English

« PREVIOUS YEAR THEMES

Merħba għal Flimkien 2025-26.
Din is-sena tistedinna nikbru fil-milja tal-ħajja – fil-ġisem, fil-moħħ, fil-qalb u fir-ruħ. Imsejsa fl-imħabba t’Alla, nimxu flimkien bħala komunità waħda, nieħdu ħsieb tagħna nfusna, ta’ xulxin u tad-dar komuni tagħna.

Aħna ferħanin li inti hawn. Ingħaqad magħna f’din il-mixja ta’ mħabba u l-milja tal-ħajja.

L-Iżvilupp Spiritwali fl-Iskejjel, flimkien mas-Segretarjat għall-Edukazzjoni Kattolika, se jkomplu jappoġġjaw lill-edukaturi li jixtiequ l-aħjar għall-istudenti tagħhom billi jagħtu sehemhom fil-bini ta’ komunità, billi jibdew mill-verità li Alla jħobb lil kull persuna u ħalaqna biex ikun hemm relazzjoni miegħu u bejnietna. Meta nagħrfu li aħna tassew maħbubin minn Alla, insiru aktar ħielsa biex inħobbu lill-oħrajn u naraw lil kull persuna bħala don.

Għalhekk, l-iskola għandha ssir komunità fejn kulħadd isib postu, fejn kulħadd hu mismugħ u fejn kuħadd jagħti sehmu. Din is-sejħa tista’ tiżviluppa permezz ta’ ħames movimenti: inkunu flimkien, nipparteċipaw flimkien, naqdu flimkien, niċċelebraw flimkien u nikbru flimkien. Permezz tal-preżenza, is-smigħ, ir-rispett, it-talb, il-maħfra u l-ħarsien tal-ħolqien, negħlbu l-esklużjoni u l-egoiżmu. Ġesù jimxi magħna, jgħaqqadna u jgħinna nibnu komunitajiet ta’ paċi u akkoljenza, fejn kulħadd jikber bħala familja waħda b’imħabba.

Alla ħalaqna biex nibnu relazzjonijiet. Sa mill-ewwel mumenti tal-ħajja, niddependu fuq l-oħrajn biex ngħixu, nikbru u nifhmu min aħna. Il-familji tagħna, l-iskejjel, il-ħbiberiji, il-knejjes, l-inħawi fejn ngħixu u l-ħolqien kollu, huma postijiet fejn nitgħallmu ngħixu flimkien.

Li nkunu flimkien ifisser aktar milli sempliċement inkunu fl-istess post flimkien. Ifisser li nagħrfu li kull persuna għandha post, vuċi u xi ħaġa ta’ valur x’toffri. Ifisser li nilqgħu d-differenzi ta’ xulxin, nieħdu ħsieb xulxin u naħdmu għall-ġid komuni. Fil-qalba ta’ dan il-vjaġġ hemm ir-relazzjoni tagħna ma’ Alla, li jħobbna u jiġborna flimkien bħala poplu wieħed.

L-identità tagħna tibda minn verità sempliċi: aħna maħbubin minn Alla.

“Intom il-magħżulin ta’ Alla, qaddisin u maħbubin.” (Kolossin 3:12)

Meta nagħrfu l-imħabba ta’ Alla, insiru aktar ħielsa biex inħobbu lill-oħrajn. Nibdew naraw lil kull persuna bħala don aktar milli bħala piż. Meta nitolbu, inkunu qegħdin inwieġbu lil Alla, li diġà sejħilna. Anke x-xewqa tagħna li nitolbu hija sinjal tal-istedina tiegħu.

L-edukazzjoni tieħu ħsieb lill-persuna kollha: il-moħħ, il-qalb, il-kuxjenza, ir-relazzjonijiet, il-libertà, ir-responsabbiltà u l-ftuħ lejn Alla. L-iskola hija aktar minn post fejn niksbu l-għarfien u niksbu r-riżultati. Hija komunità fejn nitgħallmu nikbru fir-relazzjonijiet tagħna magħna nfusna, mal-oħrajn, mal-ħolqien u ma’ Alla. Relazzjonijiet b’saħħithom jgħinu wkoll il-benesseri ta’ kull persuna u tal-komunità kollha.

It-tema ta’ Flimkien tiżviluppa permezz ta’ dawn il-ħames movimenti.

