Author: Fr Reuben Gauci

Meta l-ovvju jisfidak!

Fl-Isem tal-Missier u tal-Iben u tal-Ispirtu s-Santu

Tajjeb li nfaħħru ‘l Mulej

1. Niftħu qalbna għall-Kelma t’Alla
 F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli din il-parabbola: “Jista’ agħma jmexxi agħma ieħor? Mhux it-tnejn jaqgħu fil-ħofra? Id-dixxiplu mhuwiex aqwa mill-imgħallem tiegħu; imma kull min itemm it-taħriġ tiegħu jsir bħall-imgħallem tiegħu. Għax tara t-tibna f’għajn ħuk, u ma tarax it-travu li għandek f’għajnek int? …

Kompli aqra »

Alla ma jikkupjax!

Fl-Isem tal-Missier u tal-Iben u tal-Ispirtu s-Santu

Ħanin u twajjeb il-Mulej.
 
1. Niftħu qalbna għall-Kelma t’Alla

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Imma lilkom, li qegħdin tisimgħuni, ngħidilkom: Ħobbu l-għedewwa tagħkom, agħmlu l-ġid lil min jobgħodkom, bierku lil min jisħetkom, itolbu għal min iżeblaħkom. Min jagħtik bil-ħarta fuq naħa waħda, dawwarlu wiċċek ħalli jagħtik fuq in-naħa l-oħra; min jeħodlok il-mantar, anqas il-libsa ma għandek tiċħadlu…

Kompli aqra »

Imsejħa biex nagħtu kaz: Għaliex il-politika m’hijiex biss il-problema ta’ ħaddieħor

Fid-dokument ‘Yahad, il-Kummissjoni Ġustizzja u Paċi tirrifletti fuq il-ġrieħi tas-soċjetà tagħna, biex imbagħad tipproponi għodod meħudin mit-Tagħlim Soċjali tal-Knisja li huma essenzjali jekk irridu nibnu soċjetà iktar ġusta u rikonċiljata.

Il-workshops li jinsabu fir-riżorsa: ‘Called to care: Why politics is not just someone else’s problem‘ jibnu fuq ir-riflessjoni ta’ ‘Yahad’ u jikkonsistu fi tliet workshops qosra ta’ 20 minuta kull waħda…

Kompli aqra »

Is-Sbuħija tas-Sempliċità

Instructions Merħba

Il-kap tal-iskola, l-SMT jew l-edukatur li jkun qed imexxi l-assembly jagħti merħba lill-istudenti billi jgħidilhom bonġu…

Kompli aqra »

Kura?

Fl-Isem tal-Missier u tal-Iben u tal-Ispirtu s-Santu

Fommi jxandar il-ġustizzja tiegħek.

1. Niftħu qalbna għall-Kelma t’Alla

 F’dak iż-żmien Ġesù qal lin-nies fis-sinagoga: “Din il-kitba seħħet illum, intom u tisimgħu”. U lkoll laqgħu kliemu u stagħġbu għall-kliem mimli ħlewwa li kien ħiereġ minn fommu u bdew jgħidu: “Dan mhuwiex bin Ġużeppi?”. Iżda hu qalilhom: “Żgur li se tgħidu għalija dan il-proverbju: ‘Tabib, fejjaq lilek innifsek…

Kompli aqra »

Nar jaqbad

Fl-Isem tal-Missier u tal-Iben u tal-Ispirtu s-Santu

Bierek ruħ tiegħi il-Mulej

1. Niftħu qalbna għall-Kelma t’Alla
F’dak iż-żmien, il-poplu kien qiegħed jistenna ħerqan, u kulħadd kien jistaqsi lilu nnifsu dwar Ġwanni, jekk kienx hu l-Messija. Għalhekk Ġwanni qabad u qal lil kulħadd: “Jien, ngħid għalija, ngħammidkom bl-ilma, imma ġej wieħed aqwa minni, li ma jistħoqqlix inħollu l-qfieli tal-qorq tiegħu. Hu jgħammidkom bl-Ispirtu s-Santu u n-nar”…

Kompli aqra »

U hekk baqa’ jikber …

Fl-Isem tal-Missier u tal-Iben u tal-Ispirtu s-Santu Henjin dawk li jgħammru f’darek, Mulej.
 
