku  dwar kwistjonijiet globali. Din twassal biex tinħoloq diskussjoni dwar Papa Franġisku, l-irwol tiegħu bħala mexxej tal-Knisja Kattolika u l-irwol tiegħu bħala mexxej rigward il-paċi, reliġjonijiet oħra, tibdil fil-klima, ir-refuġjati, il-pandemija, kwistjonijiet li jaffettwaw l-umanità bħall-abort, faqar u inġustizzja.

Filmati addizzjonali:
Papa Franġisku jżur l-ambaxxata Russa biex jesprimi t-tħassib tiegħu dwar il-gwerra

Pope Francis and world peace – meeting with Presidents and Prime Ministers: Joe Biden/ Angela Merkel/ Nancy Pelosi/Narenda Modi/Moe Jae-in

L-istudenti jistgħu jgħmlu r-riċerka tagħhom biex joħolqu presentazzjoni jew proġġett dwar Papa Franġisku.

Websajts għall-istudenti:

It-tagħlim ta’ Papa Franġisku dwar il-kwistjonijiet globali u l-effett fuq l-umanità

https://www.vaticannews.va/en/world/news/2022-02/human-fraternity-zayed-award-pope-francis-abu-dhabi.html

https://www.vaticannews.va/en/pope/news/2021-12/2021-with-pope-francis-journeys-reforms-and-the-challenge-of.html

Imxi għall-Pass li jmiss…

Theme

The role of Pope Francis and his teachings

Age

Secondary

We Are Learning To (W.A.L.T.)

  1. To understand the role of the Pope in the Catholic Church and the World.
  2. To have a better understanding and insight of the life of Pope Francis.
  3. To understand the teachings of Pope Francis.

Resources

  • Interactive whilteboard
  • Short videos
  • Powerpoint presentation

Time

15 minutes


Pope for a day Powerpoint and research project

The educator will use the Powerpoint presentation which consists of slides about what the Pope said about the global issue to create a discussion about Pope Francis, his role as leader of the Catholic church and his role as a leader regarding peace, other religions, climate change, refugees, the pandemic, issues that affect humanity such as abortion, poverty, injustice. These video clips may also be used:

Pope Francis visits the Russian embassy to express concern about the war.

Pope Francis and world peace – meeting with Presidents and Prime Ministers: Joe Biden/ Angela Merkel/ Nancy Pelosi/Narenda Modi/Moe Jae-in

The students can then do their own research using the following websites to create their own presentations or projects about Pope Francis.

Research websites for students:

It-tagħlim ta’ Papa Franġisku dwar il-kwistjonijiet globali u l-effett fuq l-umanità

https://www.vaticannews.va/en/world/news/2022-02/human-fraternity-zayed-award-pope-francis-abu-dhabi.html

https://www.vaticannews.va/en/pope/news/2021-12/2021-with-pope-francis-journeys-reforms-and-the-challenge-of.html

Move to the next step…

2. Sharing our Hopes and Dreams with Pope Francis

After getting to know more about Pope Francis and how to live as brothers and sisters, watch this video where Maria and Iona are going to make us an interesting invitation about the theme:

All Brothers and Sisters – My hopes and dreams of living as brothers and sisters on the Maltese islands.

We invite the students to express themselves in an artistic way, what the theme means to them, and how they want it to mean to Pope Francis during his visit about this theme.

Kinder and early years – Drawings, Collages

Primary, Middle, and Secondary – Any form of art, writing, or short video production in any language. Surprise us with your creativity!

Drawings/Artwork is to be created on an A4-sized paper using pens, pencil, crayons, textas, or paint.

A short two-minute video may be taken while the children are working together to shape their drawing /artistic expression.

Any kind of text (essay, short story, poem, memoir, word cloud, etc). Writings should not exceed the 300-word limit.

Create a short video clip – Video production must be 2 minutes long (create a short video clip and describe the theme, record an interview, etc.)