Inkunu Flimkien

Il-persuna tikber meta tħossha milqugħa, mismugħa u maħbuba. L-iskola għandha tkun komunità fejn kulħadd iħoss li għandu postu. Dan jitlob preżenza ġenwina u attenzjoni lejn dawk li jħossuhom waħedhom, mhux mismugħa jew esklużi.

Nipparteċipaw Flimkien

Kull persuna għandha vuċi u xi ħaġa x’tikkontribwixxi. Il-parteċipazzjoni tfisser li nisimgħu qabel nitkellmu, naqsmu l-ideat tagħna b’rispett u nagħmlu spazju għall-oħrajn. San Pawl iqabbel komunità ma’ ġisem ħaj. Kull membru għandu skop u għandu bżonn lill-membri l-oħra. Ħadd m’għandu jitqies bħala aħjar jew inqas minn ħaddieħor.

Naqdu Flimkien

Ġesù jgħallimna li l-imħabba ssir viżibbli permezz tal-qadi. Komunità tikber meta nagħrfu l-bżonnijiet tal-oħrajn u nwieġbu għalihom. Aħna msejħin noffru l-ħin, id-doni u r-riżorsi tagħna għall-ġid tan-nies u tal-ħolqien. Il-progress għandu jitkejjel mid-dinjità li tingħata lil kull persuna u mill-ġid li nibnu flimkien.

Niċċelebraw Flimkien

Komunità b’saħħitha tagħraf u tiċċelebra t-tjubija, l-isforzi u l-kontribut ta’ kull persuna. Bħala komunità Nisranija, niċċelebraw il-preżenza ta’ Alla fostna. Niltaqgħu fit-talb, nisimgħu l-Kelma tiegħu u nirringrazzjawh għall-ħajja, għan-nies ta’ madwarna u għall-ħolqien.

Nikbru Flimkien

L-egoiżmu, l-esklużjoni, il-bullying, il-kliem li jweġġa’, l-indifferenza, il-kompetizzjoni mhux sana u l-użu ħażin tat-teknoloġija jifirduna. Il-bidla tibda meta nagħrfu l-iżbalji tagħna, nitolbu maħfra u nagħżlu triq aħjar. Il-paċenzja, it-tjubija, l-umiltà, il-ħlewwa, il-maħfra, l-imħabba u l-gratitudni joħolqu relazzjonijiet li jfejqu u jagħmlu spazju għal kulħadd. It-tim tal-SDS qed jaħdem ma’ timijiet oħra fi ħdan il-Knisja Kattolika f’Malta li jaqdu lit-tfal u liż-żgħażagħ biex il-bidla tkun aktar effettiva. Dawn huma s-Segretarjat għall-Edukazzjoni Kattolika, il-Katekeżi Tul il-Ħajja, il-Kummissjoni Djoċesana Tfal, l-MCYN u l-Għaqda Nazzjonali tal-Abbatini Maltin.

Din is-sena, irridu ngħinu lill-iskejjel isiru aktar komunitajiet fejn ħadd ma jitħalla barra, kull persuna tinstema’ u kulħadd jieħu sehem. Dawn il-ħames movimenti jgħinuna nibnu kultura ta’ preżenza, smigħ, rispett, qadi, talb u bidla. Ġesù jimxi magħna, jgħaqqadna u jgħinna nsiru komunità li tilqa’, titgħallem, taqdi u tibni l-paċi. Fih insibu l-qawwa biex inħobbu u nikbru flimkien bħala familja waħda.

L-ippjanar flimkien mat-tmexxija tal-iskola u mat-tim tal-pastorali huwa essenzjali. Iktar ma nippjanaw minn kmieni, iktar nuru li l-iżvilupp pastorali u spiritwali huma vitali fil-ħajja tal-iskola. X’hemm bżonn li nippjanaw?

Riżorsi li jgħinuk tippjana

Dal-file huwa skema li tinkludi ideat u temi għal kull ġimgħa tas-sena skolastika:

SDS toffri numru ta’ programmi u servizzi biex jgħinu lill-komunità tal-iskola tikber fl-imħabba t’Alla. Esplora permezz tal-brochure li ssib iktar ‘l isfel u li ser tirċievi l-iskola bil-posta. Aħna ninkoraġġuk biex flimkien mar-religious counselllors / direttur spiritwali, tirrifletti fuq il-bżonnijiet tal-iskola, u tippjana l-attivitajiet spiritwali. Jekk ikun hemm bżonn tal-kontribut tal-SDS, imla l-formola li titlob servizz sabiex aħna norganizzaw il-kalendajru u naqduk. Ikkuntattjana jekk tixtieq titkellem magħna.

