Aħna lkoll nħobbu lill-Beatu Carlo Acutis. Iżda hemm ħafna nies oħra bħalu li tajjeb li nsiru nafuhom u nimitawhom! F’dawn it-tlett snin mindu Carlo Acutis sar Beatu, id-dinja Kattolika giet affaxxinata b’dak li kien iħobb jagħmel, bħal jilgħab bil-Pokemon, u l-video games, logħob digitali kif ukoll bena website. Carlo mhuwiex l-uniku wieħed li qiegħed fit-triq biex jkun ikkanonizzat. Dawn iż-żgħażagħ li se niltaqgħu ,magħhom, nisa wkoll għexu bit-TV, soccer, CDs u anke Google. Bl-interċessjoni tagħhom jalla aħna wkoll nitgħallmu nkunu qaddisin fid-dinja moderna.

Is-Serv ta’ Alla Jean-Thierry Ebogo (1982-2006) kien seminarista mil-Cameroon. Jean-Thierry kien isofri min kanċer u kien ikun muġugħ ħafna. Darba qal, “Nixtieq li jgħaddili biex  nsir sacerdot.” Ftit wara li daħal mal-patrijiet Karmelitani Tereżjani. Incident waqt logħba futbol wasslu biex jibda jbati min tumur infettiv u kellhom ineħħulu siequ l-leminija. Sa sena wara l-cancer inxtered ma ġismu kollu. Brother Jean-Thierry kien meħud l-Italja għat-trattament, iżda kien tard wisq. Tawh il-permess li jieħu l-voti tiegħu kmieni. Iċ-ċerimonja saret f’kamra ġo l-Isptar fil-preżenza t’Ommu. Huwa miet xahar wara, f’għeluq sninu meta għalaq erba’ u għoxrin sena.

Is-serv ta’ Alla Floribert Bwana Chui Bin Kositi (1981-2007) kien mill-Congo u kien jaħdem bħala uffiċjal fid-dwana. Irreżista il korruzzjoni tal-gvern billi irrifjuta li jaċċetta it-tixħim. Floribert gradwa b’degree fl-ekonomija u kien ingaggjat. Fix-xogħol tiegħu kien magħfus biex jinjora il-kontaminazzjoni ta’ ċertu ikel mibgħut fil-merkanziji ta’ vapuri u anke kien offrewlu it-tixħim ta $3,000 jekk jagħmel dan. Iżda Floribert irrifjuta, u qal lil ħabibu “il-flus malajr jisparixxu, imma x’se jigri min-nies li jieklu dawk il-prodotti? X’kien se jiġrilhom? Jien qiegħed ngħix f’Ġesù jew le? Jien qiegħed ngħix għal Ġesù jew le? Huwa għalhekk li jien ma nistax naċċetta dawk il-flus. Huwa aħjar li mmut milli li naċċetta dawk il-flus! Għax irrifjuta kien ittorturat u maqtul.

Is-Servi ta’Alla Basman Yousef Daud (1982-2007) u Gassan Isam Bidawed (1984-2007) kienu djakni fil knisja kattolika ta’ ‘Chaldean’ f’Mosul, l-Iraq. Darba kienu qed jivvjaggaw mas-serv ta’ Alla Ragheed Aziz Ganni (saċerdot min Chaldean), s-serv ta’ Alla Wahid Hanna Isho u l-mara tiegħu. Il-grupp kien qed jirritorna wara li Dun Ganni kien iccelebra l-quddiesa tal-Ħadd, bħala sfida lil gruppi terroristi. Qalbulhom il-karrozza u l-grupp kien mġiegħel jikkonverti għal Islam. Meta irrifjutaw , l-erbgħa irġiel kienu maqtula. Lil mara ta’ Isho żammewha biex tgħid l-istorja u tagħti xhieda ta’ kif ġraw l-affarijiet.

