English

Merħba

Il-kap, l-assistenti kapijiet jew l-edukatur li qed imexxi l-assembly jindirizza lill-istudenti b’mod pożittiv billi jawgura l-għodwa t-tajba lil kulħadd. Tista’ tibda l-assembly bir-radd tas-salib: “Fl-isem tal-Missier, u tal-Iben, u tal-Ispirtu s-Santu. Ammen.”

Introduzzjoni

Din il-ġimgħa ser niċċelebraw ir-rispett lejn il-ħajja tal-annimali u n-natura selvaġġa. Ejjew naraw din id-diska flimkien.

Ara

Ħsieb Riflessiv

Dawn l-annimali ma humiex bħal dawk li jgħixu fid-dar magħna. Dawn l-annimali jgħixu f’postijiet speċjali bħall-foresti, l-oċeani u l-ġungli. Aħna rridu nipproteġu lilhom u l-postijiet fejn jgħixu.

Talba

O Alla, għinna nieħdu ħsieb il-ħajja ta’ dawn l-annimali selvaġġi u l-postijiet fejn jgħixu. Ammen.

Merħba

Il-kap, l-assistenti kapijiet jew l-edukatur li qed imexxi l-assembly jindirizza lill-istudenti b’mod pożittiv billi jawgura l-għodwa t-tajba lil kulħadd. Tista’ tibda l-assembly bir-radd tas-salib: “Fl-isem tal-Missier, u tal-Iben, u tal-Ispirtu s-Santu. Ammen.”

Introduzzjoni

Fit-3 ta’ Marzu ser niċċelebraw il-Jum Dinji tal-Ħajja tal-annimali u n-natura selvaġġa. Ejjew naraw, nisimgħu u nirriflettu fuq il-messaġġ ta’ dan il-filmat:

Ara

Ħsieb Riflessiv

Din is-sena, l-Organizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti qed titlobna naħsbu dwar il-foresti u l-ħlejjaq li jgħixu fihom. Il-foresti huma d-djar ta’ miljuni ta’ nies u annimali. Il-foresti jipprovdulna ikel, ilma bnin u ingredjenti li bihom nagħmlu ħafna mediċini.

Talba

O Alla, nirringrazzjawk tal-ħlejjaq kollha. Jekk jogħġbok, għinna biex nipproteġu u nħarsu l-foresti, il-ħlejjaq u l-komunitajiet kollha li jgħixu hemm billi nagħmlu għażliet tajba u responsabbli.
Ammen.

Merħba

Il-kap, l-assistenti kapijiet jew l-edukatur li qed imexxi l-assembly jindirizza lill-istudenti b’mod pożittiv billi jawgura l-għodwa t-tajba lil kulħadd. Tista’ tibda l-assembly bir-radd tas-salib: “Fl-isem tal-Missier, u tal-Iben, u tal-Ispirtu s-Santu. Ammen.”

Introduzzjoni

Fit-3 ta’ Marzu ser niċċelebraw il-Jum Dinji tal-Ħajja tal-annimali u n-natura selvaġġa. Il-pjaneta hija darna u naqsmuha ma’ ħafna pjanti u annimali differenti. Ejjew naraw, nisimgħu u nirriflettu fuq il-messaġġ ta’ dan il-filmat.

Ara

Ħsieb Riflessiv

Din is-sena, l-Oganizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti qed titlobna naħsbu dwar il-foresti u l-ħlejjaq li jgħixu fihom. Il-foresti huma d-djar ta’ miljuni ta’ nies u annimali. Il-foresti jipprovdulna ikel, ilma bnin u ingredjenti li bihom nagħmlu ħafna mediċini. In-natura għandha l-ħtiġijiet tagħha wkoll. Nistgħu niċċelebraw ir-rispett lejn il-ħlejjaq selvaġġi permezz tal-għażliet li nagħmlu bħall-konservazzjoni tal-pjanti selvaġġi, l-annimali u l-ekosistemi ta’ madwarna.

Talba

O Alla, nirringrazzjawk li qed taqsam magħna l-kobor tan-natura u l-ħolqien tiegħek. Nitolbuk tagħtina l-għerf u r-rispett lejn kull forma ta’ ħajja. Jekk jogħġbok, għinna nipproteġu u nsostnu l-foresti u l-ispeċi u l-komunitajiet kollha li jgħixu hemm billi nagħmlu għażliet responsabbli. Ammen.

« Back to Year Theme« Back to Year Theme