Each school is to collect all students’ artistic work and:

  1. Scan it in High Resolution (ideally by using a scanner)
  2. Bind it creatively
  3. Send the hard copy of the artistic expression to: Spiritual Development in Schools, Archbishop’s Curia, P.O. box 1, Floriana FRN 1535
  4. Send the soft copy via this link: https://popefrancis.mt/ilkoll-ahwa-submit
Notify us

Participating schools are to notify via email Fr Reuben Gauci (State and Independent Schools) and Sr Alexandra Chircop (Church Schools) by not later than 11th  March 2022.

Closing Date to send the digital material

Submissions of the students’ artistic work are to be sent by not later than 18th March 2022


The Places where Pope Francis is visiting

On Saturday 2 April 2022 at 10.50 am Pope Francis will make a courtesy visit to the President of the Republic in the Ambassadors’ Chamber of the Grand Master’s Palace. At 11.35 am Pope Francis will be meeting with the Prime Minister in the Pages’ Chamber of the Grand Master’s Palace. At 11.50 am Pope Francis will be meeting the authorities and the Diplomatic Corps in the ‘Grand Council Chamber’ of the Grand Master’s Palace. This includes an address of the Holy Father.

Pope Francis to visit in December

On Saturday 2 April 2022 at 5.00pm, Pope Francis will arrive at Port of Mġarr. A prayer meeting at the National Shrine of Ta’ Pinu will follow together with the Homily of the Holy Father. Pope Francis will leave the island of Gozo by ferry from the Port of Mġarr to Malta at 6.45 pm.

1990 – After praying in the chapel at the National Shrine of Ta’ Pinu, Pope John Paul II lit a perpetual lamp.

On Sunday 3 April 2022 at 7.45 am Pope Francis will have a private meeting with the members of the Society of Jesus at the Apostolic Nunciature in Rabat. A visit to the Grotto of St Paul at the Basilica of St Paul in Rabat will follow at 8.30 am.

Peter on the island of Paul
1990 – Pope John Paul II in St Paul’s Grotto in Rabat, Malta
Pope Benedict XVI prays inside St Paul's Grotto in Rabat, outside Valletta  - Apostolate of St. Paul Malta
2010 – Pope Benedict XVI prays inside St Paul’s Grotto in Rabat – Apostolate of St. Paul Malta

On Sunday 3 April 2022 at 4.45 pm, Holy Father will hold during a meeting with migrants at the John XXIII Migrants’ Centre in Ħal Far.

Beatu Gwanni XXIII (Laboratorju tal-Paci) - Church - Zurrieq, Malta
John XXIII Peace Lab

On Sunday 3 April 2022 at 10.15 am, Pope Francis will celebrate Holy Mass at the Granaries in Floriana.

2010 – Pope Benedict XV! celebrated Holy Mass at the Floriana Granaries.
2010 – The Granaries Floriana

What does Pope Francis teach?

Papa Franġisku jitkellem ħafna fuq il-ferħ. Huwa jixtieqna nkunu ferħanin u nħobbu lil xulxin kif iħobbna Ġesù. 

Kliem ewlieni

FerħPapa FranġiskuNgħixu flimkienInħobbu lil xulxin kif iħobbna Ġesù

Pope Francis speaks a lot about joy. He wants us to be happy and to love one another as Jesus loves us.

Keywords

JoyPope FrancisLiving togetherLoving one another as Jesus loves us.  
Let’s pray more

In this prayer space, we think about the joy in our lives and then jump for joy.

Be Happy

Jumping for Joy

Easter brings joy so in this prayer space one thinks of someone or something that brings joy and makes you happy.

Papa Franġisku jixtieqna nkunu ferħanin. Huwa jfakkarna li nistgħu nkunu verament ferħanin meta nieħdu bis-serjetà l-ħolm u x-xewqat sbieħ u tajbin tagħna.  Papa Franġisku jħeġġeġ lit-tfal biex joħolmu u jaħdmu flimkien ma’ oħrajn biex jgħixu l-ħolm u x-xewqat sbieħ tagħhom, u billi jħobbu lil xulxin kif iħobbna Ġesù. 