Is-Serv ta’ Alla Pierangelo Capuzzimati (1990-2008) kien Taljan. Kien bniedem intelligenti li ġġieled il-Leukemia għal erba’ snin u miet meta kellu 17-il sena. Huwa interpreta l-marda tiegħu bħala opportunita’ biex jimmedita dejjem aktar u jgħożż lil Ġesù bħala ħabib ta veru. Pierangelo, li mill-ewwel mumenti aċċetta l-marda tiegħu bħala l-pjan ta’ Alla beda jitgħallem jabbanduna lilu nnifsu totalment f’idejn “Il-ħabib tiegħu Ġesù.” Kien jispira lil dawk ta’ madwaru, ibda mil-ġenituri tiegħu, bid-dikjarazzjonijiet tiegħu fuq il-marda bħala rigal, fil-limitazzjoni tal-moħħ uman biex wieħed jifhem il-pjanijiet ta’ Alla, l’importanza li nappartjenu mal-knisja talb komuni, u oħrajn li hu qal lil missieru u lil ommu fl’aħħar ġranet ta’ ħajtu, ġab mixja ta konverzazzjoni kontinwa li qed tidderigi ħajjet l-ġenituri tiegħu wara t-twelid tiegħu fil-ġenna. Matul il-marda, ma kienx jista jattendi l-iskola imma xorta ried jibqa’ jitgħallem. Għalkemm kellu għalliema fil-Grieg u l-Latin, kien jitgħallem waħdu is-suġġetti l-oħra u kompla jimpressjona lil għalliema tiegħu biex xogħol li kien jibgħat sal ġurnata tal-mewt tiegħu.

Il-venerabbli Matteo Farina (1990-2009) kien atleta żgħir u mużiċista. Kien idoqq il-kitarra u kien jħobb il-kimika. Hu kien jittama li jsir ingineer ambjentali, iżda sabulu kanċer f’moħħu u miet sitt snin wara. Soffra l-marda tiegħu b’kuntentizza, u kompla jgħannaq lil Ġesù bħal żagħżugħ ordinarju – fil-prattika mużikali fil-banda u waqt il-ħrug mas-sieħba tiegħu.

Is-Serva ta’ Alla Anne-Gabrielle Caron (2002-2010) kienet tifla Franciża ħelwa u mistħija. Kienet it-tifla ta’ uffiċċjal navali u professur tal–klassiċi. Ta’ seba’ snin irriżulta li għandha Ewing’s Sarcoma; u għal xi sena u nofs sofriet din il-marda b’ferħ u ġenerosita, imma kienet wkoll titkellem honestament fuq il-biza’ tagħha li tmut. Xorta waħda kienet titlob lil Alla biex jgħatiha is-sofferenzi tat-tfal l-oħra fl-isptar. Mietet ta’ tmien snin u nofs.      

“ Xi kultant ngħid miegħi nnifsi li l-Mulej ħanin jagħtini ħafna; il-weġgħa fil-qalb, il-chemo, it-togħma ħażina ta meta tkun miġuħ ħafna. Nixtieq inkun naf il-għala Ġesù għażel lili u mhux xi ħadd ieħor. Xorta ħafna imma jiena determinata li naċċetta t-tbatija tiegħi. Inħobbok Alla tiegħi”

Is-Serva ta’ Alla Giulia Gabriela (1997-2011) kienet tfajla Taljana ferriħijja ħafna u mimlija enerġija. Kienet tħobb is-shopping, issiefer u tisma l-pop music. Kellha devozzjoni kbira lejn Chiara Luce Badano. Fi Chiara sabet faraġ meta saret taf li mardet b’kanċer. Għal bidu, loġikament Giulia kellha rabja kbira u kienet tħossha dipressa mid-dijanjosi li ħarġet u kienet tqatta jiem sħaħ tibki. Iżda malajr irċeviet ferħ kbir meta bdiet tħoss il-preżenza t’Alla magħha. Is-sofferenza li sofriet b’paċi kbira ispirat ħafna nies f’dawk is-sentejn qabel ma mietet.

Is-Serv ta’ Alla Darwin Ramos (1994-2012) kien tifel fqir mill-Fillippini. Darwin u oħtu qattaw granet sħaħ iqalbu ġoż-żibel biex isibu x’jieklu. Meta kellu madwar ħames snin l-muskoli tiegħu ddgħajfu ħafna u tilef l’abbilta’ li jimxi u beda jbati minn marda bl-isem ta’ ‘Duchenne muscular dystrophy.’