SDS-Brochure25-26

Dawn l-ispazji ta’ talb huma relatati tat-tema tas-sena

Olympic Rings

This prayer space, inspired by the interlocking rings of the Olympic Games, invites one to pray for oneself and those around.

One Vine

Inspired by the biblical passage of the unity between the vine and the branches ( Jn 15: 5-19) this prayer space inspires one to appreciate and pray for unity specifically amongst Christians of different denominations.

Flame of Faith

Throughout this prayer space one is encouraged to reflect on empathy through flames of an oil lamp.

Praying with Nature

Praying with Nature

In this prayer activity, one prays in nature while reflecting on memories and using technology to gain further knowledge.

Heart Strings

In this prayer space one is invited to express positive attitudes towards people who are different.

Beatitudes: Peace

In this prayer space one thinks about situations of conflict and then prays on bringing peace and reconciliation.

Forgiveness Stones

In this prayer space one reflects on the good feeling of letting go and forgiving someone who caused pain.

Glass of Water

Bus Blessings

During this prayer activity, the participant can appreciate the relationships with their families and friends and be grateful to God and for them.

Building Blocks

In this prayer space one is asked to relfect on one’s daily actions and how such actions are helping to build a better world.

Qari Adattat għat-tfal fl-Ewwel Ġimgħa tax-xahar.

Ħafna mill-iskejjel jiċċelebraw il-quddiesa fl-ewwel Ġimgħa tax-xahar. Ikklikja fuq il-buttuna tad-download biex tniżżel id-dokument li fih il-qari adattat tal-ewwel Ġimgħa tax-xahar għax-xhur ta’ bejn Ottubru 2026 u Ġunju 2027 bil-Malti.

Ikklikja fuq l-isem tax-xahar biex tniżżel il-PowerPoint presentation tal-Qari adattat bil-Malti.

OttubruApril
NovembruFrarMejju
DiċembruMarzuĠunju

Ideas for Better Participation during Holy Mass

Helpful resources and ideas to celebrate the Eucharistic celebration in a more engaging and participative way.

Ħallu t-Tfal Jiġu Għandi

F’dil-paġna diversi temi għaċ-ċelebrazzjoni tal-Quddiesa. Kull tema għandha qari relatat u diversi minnhom huma fi stil djalogat. Ibda għalhekk mill-bżonnijiet tal-komunità u għażel it-tema li tixtieq tippreżenta.

Sejjaħtilkom Ħbieb

Dawn ir-riżorsi huma maħluqa biex jkunu ta’ għajnuna għat-tfal biex jifmu u għalhekk jieħdu sehem aħjar fil-quddiesa. Hu importanti ħafna li t-tfal jifhmu dak li qegħdin jagħmlu – jagħrfu li bis-sehem tagħhom fil-quddiesa jkunu qegħdin ifaħħru ‘l Alla.

Il-Kontribuzzjoni tiegħek hija wisq apprezzat

Jekk għandek riżorsi relatati mat-tema FLIMKIEN u tixtieq taqsamhom magħna u imla l-formola t’hawn taħt.

Matul ir-Randan, l-edukaturi huwa mistiedna għall-erba’ sessjonijiet ta’ Eżerċizzi Spiritwali ispirati mit-tema: Flimkien.

Dan is-sessjonijiet joffru spazju kalm ta’ talb, riflessjoni u dixxerniment, biex jgħinu lill-edukatuiri komplu jikbru fil-missjoni tagħhom ta’ kuljum megħjuna mit-Tagħlim Soċjali tal-Knisja.

Dati: 15 ta’ Frar, 23 ta’ Frar, 3 ta’ Marzu, 11 ta’ Marzu
Ħin: 8:00pm–9:00pm
Il-Postijiet fejn ser isiru s-sessjonijiet ser jitħabbru iktar ‘l quddiem.

Aktar dettalji jkunu ppublikati fix-xhur li ġejjin

It-tema għas-sena skolastika 2026–2027, Flimkien, tistieden lit-tfal jikbru fir-relazzjoni tagħhom ma’ Alla u ma’ xulxin. Permezz tal-Komunjoni, il-Parteċipazzjoni u l-Missjoni, l-istudenti jitgħallmu dwar kif jagħmlu parti mill-familja ta’ Alla, jikkontribwixxu għall-komunità tagħhom, u jesprimu l-imħabba ta’ Ġesù permezz ta’ kliemhom u għemilhom.