Kliem ewlieni
Papa FranġiskuFerħĦolm u xewqat tajba u sbieħNgħixu flimkienDinja aktar tajba u sabiħaInħobbu lil xulxin kif iħobbna Ġesù

Pope Francis wants us to be happy. He reminds us that we can be truly happy when we live our dreams and good wishes. Pope Francis encourages children to dream and to work with others to live their dreams and wishes and by loving one another as Jesus loves us.

Keywords
Pope FrancisJoyOur dreams and wishesLiving togetherBetter and more beautiful worldLoving one another as Jesus loves us
Let’s pray more

In these prayer spaces and reflection, we think about the joy in our lives.

Be Happy

Hopes and Dream

In this prayer space one reflects upon one’s hopes and dreams.

Jumping for Joy

Easter brings joy so in this prayer space one thinks of someone or something that brings joy and makes you happy.

Papa Franġisku jitkellem ħafna fuq il-ferħ. Huwa jfakkarna li l-ħajja hija verament sabiħa meta ngħixu x-xewqat sbieħ u tajbin tagħna mal-oħrajn.

Ħafna drabi fil-kitbiet u fid-diskorsi tiegħu Papa Franġisku jħeġġeġ lit-tfal u liż-żgħażagħ biex joħolmu. Mingħajr ħolm, diffiċli nkunu nafu x’verament nixtiequ, u nispiċċaw ngħixu ħajja bla sens u bla gost – il-kontra eżatt ta’ ħajja mimlija ferħ. Ħajja ferħana tfisser li nieħdu bis-serjetà l-ħolm u x-xewqat sbieħ u tajbin tagħna, u naħdmu flimkien mal-oħrajn biex ngħixuhom.

Ħajja ferħana tfisser li ma naqtgħux qalbna kemm mill-ħolm tagħna kif ukoll mill-oħrajn.


Pope Francis speaks a lot about joy. Pope Francis reminds us that life is beautiful when we live our good wishes with others.

Many times, in his writings and speeches Pope Francis encourages children and young people to dream. Without dreams, it is difficult to know what we really want, and we end up living a meaningless and boring life – the exact opposite of a happy life.  Happy life means taking seriously our beautiful and good hopes and dreams and working with others to live them.

Happy life means not giving up on our dreams and those of others.

The Pope explains the true meaning of joy
Pope Francis tells youth to dream – Havana 2015
Let’s pray more

In these prayer spaces and reflection, we think about the joy in our lives.

Be Happy

Hopes and Dream

In this prayer space one reflects upon one’s hopes and dreams.

Jumping for Joy

Easter brings joy so in this prayer space one thinks of someone or something that brings joy and makes you happy.

Papa Franġisku jitkellem ħafna fuq il-ferħ għaliex minħabba li madwaru jara ħafna problemi, tbatija u dwejjaq, jixtieq li l-bnedmin kollha tad-dinja jkunu ferħanin. Papa Franġisku jixtieqna nkunu ferħanin mhux għaliex maqtugħ mir-realtà tagħna u ma jafx x’ngħaddu minnu. Anzi, pjuttost bil-maqlub! Il-punt l-aktar importanti, skont Papa Franġisku, hu li nixtiequ dak li hu tajjeb u sabiħ, u nippruvaw ngħixuh. Mhux dejjem faċli u mhux dejjem aħna fil-kontroll tas-sitwazzjoni, imma Papa Franġisku jfakkarna li l-ħajja hi verament sabiħa meta ngħixu x-xewqat sbieħ u tajbin tagħna mal-oħrajn.