Meta missieru rah f’dik is-sitwazzjoni, poġġieħ jittallab (imma Darwin kien jistħi), sakemm grupp li kien jaħdem mat-tfal tat-toroq stiednu lil Darwin biex imur jgħix magħhom go dar għat-tfal b’diżabilita’.  Hemmhekk, il-ferħ ta’ Darwin kien kostanti u evidenti ma’ kull persuna li kien jiltaqa’ magħha. Qatt ma lmenta li l-marda kienet bilmod qed toqtlu u minflok kien jghid li l-marda kienet il-missjoni tiegħu, u l-mod kif iħobb u jafda f’Alla. Darwin miet ta’ 17-il sena. L-aħħar kliem tiegħu kien: “Grazzi kbira. Jien kuntent ħafna”. 

Is-Serva ta’Alla Chaira Corbella Petrillo (1984-2012) – kienet mara u omm Taljana. Wara ħafna diffikultajiet li ltqagħu magħhom fl-għerusija, hi u r-raġel tagħha sabu ħafna paċi fis-sagrament taż-żwieġ. Fil-bidu taż-żwieġ tagħhom huma tilfu żewgt it-tfal, it-tnejn fl-ewwel siegħa wara t-twelid, tifel u tifla. Kienu kuntenti ħafna meta Chiara tqalet bit-tielet  tarbija, u kienu aktar kuntenti meta skoprew li t-tarbija kienet b’saħħitha. Iżda waqt it-tqala, lil Chiara sabulha kanċer  li sfortunatament malajr infirex ma’ ġisimha kollu. It-tobba qalulha li kellha għażla – jew issalva hi u tmut it-tarbija, jew tkompli t-tqala u hi tmut ftit wara li tagħti l-ħajja lit-tarbija. Imlibbsa bil-libsa taż-żwieġ hi mietet gimatejn wara li ikkonċepiet iben.   

Gilbert Simiana kien żagħżugħ qaddis Malti li miet nhar is-27 ta’ Frar 1998, fl-eta ta’ kważi 16-il sena, wara li inqas minn sitt snin qabel kien inħakem mill-marda kiefra tal-kanċer. Wara mewtu, bdew jiġu irrapurtati diversi episodji straordinarji fil-ħajja ta’ persuni li talbu għall-fejqan jew għajnuna bl-interċessjoni tiegħu.