Din il-karta informattiva tintroduċi dawn it-tliet ideat b’lingwaġġ adattat għat-tfal, u tinkludi kalendarju ta’ animazzjoni ta’ stejjer, talb, servizz u attivitajiet djoċesani. Din l-infosheet li hija bil-Malti u bl-Ingliż, tgħaqqad it-tema fl-iskola ma’ opportunitajiet fil-parroċċi u fil-komunità usa’ tal-Knisja.

Ninkoraġġixxu lill-iskejjel jagħtu kopja lil kull student u jintroduċu fil-qosor il-kontenut tagħha matul lezzjoni jew sessjoni pastorali. Dil-kopja tgħin lill-istudenti jerġgħu jħarsu lejn it-tema, jiddiskutu l-attivitajiet mal-familji tagħhom, u jippjanaw il-parteċipazzjoni tagħhom. Jekk jogħġbok inkoraġġixxi lill-istudenti li ser jirċievu din l-infosheet biex jeħduha d-dar u jżommu l-kalendarju f’post fejn jidher sew.

Il-familji huma mistiedna jsegwu s-sit tal-Vikarjat għall-Koordinazzjoni Pastorali għal dettalji aġġornati dwar l-attivitajiet u informazzjoni dwar il-parteċipazzjoni.


Riżorsi

Inkunu Flimkien
Sessjoni dwar li Nibnu Relazzjonijiet Dejjiema u Komunjoni Vera

Nipparteċipaw Flimkien
Storja dwar il-Parteċipazzjoni, b'Mistoqsijiet għad-Diskussjoni.

Naqdu Flimkien
Ħidma Voluntarja: Ngħinu lill-istudenti biex jgħixu l-l-imħabba fl-azzjonijiet tagħhom permezz tas-servizz, volontarjat u s-sħubija.

Nikkomunikaw Flimkien
Serje ta' Riflessjonijiet fuq l-Etikett Diġitali

Nikbru Flimkien
Sessjoni dwar li Nikbru u Ninbidlu Flimkien f'Komunjoni, Parteċipazzjoni u Missjoni

Ħarsa lejn ir-Riżorsi

Il-mixja ta’ din is-sena tistieden lill-istudenti u lill-edukaturi jgħixu l-esperjenza ta’ li nkunu flimkien permezz tal-għażliet, ir-relazzjonijiet u l-azzjonijiet ta’ kuljum.

Nibdew billi nagħrfu l-valur tal-appartenenza. L-istudenti jirriflettu fuq dak li jgħin lil kull persuna tħossha milqugħa, rispettata, mismugħa u inkluża.

L-istudenti jesploraw kif kull persuna għandha xi ħaġa x’toffri. Jitgħallmu jisimgħu l-ilħna differenti, jaqsmu r-responsabbiltà u jieħdu sehem attiv fil-ħajja tal-komunità.

Li nkunu flimkien jieħu forma konkreta permezz tas-servizz. L-istudenti jirriflettu fuq kif il-ħin, il-kapaċitajiet u r-riżorsi tagħhom jgħinu lill-oħrajn, lill-komunità tal-iskola u lill-ħolqien.

L-istudenti jesploraw modi tajbin kif jikkomunikaw ma’ xulxin. Jipprattikaw is-smigħ, il-kliem bir-rispett, il-preżenza vera u l-komunikazzjoni wiċċ imb wiċċ meta jkun xieraq.

L-istudenti jirriflettu fuq il-bidliet meħtieġa fihom infushom u fir-relazzjonijiet tagħhom. Jaħsbu dwar il-maħfra, ir-rikonċiljazzjoni, il-paċi u l-għażliet li jgħinu lill-komunità tikber flimkien.

Permezz ta’ dawn il-movimenti, Flimkien jistieden lill-komunità tal-iskola timxi mill-appartenenza għall-parteċipazzjoni, mill-parteċipazzjoni għas-servizz, u mis-servizz lejn relazzjonijiet aktar b’saħħithom, ċelebrazzjoni u bidla pożittiva.


Programmi

Skopri iktar dwar il-Programmi

English