X’jiġifieri? Ħafna drabi fil-kitbiet u fid-diskorsi tiegħu Papa Franġisku jħeġġeġ lit-tfal u liż-żgħażagħ biex joħolmu. Mingħajr ħolm, diffiċli nkunu nafu x’verament nixtiequ, u nispiċċaw ngħixu ħajja bla sens u bla gost – il-kontra eżatt ta’ ħajja mimlija ferħ. Ħajja ferħana tfisser li nieħdu bis-serjetà l-ħolm u x-xewqat sbieħ u tajbin tagħna, u naħdmu flimkien mal-oħrajn biex ngħixuhom. Ħajja ferħana ma tfissirx li f’ħajjitna mhux se niltaqgħu ma’ problemi u ma’ tbatijiet, u lanqas tfisser li jkun jinterressana biss mill-ferħ tagħna.

Ħajja ferħana tfisser li ma naqtgħux qalbna kemm mill-ħolm tagħna kif ukoll mill-oħrajn. Papa Franġisku jfakkarna li nistgħu nkunu verament ferħanin meta ngħixu flimkien il-ħolm tagħna billi naħdmu flimkien għal dinja aktar tajba u isbaħ, u billi nħobbu lil xulxin kif iħobbna Ġesù. 


Pope Francis speaks a lot about joy and although he sees many problems, sufferings, and sadness around him, he wants all people in the world to be happy. Pope Francis wants us to be happy not because he is cut off from our reality or does not know what we are going through. On the contrary, the important point according to Pope Francis is to wish for what is good and beautiful, and we live it. It is not always easy, and we are not always in control of the situation, but Pope Francis reminds us that life is beautiful when we live our good wishes with others.

What does this mean? Many times, in his writings and speeches Pope Francis encourages children and young people to dream. Without dreams, it is difficult to know what we really want, and we end up living a meaningless and boring life – the exact opposite of a happy life. 

Happy life means taking seriously our beautiful and good hopes and dreams and working with others to live them. A happy life does not mean that in our life we will not encounter problems and sufferings, nor does it mean that we are only interested in joy. Happy life means not giving up on our dreams and those of others.

Pope Francis reminds us that we can be truly happy when we live our dreams together for a better and more beautiful world, and by loving one another as Jesus loved us.

The Pope explains the true meaning of joy
Pope Francis tells youth to dream – Havana 2015

Let’s pray more

In these prayer spaces and reflection, we think about the joy in our lives.

Be Happy

Hopes and Dream

In this prayer space one reflects upon one’s hopes and dreams.

Jumping for Joy

Easter brings joy so in this prayer space one thinks of someone or something that brings joy and makes you happy.

Il-ħniena hija kwalità li Papa Franġisku jixtieqna li ngħixu fil-ħajja tagħna ta’ kuljum.

Aħna mhux dejjem nagħmlu dak li hu tajjeb u sabiħ għalhekk ikollna bżonn min jgħinna u juri ħniena magħna.

Meta nuru ħniena u nħobbu lil xulxin, inkunu qed nagħmlu dak li Alla jagħmel magħna.

Kliem Ewlieni
ĦnienaPapa FranġiskuNitolbuNgħixu l-ħniena kuljum

Mercy is a quality that Pope Francis wants us to live in our lives. 

We do not always do what is right and beautiful and so we need others to help us and show us mercy.

When we show mercy and love each other, we are doing to one another what God is doing to us.

Keywords
MercyPope FrancisPrayLive mercy daily
Prayer Spaces related to mercy and forgiveness

Lenten session – Joyful Mercy

These sessions are about God’s mercy that brings joy in the person that accepts it and is merciful with other people and creation.

Wand of Love

In this prayer space one can reflect on the love he/she shows to others and ask for forgivness for when one fails to love others unconditionally.

Il-ħniena hija kwalità li Papa Franġisku jixtieqna li ngħixu b’aktar impenn fil-ħajja tagħna ta’ kuljum.

Il-ħniena rridu ngħixuha fil-ħajja ta’ kuljum billi nagħtu kas tal-bżonnijiet tal-oħrajn, ngħinuhom u nitolbu għalihom.