  • Gilbert twieled ir-Rabat, Malta fl-1 ta’ Mejju 1982, u trabba f’familja sempliċi. Kien tifel fuq tiegħu u ferrieħi iżda fl-istess ħin twajjeb u ubbidjenti. Qatt ma kien jgħajjat jew jirrispondi.
  • Darba, tad-dar indunaw li Gilbert kien qed ikun ħafna bil-ġuħ, jiġi mill-iskola u mill-ewwel jistaqsi għall-ikel. Wara li marru jistaqsu l-iskola biex jaraw x’kien qed jiġri, sabu li Gilbert kien qed jagħti l-kolazzjon tiegħu lil tifel ieħor li għal xi raġuni ma kienx ikollu x’jiekol l-iskola.
  • Darb’oħra, Gilbert innota li tifel daqsu ma kienx qed jilgħab waqt il-brejk tal-iskola. Huwa resaq lejh u staqsieħ għaliex kien joqgħod waħdu. It-tifel wieġbu li kien għadu kemm għamel operazzjoni biex jingħata kilwa minn ta’ ommu, għax tiegħu kienu mardulu. It-tifel għalhekk kien għadu konvalexxenti u ma setax jiġri jew jitħabat. Meta sema’ hekk, Gilbert sabbru u offrielu li sakemm jiġi f’tiegħu hu kien se jakkumpanjah biex ma jkunx aktar waħdu.
  • Meta kien jisma’ lil xi ħadd jidgħi jew jitkellem ħażin kien jikkoreġih bil-ħlewwa.
  • Gilbert qatt ma kien ifalli lezzjoni waħda tal-Museum. Infatti sal-aħħar jum ta’ ħajtu kien imur regolarment anki waqt il-marda tiegħu, ikaxkar u jzappap. U qatt ma kien igerger. Kien iħobb jgħid li meta jikber jixtieq isir membru tal-Museum u jmur missjunarju.
  • Nhar it-30 ta’ April 1992, lejlet li Gilbert għalaq 10 snin, huwa ħass uġiegħ ta’ ras qawwi. It-tifel ittieħed għand professor, sarlu CT Scan urġenti, li mill-ewwel indika lil  tal-familja li t-tifel kellu tumur  f’moħħu, u li kien hemm bżonn isifruh l-Ingilterra biex joperawh.
  • Tal-familja kollha kienu xxukkjati iżda Gilbert ħa din l-aħbar b’kalma kbira u iktar tard stqarr ma’ oħtu Lorainne: “Lor, kemm inħossni xxurtjat li Ġesù għażel lili biex nurih kemm inħobbu b’dan il-mod!”.Kien jgħid ma kulħadd: “Alla lili ppreferieni”.
  • Huwa xtaq li, nit-tbatija ta’ issa, jibni villa ħdejn Ġesù u li kien determinat li jkun suldat ta’ Kristu, u akkost ta’ kollox jiġġieled għalih, suldat ċkejken imma leali. L-Arċisqof Scicluna jgħid li dak li jolqtu f’Gilbert huwa li dan “għex ħajja ordinarja sakemm il-Mulej tah vokazzjoni speċjali, dik li l-marda tiegħu jgħixha maqgħqud ma’ Kristu msallab u rxuxtat.”
  • Simiana kien igib hekk b’għożża u fl-istess ħin kburija l-badge tal- ‘Verbum Dei’ fuq sidru. Tant kienet għażiża din il-badge għalih, li meta waqt il-marda tiegħu kien ikun rikoverat l-isptar u hemmhekk kienu jibdlulu l-piġama, huwa kien mill-ewwel jerġa’ jilbes il – ‘Verbum Dei’ fuq il-ġdida.
  • Kuljum, Gilbert kien jitlob l-Arloġġ Museumin, talba kull siegħa miktuba minn San Ġorġ Preca, u ħmistax-il posta Rużarju, għax kien iħobb lill-Madonna b’imħabba ta’ iben lejn ommu. U kuljum, anke meta kien l-isptar fl-Ingilterra, kien jaqra biċċa mill-Bibbja.
  • Darba waħda, jirrakkonta l-Prifett(katekist) tiegħu tal-Museum, Mario Muscat, Gilbert talbu l-parir u l-permess jistax imur Paceville għax sħabu tal-iskola kienu ħajruh u xtaq jitla’ darba magħhom. Il-prifett staqsieh jekk tad-dar kinux tal-idea u hu wieġeb li ma kinux oġġezzjonawlu.
  • Imbagħad il-Prifett qallu li għal darba ma jimpurtax imma li jekk kien bi ħsiebu kif dejjem kien jgħid, li jkompli fil-Museum, kien ikun aħjar li ma jibdiex bi drawwiet bħal dawn, għax ma tgħinx biex jimxi ‘l quddiem fil-vokazzjoni tiegħu. Gilbert telaq, imma jumejn wara sabu u qallu li kien iddeċieda li ma jmurx.
