English

Merħba

Il-kap, l-assistenti kapijiet jew l-edukatur li qed imexxi l-assembly jindirizza lill-istudenti b’mod pożittiv billi jawgura l-għodwa t-tajba lil kulħadd. Tista’ tibda l-assembly bir-radd tas-salib: “Fl-isem tal-Missier, u tal-Iben, u tal-Ispirtu s-Santu. Ammen.”

Introduzzjoni

Illum ser nibdew il-ġurnata tagħna billi nsiru nafu x’ġaralu darba waħda tifel jismu Nicholas matul dawn il-ġranet tal-Milied. Ser naraw kif iltaqa’ ma’ Suor Klara u ser naraw x’tgħallem mingħandha dwar l-imħabba.

Ara

Ħsieb Riflessiv

L-imħabba hija rigal mingħand Alla li aħna naqsmu ma’ xulxin permezz tal-affarijiet tajba li aħna nagħmlu. Aħna forsi ma aħniex qed nagħtu l-ikel lill-foqra kif kienet qed tagħmel Suor Klara imma aħna nistgħu nagħtu tbissima lil xulxin, nuru ħlewwa ma’ xulxin, nisimgħu u nuru rispett lejn l-oħrajn. Alla jrid jagħti r-rigal tal-imħabba tiegħu dan il-Milied u dejjem. Hekk aħna wkoll nistgħu ngħidu:
Nista’ nħobb għax Alla jħobbni u nista’ nagħti għax Alla tani.
(Skont l-udjenza tiegħek tista’ tispeċifika li Alla tana l-Imħabba tiegħu meta bagħat lil Ġesù fostna biex jgħallimna bil-kliem u bl-eżempju u biex isalvana.)

Talba

Għażiż Alla, grazzi tal-imħabba kbira li għandek għalina u għad-dinja kollha. Agħtina l-kuraġġ sabiex matul dan il-Milied u dejjem inħobbu lil ħaddieħor għax int kont li ħabbejtna l-ewwel. Ammen.

Konklużjoni

Ser nispiċċaw l-assembly tagħna dalgħodu bl-istess kliem li bih Santa Klara sellmet lil Nicholas. Ser ngħidilkom: Alla jħobbokom. Morru fil-paċi.

Dalgħodu se nibdew billi nisimgħu t-talba li qed jagħmlu dawn iż-żewġ żgħażagħ. Se ningħaqdu magħhom biex it-talba tagħhom issir tagħna wkoll.

Ara

Ħsieb Riflessiv

“Father, Father, Father, help us. Send some guidance from above ‘Cause people got me, got me questioning’ Where is the love?” Din kienet it-talba tagħna dalgħodu.
Permezz tal-azzjonijiet tagħna lejn u għall-oħrajn l-imħabba tgħaddi bħala rigal minn ġenerazzjoni għal oħra. L-imħabba ma tħarisx lejn l-ebda razza, sess, status soċjali, twemmin politiku u/jew reliġjuż.
Xi drabi mingħajr ma naħsbu, nippjanaw jew nagħmlu sforz insibu lilna nfusna nużaw il-kapaċitajiet naturali tagħna biex naqsmu l-imħabba ta’ Alla mal-oħrajn, bħal meta nuru qalb twajba ma’ xi ħadd, nisimgħu lil xi ħabib, nagħmlu sagrifiċċju għal tad-dar u
nirrispettaw id-dinjità ta’ xulxin. Darba l-Imħabba għażlet maxtura u anke f’dan il-Milied tas-sena 2020 qed terġa’ tagħżel maxtura – il-maxtura ta’ qalbna.

Talba

Missier Alla, int li ħabbjet lid-dinja tant, nitolbuk tagħtina l-għerf u l-kuraġġ biex matul dan il-Milied u dejjem, inxerrdu l-imħabba tiegħek ma’ kulħadd permezz ta’ dak kolllu li naħsbu, ngħidu u nagħmlu. Ammen.

Idea Addizzjonali

Skont il-komunità tal-iskola tiegħek tista’ tispiċċa din l-assembly permezz ta’ dan il-vidjow.

« Back to Year Theme« Back to Year Theme