English

« PREVIOUS YEAR THEMES

Merħba għal Wholesome 2025-26.
Din is-sena tistedinna nikbru fil-milja tal-ħajja – fil-ġisem, fil-moħħ, fil-qalb u fir-ruħ. Imsejsa fl-imħabba t’Alla, nimxu flimkien bħala komunità waħda, nieħdu ħsieb tagħna nfusna, ta’ xulxin u tad-dar komuni tagħna.

Aħna ferħanin li inti hawn. Ingħaqad magħna f’din il-mixja ta’ mħabba u l-milja tal-ħajja.

L-iskejjel, il-familji u ż-żgħażagħ tagħna qed jgħixu fi żmien immarkat minn ħafna sfidi. Aħna mdawrin b’aħbarijiet ta’ gwerer u falliment wara l-ieħor biex tinbena l-paċi. Qed iqumu aktar mistoqsijiet dwar l-iżvilupp tal-intelliġenza artifiċjali. Ħafna familji qed jesperjenzaw tifrik u instabbiltà. Qed tinfirex aktar il-kultura ta’ pjaċir superfiċjali. Il-karba biex nieħdu ħsieb id-dar komuni tagħna, speċjalment fuq gżiritna, qed issir aktar qawwija. Dawn u realtajiet oħra jistgħu faċilment joħolqu sens ta’ aljenazzjoni fost il-poplu f’pajjiżna.

F’din ir-realtà, Ġesù jurina l-qawwa tal-fejqan: l-imħabba. Meta mistoqsi dwar l-akbar kmandament, Ġesù wieġeb: “L-ewwel wieħed huwa dan: Isma’ Iżrael; il-Mulej, Alla tagħna, Mulej wieħed hu, 30u int għandek tħobb lill-Mulej, Alla tiegħek, b’qalbek kollha, b’ruħek kollha, b’moħħok kollu, u bil-qawwa tiegħek kollha. 31U t-tieni hu dan: Ħobb lil għajrek bħalek innifsek. Ma hemmx kmandament ieħor akbar minn dawn.” (Mark 12:29–31).

Dan it-tagħlim insibuh wkoll fil-motto ta’ Papa Ljun XIV, In Illo uno unam – “Fil-Wieħed, aħna ħaġa waħda”. Kliemu u r-riflessjonijiet tiegħu jfakkruna li l-għaqda u l-komunjoni ma’ Alla u ma’ xulxin huma l-mixja lejn il-milja tal-ħajja.

It-tema Wholesome tistedinna għal din il-milja. Hija dwar il-milja u l-integrazzjoni — ġisem, moħħ, qalb u ruħ. Din tikkorrispondi mal-attenzjoni li dejjem tikber fl-edukazzjoni lejn il-benesseri ħolistiku, ir-reżiljenza u l-inklużjoni. Meta l-istudenti u l-edukaturi jkunu appoġġjati mhux biss akkademikament iżda wkoll emozzjonalment, soċjalment u spiritwalment, it-tagħlim isir aktar minn preparazzjoni għall-eżamijiet. Isir preparazzjoni għall-ħajja.

Li tkun wholesome ifisser li tgħix b’integrità u bilanċ. L-imħabba t’Alla, l-imħabba tal-proxxmu u l-imħabba lejk innifsek mhumiex toroq separati iżda vjaġġ wieħed. Bil-grazzja t’Alla, aktar ma l-bniedem isir sħiħ u ħaġa waħda miegħu, aktar ikun jista’ jħobb. Din hija profonda fil-missjoni tagħna fl-iskejjel u fil-komunitajiet din is-sena: li nimxu flimkien f’din il-mixja lejn il-milja, immexxijin mill-Imħabba.

L-ippjanar flimkien mat-tmexxija tal-iskola u mat-tim tal-pastorali huwa essenzjali. Iktar ma nippjanaw minn kmieni, iktar nuru li l-iżvilupp pastorali u spiritwali huma vitali fil-ħajja tal-iskola. X’hemm bżonn li nippjanaw?

Riżorsi li jgħinuk tippjana

Dal-file huwa skema li tinkludi ideat u temi għal kull ġimgħa tas-sena skolastika:

Il-Kontribut tiegħek huwa apprezzat ħafna

Jekk għandek xi riżorsi relatati mat-tema u tixtieq taqsamhom, jekk jogħġbok ikklikja l-buttuna hawn taħt.

SDS toffri numru ta’ programmi u servizzi biex jgħinu lill-komunità tal-iskola tikber fl-imħabba t’Alla. Esplora permezz tal-brochure li ssib iktar ‘l isfel u li ser tirċievi l-iskola bil-posta. Aħna ninkoraġġuk biex flimkien mar-religious counselllors / direttur spiritwali, tirrifletti fuq il-bżonnijiet tal-iskola, u tippjana l-attivitajiet spiritwali. Jekk ikun hemm bżonn tal-kontribut tal-SDS, imla l-formola li titlob servizz sabiex aħna norganizzaw il-kalendajru u naqduk. Ikkuntattjana jekk tixtieq titkellem magħna.

SDS-Brochure25-26

Dawn l-ispazji ta’ talb huma relatati tat-tema tas-sena

Be Merciful

In connection with the Pope Francis’ visit to the Malta, in this Prayer Space one is asked to think about acts of love he/she can carry out in his/her life, and to thank God for his mercy towards him/her.

Beatitudes: Hope

In this prayer space, one thinks about the worries in life and how God is there to help us.