  •  F’Awwissu tal-1996, Gilbert żar Lourdes flimkien ma’ missieru. Din il mawra kienet waħda li nisslet eċitament kbir fih.Gilbert, quddiem il-grotta f’Lourdes, talab biex imut mingħajr dnub, u mbagħad jekk trid il-Madonna tidħol għaliħ quddiem Alla u jfiq tagħmel hi, imma l-unika ħaġa important għaliħ kienet li jmut mingħajr  dnub. Qal lil oħtu wkoll li l-akbar xewqa li kellu kienet li l-familja tiegħu tiltaqa’ miegħu fil-Ġenna.
  • F’Marzu 1995, il-Papa kien ħatar lill-Ispanjol Mons Josè Sebastiàn Laboa bħala Nunzju għal Malta. Darba, Laboa ltaqa’ ma’ grupp ta’ tfal tal-Museum mixjin fit-triq u staqsihom x’ifisser il-Milied għalihom. U Gilbert tah ir-risposta teoloġika. Laboa baqa’ impressjonat ferm b’dan it-tifel. Is-soru li kienet tattendi għall-bżonnijiet ta’ Mons Laboa, qaltlu li dak it-tifel kien marid gravament.
  • In-Nunzju Laboa mar jara lit-tifel id-dar. Din il-laqgħa kienet bħal ta’ ragħaj ma’ nagħġa marida u sofferenti. Minn dak il-waqt in-Nunzju beda jfittex lit-tifel spiss waqt li jkun passiġġata jew jiġġoggja fl-inħawi tad-dar tiegħu.
  • Missieru jistqarr kif in-Nunzju kien imur ħabta u sabta d-dar tal-familja Simiana u wara li jidħol ġewwa u jiskuża ruħu tad-disturb, jitlob bil-prudenza kollha biex ikellem lit-tifel. Huwa kien jibqa’ jkellmu fit-tul, anki siegħa jew aktar fil-kamra ta’ barra.
  • Mons. Laboa kien spiss iħallilu xi affarijiet, daqqa xi kuruna u daqqa xi santi. Darba waħda waqt waħda minn dawn iż-żjajjar, in-Nunzju stqarr ma’ Gilbert li hu kien sejjer għand il-Papa Ġwanni Pawlu u talbu x’jixtieq. It-tifel wieġbu pront pront li xtaqu jgħid lill-Papa li hu kien qed joffri t-tbatijiet tiegħu għas-suċċess tal-vjaġġi pastorali tiegħu.
  • Imbagħad meta reġa’ żar lil Gilbert, qallu li kien kellem lill-Papa dwaru u li dan xtaq ukoll jiltaqa’ miegħu.
  • Mons Laboa wara mhux biss irranġa din il-laqgħa, imma ħallaslu minn flusu flok mill-flus tan-Nunzjatura għall-vjaġġi tiegħu u ta’ ħutu. Gilbert u l-familja tiegħu iltaqgħu mal-Papa Ġwanni Pawlu II, li Gilbert tant kien iħobb, fid-9 ta’ Settembru 1997. Waqt din il-laqgħa mal-Papa, Gilbert kien kommoss ħafna, eċitat u ferħan se jtir, hekk li meta biesu ma kienx kapaċi jesprimi ruħu bil-ferħ li ħakmu.
  • Lill-Papa, Gilbert reġa qallu li kien qed joffri t-tbatijiet tiegħu biex jinħasad il-ġid fil-vjaġġi pastorali tiegħu u skont oħtu li kienet preżenti, il-Papa qallu li hu kien tifel speċjali ħafna għal Ġesù li kien magħżul minnu.
  • Kien wasal l-aħħar jum. L-aħħar li kellmuh tal-familja kien l-Erbgħa 25 ta’ Frar 1998. Iż-żagħżugħ kien tilef id-dawl t’għajnejh. Dr. Michael Cassar, it-tabib tal-familja jistqarr li Gilbert qatt ma gerger jew ilmenta mill-marda tiegħu. Jistqarr ukoll li kien sema’ lil ta’ madwaru jgħidu li Gilbert kien jgħid li “Ġesù bata, mela jien inbati wkoll u noffri t-tbatijiet tiegħi għall-bżonnijiet tal-Papa”.
  •  Gilbert kien nofsu konxju, imma setà jisma’ u l-qraba tiegħu qagħdu jgħidu r-rużarju ħdejh. Tatu taqliba wara l-oħra, imma kien għad baqa’ ftit ieħor. L-aħbar li ż-żagħżugħ qaddis kien qed imut ġriet mar-Rabat u laħqet lin-Nunzju li malli sema’ mar jiġri l-isptar. Ħadd ma jaf x’intqal bejn in-Nunzju u Gilbert f’dik l-aħħar laqgħa tagħhom. Nafu biss li meta spiċċat illaqgħa ta’ bejniethom, in-Nunzju ħareġ u lil oħtu talabha li malli jseħħ dak li kellu jseħħ. Jibagħtu mill-ewwel għalih.