1. Niftħu qalbna għall-Kelma t’Alla

 Ta’ kull sena l-ġenituri ta’ Ġesù kienu jmorru Ġerusalemm għall-festa tal-Għid. Meta kellu tnax-il sena telgħu wkoll, skont id-drawwa ta’ dik il-festa. Wara li għaddew dawk il-ġranet qabdu t-triq lura, imma t-tfajjel Ġesù baqa’ Ġerusalemm bla ma kienu jafu l-ġenituri tiegħu. Huma ħasbuh qiegħed ma’ xi wħud li kienu fit-triq magħhom; iżda meta wara jum mixi fittxewh fost qrabathom u n-nies li kienu jafuhom, ma sabuhx, u għalhekk reġgħu lura Ġerusalemm ifittxuh…

Kompli aqra »

It-TRIQ…għaż-Żgħażagħ – Rigal sabiħ

Ktieb-ħabib għaż-żgħażagħ li qed ifittxu sens fil-ħajja. Ġabra ta’ stejjer, esperjenzi, ħsibijiet, miġbura minn ħarġiet imgħoddija ta’ fuljett għaż-żgħażagħ maħruġ mill-Ġiżwiti.

Illum ukoll għandna ħafna żgħażagħ tajbin li qed ifittxu ftit sens fid-dinja tallum, bl-isfidi kollha tagħha. Nifs frisk ta’ ħajja li ma tinxifx u li jmiss kull qalb żagħżugħa li qed tfittex it-Triq tal-Ħajja.

Rigal Sabiħ għal żgħażagħ minn 12-il sena ‘l fuq…

Kompli aqra »

In Tune – Within our Common Home

In Tune – Within our common home jikkonsisti f’seba’ spazji ta’ talb għat-tfal tal-klassijiet kollha mit-tielet sena sat-tmien sena.  Dawn l-eżerċizzji jistiednu l-parteċipanti biex jieħdu gost jirrifflettu u jitolbu b’mod kreattiv dwar diversi realtajiet relatati mal-ħolqien. Fosthom, il-ġmiel tal-ħolqien fid-diversità tiegħu, il-ħsara ambjentali u l-bżonnijiet varji ta’ popli differenti madwar id-dinja. B’dan il-mod kreattiv u adattat skont l-etajiet varji, il-parteċipanti flimkien mal-għajnuna tal-edukaturi ser jikbru fl-għarfien u l-apprezzament lejn il-ħajja ta’ kull persuna umana u lejn il-ħolqien kollu li l-pjaneta tagħna tospita…

Kompli aqra »

Tħobb Tiġbed Ritratti?

Thobb Tigbed Ritrattti

Isma’ l-istorja:

Aqra l-istorja

Reġa’ wasal ir-Randan. Diġà qed nisma’ lil ommi u n-nanniet itanbruli biex nagħmel xi tip ta’ sagrifiċċju matul dawn l-erbgħin jum. Uff xi dwejjaq! Dejjem l-istess! Ma tistax tiekol laħam, ħelu u dik iċ-ċikkulata li tant inħobb!

Imma din is-sena beħsiebni nagħmel xi ħaġa differenti. Beħsiebni nieqaf ftit mill-ġirja tal-ħajja ta’ kuljum u ndur dawra miegħi nnifsi, u niċċekkja dak li qed nagħmel u kif u b’liema mod qed nagħmlu…

Kompli aqra »

Tħobb Tiġbed Ritratti?

Reġa’ wasal ir-Randan. Diġà qed nisma’ lil ommi u n-nanniet itanbruli biex nagħmel xi tip ta’ sagrifiċċju matul dawn l-erbgħin jum. Uff xi dwejjaq! Dejjem l-istess! Ma tistax tiekol laħam, ħelu u dik iċ-ċikkulata li tant inħobb!

Imma din is-sena beħsiebni nagħmel xi ħaġa differenti. Beħsiebni nieqaf ftit mill-ġirja tal-ħajja ta’ kuljum u ndur dawra miegħi nnifsi, u niċċekkja dak li qed nagħmel u kif u b’liema mod qed nagħmlu…

Kompli aqra »

Irxoxta Mill-Ġdid

Isma’ l-istorja

Aqra l-istorja

Li kieku kellek tilmħu għaddej fit-triq żgur ma tkunx trid li jkollok xi tgħid miegħu. L-hena tiegħu li jara kif se jwerwer lil kull min jiltaqa’ miegħu. Jekk kien jitwebbel għal xi ħaġa, bis-sewwa jew bid-dnewwa kien jakkwistaha żgur. Kemm meta kien għadu l-iskola kif ukoll meta beda jfittex ix-xogħol ta’ spiss kien jhedded lil kull min jiġi taħt idejh biex jieħu dak li jrid u biex dejjem tgħaddi tiegħu…

Kompli aqra »