Fuq kollox, meta aħna nuru ħniena ma’ xulxin, inkunu qed nagħmlu ma’ xulxin dak li Alla jagħmel magħna.

Kliem Ewlieni
ĦnienaPapa FranġiskuBżonn xulxinBżonnijiet tal-oħrajn
NgħinuNitolbuNgħixu l-ħniena kuljumNuru ħniena kif Alla għamel magħna

Mercy is a quality that Pope Francis wants us to live with more commitment in our lives.

We should live mercy in our daily lives by paying attention to the needs of others, helping them, and praying for them.

Above all, when we show mercy to one another, we are doing to one another what God is doing to us.

 Keywords
MercyPope FrancisWe need each otherNeeds of others
HelpPrayLive mercy dailyShow mercy as God is doing to us
Prayer Spaces related to mercy and forgiveness

Lenten session – Joyful Mercy

These sessions are about God’s mercy that brings joy in the person that accepts it and is merciful with other people and creation.

Hide and Seek

During this prayer space one is encouraged to reflect upon God who is waiting for us with arms wide-open to come out of the darkness of our sinful guilt as we hid ourselves form Him and seek His endless Merciful Love

Brushed and Forgiven

In this prayer space one is given the opportunity to reflect on the unkind actions we made and invited to pray for forgiveness.

Il-ħniena hi suġġett importanti ħafna għal Papa Franġisku, mhux biss għaliex ftit tas-snin ilu (2015-2016) kellna sena ddedikata lill-ħniena imma wkoll għaliex hija kwalità li l-Papa jixtieqna li ngħixu b’aktar impenn fil-ħajja tagħna. Meta kien mistoqsi jwieġeb min hu ftit wara li sar Papa, Papa Franġisku wieġeb: “Jiena midneb.” B’din it-tweġiba, Papa Franġisku ried jgħaddilna messaġġ importanti ħafna: il-ħniena mhijiex kwalità li hemm bżonn nuru mal-oħrajn għaliex l-oħrajn għandhom xi ħaġa inqas minna jew għax għamlu xi ħaġa ħażina, imma li kollha kemm aħna għandna bżonn il-ħniena.

 X’jiġifieri li jkollna bżonn il-ħniena? Li jkollna bżonn il-ħniena tfisser li aħna ma nistgħux ngħixu weħidna u li għandna bżonn xulxin – u lil Alla. Il-ħniena, għalhekk, irridu ngħixuha fil-ħajja ta’ kuljum billi nagħtu kas tal-bżonnijiet tal-oħrajn, ngħinuhom u nitolbu għalihom.

Fuq kollox, meta aħna nuru ħniena ma’ xulxin, inkunu qed nagħmlu ma’ xulxin dak li Alla jagħmel magħna. 


Mercy is an important topic for Pope Francis, not only because a few years ago (2015-2016) we had a year dedicated to mercy, but also because it is a quality that the Pope wants us to live with more commitment in our lives. When asked who he was shortly after becoming Pope, Pope Francis replied: “I am a sinner.” With this answer, Pope Francis wanted to send us a very important message: mercy is not a quality that we need to show to others because others have something less than us or because they have done something wrong, but that we all need mercy.

What does it mean to have mercy? To have mercy means to realize that we do not always do what is right and that we do not always wish for what is good and beautiful. Therefore, we need help not to harm ourselves or others and to truly live a joyful life.

Above all, when we show mercy to one another, we are doing to one another what God is doing to us.

Pope Francis Minute Explains: The Year of Mercy
Prayer Spaces and session related to mercy and forgiveness

Lenten session – Joyful Mercy

These sessions are about God’s mercy that brings joy in the person that accepts it and is merciful with other people and creation.

Flushed Away

In this prayer space one is asked to reflect on his sins and then presents them to God, who washes them away and remove the stains.

The Runners Shoes

This prayer space encourages one to reflect upon those moments one failed to give a helping hand when it was necessary.