  • Kien imdawwar b’tal-familja u fil-fatt miet fi ħdan Kevin, dak iż-żmien l-għarus ta’ oħtu u llum ir-raġel tagħha. Miet nhar il-Ġimgħa 27 ta’ Frar 1998 fl-Isptar San Luqa. Gilbert kellu 16-il sena neqsin tliet xhur meta miet. Mal-mewt, il-qraba tiegħu jistqarru li wiċċ Gilbert kellu fuqu tbissima ta’ paċi li tat paċi lil kull min rah.
  • Keffnuh u libbsuh il-badge tal-Museum skont ix-xewqa espressa tiegħu. Din il-Verbum Dei, kif rajna, qatt ma neħħieha minn fuqu u saħansitra kien dendilha mas-sodda waqt l-operazzjonijiet tiegħu meta ma kienx jista’ jilbisha fuqu, ħaġa li tant impressjonat lit-tobba barranin. Ikkuntattjaw lin-Nunzju li malajr ħa f’idejh il-funeral tat-tifel u li ma ħalliehx għal mument  wieħed minn dak il-ħin ‘il quddiem sakemm tkaħħal il-qabar.
  • Il-funeral ta’ Gilbert sar fil-Knisja ta’ San Pawl ir-Rabat. Il-knisja kienet miżgħuda bin-nies, li kienet tfur sa fuq iz-zuntier. Min kien hemm, jgħid li lanqas fil-festa titulari ma qatt rat daqshekk nies dik il-knisja. Il-quddiesa tal-funeral tmexxiet minn Monsinjur Laboa li kif wera sa min qabel ma miet, xtaq li jieħu kollox f’idejh mill-mewt ‘l hemm.
  • Laboa deher imqanqal il-ħin kollu. Kien tilef ħabib żgħir fl-età, imma ġgant fil-fidi u ħassu onorat li setà jagħtih hu f’isem il-Papa u l-komunità nisranija lokali l-aħħar tislima tal-Knisja. Laboa għamillu omelija li matulha ddikjarah “Domenico Savio ta’ Malta”, “żagħzugħ Malti li anki mejjet, il-preżenza tiegħu qanqlet ħafna ġid kif setgħu jaraw b’għajnejhom stess”.
  • Wara li Gilbert miet  u s-santi tiegħu bdew jinxterdu fid-djar, jingħad li kien hemm diversi każijiet ta’ fejqan, hekk li l-familja bdiet tirċievi spiss ittri bi stejjer ta’ fejqan u ta’ konverżjonijiet flimkien ma’ xi ħaġa żgħira tal-flus għall-quddies ta’ radd il-ħajr.
  • Mons. Laboa, min-naħa tiegħu, ma kellux dubju li Gilbert kien qaddis. Kien hekk ċar għalih li waqt pranzu f’Ruma fis-27 ta’ Jannar 2000, fil-konklużjoni tal-kawża ta’ Dun Ġorġ Preca, esklama li issa – li l-kawża ta’ Dun Ġorġ waslet sa tmiemha – hemm dan it-tifel Rabti.
  • Gilbert dam midfun ir-Rabat sentejn u tliet xhur. Wara, fis-sena 2000, nqala’ minn hemm biex jindifen fiċ-ċimiterju ta’ Ħad-Dingli fejn għadu hemm sal-lum. Meta nqala’ b’għaġeb kbir instab li l-istat tal-ġisem ta’ Gilbert kien fi stat tajjeb ħafna, hekk li tabib li kien preżenti stagħġeb kif wara sentejn u tliet xhur kien għadu miksi bil-laħam minkejja l-marda kiefra u tterapiji kimiċi kollha li għadda minnhom qabel ħalla din id-dinja.
  • X’inhu l-messaġġ ta’ Gilbert għalina lkoll, b’mod speċjali għaż-żgħażagħ Maltin u Għawdxin? L-ewwel, li l-kwalità tal-ħajja ma titkejjilx mit-tul tal-jiem u mis-suċċess fid-dinja, iżda minn kemm wieħed jagħraf jingħata lil Alla u lill-proxxmu fl-imħabba anke jekk dan ifisser ċaħda u tbatija.
  •  U għalhekk, li aħna lkoll imsejħin għall-qdusija li hi l-perfezzjoni fl-imħabba, bħalma għallimna San Pawl: ‘Alla għażilna sa minn qabel il-ħolqien tad-dinja biex inkunu qaddisa u bla tebgħa quddiemu fl-imħabba’. Kliem tassew ta’ sfida kif ukoll ta’ kuraġġ. Jalla l-eżempju ta’ Gilbert Simiana jqanqal lilna lkoll biex infittxu ħajja ta’ kwalità billu nfittxu l-qdusija, kulħadd skont is-sejħa partikulari tiegħu.

(Ħafna mit-tagħrif huwa meħud mill-ktejjeb “Alla lili ippreferieni” ta’ Jane Camilleri Haber)