Il-ħniena hi suġġett importanti ħafna għal Papa Franġisku, mhux biss għaliex ftit tas-snin ilu (2015-2016) kellna sena ddedikata lill-ħniena imma wkoll għaliex hija kwalità li l-Papa jixtieqna li ngħixu b’aktar impenn fil-ħajja tagħna. Meta kien mistoqsi jwieġeb min hu ftit wara li sar Papa, Papa Franġisku wieġeb: “Jiena midneb.” B’din it-tweġiba, Papa Franġisku ried jgħaddilna messaġġ importanti ħafna: il-ħniena mhijiex kwalità li hemm bżonn nuru mal-oħrajn għaliex l-oħrajn għandhom xi ħaġa inqas minna jew għax għamlu xi ħaġa ħażina, imma li kollha kemm aħna għandna bżonn il-ħniena.

X’jiġifieri li jkollna bżonn il-ħniena? Li jkollna bżonn il-ħniena tfisser li nindunaw li aħna mhux dejjem nagħmlu dak li hu tajjeb u mhux dejjem nixtiequ dak li hu tajjeb u sabiħ, u għalhekk għandna bżonn l-għajnuna biex ma nagħmlux ħsara lilna nfusna u lill-oħrajn, u biex inkunu nistgħu ngħixu ħajja verament ferħana.

Għalhekk, li jkollna bżonn il-ħniena tfisser li aħna ma nistgħux ngħixu weħidna u li għandna bżonn xulxin – u lil Alla. Il-ħniena, għalhekk, irridu ngħixuha fil-ħajja ta’ kuljum billi nagħtu kas tal-bżonnijiet tal-oħrajn, ngħinuhom u nitolbu għalihom.

Fuq kollox, meta aħna nuru ħniena ma’ xulxin, inkunu qed nagħmlu ma’ xulxin dak li Alla jagħmel magħna. 


Mercy is an important topic for Pope Francis, not only because a few years ago (2015-2016) we had a year dedicated to mercy, but also because it is a quality that the Pope wants us to live with more commitment in our lives. When asked who he was shortly after becoming Pope, Pope Francis replied: “I am a sinner.” With this answer, Pope Francis wanted to send us a very important message: mercy is not a quality that we need to show to others because others have something less than us or because they have done something wrong, but that we all need mercy.

What does it mean to have mercy? To have mercy means to realize that we do not always do what is right and that we do not always wish for what is good and beautiful. Therefore, we need help not to harm ourselves or others and to truly live a joyful life.

Hence, to have mercy means that we cannot live alone and that we need one another and God.  Mercy, therefore, must be lived in our daily lives by paying attention to the needs of others, helping them, and praying for them.

Above all, when we show mercy to one another, we are doing to one another what God is doing to us.

Pope Francis – Year of Mercy
Prayer Spaces related to mercy and forgiveness

Lenten session – Joyful Mercy

These sessions are about God’s mercy that brings joy in the person that accepts it and is merciful with other people and creation.

Father Forgives

During this prayer space one reflects on the weight pain and anger bare and the liberating power of forgiveness.

Carrying The Cross

In this prayer space one will think of the problems and fears. Use this time to pray to God to help one in carrying such burdens.

Forgiveness Stones

In this prayer space one reflects on the good feeling of letting go and forgiving someone who caused pain.

Beatitudes: Forgiveness

This is a space where one thinks about how it feels to forgive and to pray to God to help forgive one another.

Papa Franġisku jgħidilna li nistgħu ngħixu flimkien fil-paċi jekk noħolmu u naħdmu flimkien għal dinja fejn kulħadd hu aħwa ta’ xulxin.

Kliem ewlieni
Papa FranġiskuPaċiDinjaNgħixu flimkienAħwa ta’ xulxin

Pope Francis tells us that we can live together in peace if we dream and work together to live in a world as brothers and sisters.

Keywords
Pope FrancisPeaceWorldLiving togetherAll brothers and sisters
Let’s prayer more

In this prayer space we reflect on persons who are always beside us, hold our hands because they love us, take care of us and give us support.