Broken Deep Inside (Clay)

This prayer space lets one to reflect on one’s own fragilities and to think about the pressures and tensions one gives in to, and to allows time to entrust the pain to God.

Fight for Freedom

During this prayer space we will reflect about the Shoah and how we are still called today to fight against war and terror in the world

Hope Blossoms

In this prayer space one reflects on hope.

Hopes and Dreams

In this prayer space one reflects upon one’s hopes and dreams.

I Am A Seed

During this prayer space, one recognizes one’s talents and good characteristics and a way how he/she uses them to help others benefit from them.

Leaving an impression

In this prayer activity, one sits down and listens to a reflection in the Gospel of Luke about the impressions others leave on us and us on them.

Love is Greater than Fear

During this prayer space inspired by 1 John 4:18, one reflects on the fears, especially induced by sickness, and thinks how love is greater than them all.

Narnia: Hope

Through four scenarios from the narrative of The Chronicles of Narnia by C.S. Lewis, students are encouraged to reflect on hope, instances that make a better world, their identity and uniqueness, as well as to learn to be sorry for their wrong.

Refugee Backpack

During this prayer space one reflects on refugees – people who leave their countries for good due to varied reasons and what the real essentials in one’s life.

Rope of Hope

This prayer space gives time for one to reflect on the importance of prayer.

Bubbles of Wishes

This prayer space allows one to ask God for a dream or a wish to come true.

Think Good Thoughts

In this prayer space we are encouraged to change negative thoughts to positive ones so that we will feel more hopeful and strong especially in difficult situations.

Qari Adattat għat-tfal fl-Ewwel Ġimgħa tax-xahar.

Ħafna mill-iskejjel jiċċelebraw il-quddiesa fl-ewwel Ġimgħa tax-xahar. Ikklikja fuq il-buttuna tad-download biex tniżżel id-dokument li fih il-qari adattat tal-ewwel Ġimgħa tax-xahar għax-xhur ta’ bejn Ottubru 2024 u Ġunju 2025 bil-Malti.

Ikklikja fuq l-isem tax-xahar biex tniżżel il-PowerPoint presentation tal-Qari adattat bil-Malti.

OttubruJannarApril
NovembruFrarMejju
DiċembruMarzuĠunju

Ideas for Better Participation during Holy Mass

Helpful resources and ideas to celebrate the Eucharistic celebration in a more engaging and participative way.

Ħallu t-Tfal Jiġu Għandi

F’dil-paġna diversi temi għaċ-ċelebrazzjoni tal-Quddiesa. Kull tema għandha qari relatat u diversi minnhom huma fi stil djalogat. Ibda għalhekk mill-bżonnijiet tal-komunità u għażel it-tema li tixtieq tippreżenta.

Sejjaħtilkom Ħbieb

Dawn ir-riżorsi huma maħluqa biex jkunu ta’ għajnuna għat-tfal biex jifmu u għalhekk jieħdu sehem aħjar fil-quddiesa. Hu importanti ħafna li t-tfal jifhmu dak li qegħdin jagħmlu – jagħrfu li bis-sehem tagħhom fil-quddiesa jkunu qegħdin ifaħħru ‘l Alla.

Skopri dwar x’inhu u x’inhu pjanat fil-Ġublew tat-Tama li l-Knisja Kattolika ser tiċċelebra bejn l-2024 u l-2025 bħala festa ta’ ħniena u rikonċiljazzjoni fi Kristu permezz tas-sit: https://gublew.mt/. Fost l-oħrajn tinkludi din l-informazzjoni:

Il-Ġublew tat-Tama beda nhar l-24 ta’ Diċembru 2024 f’Ruma, u f’Malta fid-29 ta’ Diċembru 2024. Sib iktar informazzjoni dwar il-Ġublew tat-Tama fis-siti: www.laikos.org/g2025 u https://www.iubilaeum2025.va/en.html.


Luce – Il-maskot tal-Ġublew

Luce – Dawl, hija pellegrina liebsa ta’ vjaġġatura tipika: anorak safra biex tipproteġi lilha nnifisha. Il-boots mċappas bit-tajn huma xhieda tal-vjaġġ li diġà għaddiet minnu, b’salib missjunarju m’għonqha u l-bastun tal-pellegrin f’idha. Għajnejn Luce, huma kbar u jilmgħu hekk li jevokaw it-tama li titwieled fil-qalb ta’ kull pellegrin u jirriflettu x-xewqa għall-ispiritwalità u għar-rabta m’Alla. Ifakkruna fil-messaġġ universali ta’ paċi u fraternità. L-għażla ta’ mascot bħal Luce hija parti minn kuntest usa’ mmirat li jilħaq il-ġenerazzjonijiet il-ġodda u jippromwovi d-djalogu bejn l-interġenerazzjonijiet. Il-mascot ma tirrappreżentax biss il-Ġublew iżda sservi wkoll bħala simbolu ta’ merħba u komunjoni.


Dawn huma xi testi liturġiċi għal matul dal-Ġublew tat-Tama.

Għan:

Nistiednu lit-tfal u ż-żgħażagħ jesprimu b’mod ħieles u kreattiv dak li jiġihom f’moħħhom meta jaraw il-kelma Wholesome, mingħajr ma nagħtuhom definizzjonijiet jew tifsiriet relatati mal-aspett spiritwali.


Qabel l-Attività:

  1. Ipprintja l-logo ta’ Wholesome f’daqs kbir (preferibbilment A3) u waħħlu fiċ-ċentru ta’ notice board fil-klassi jew fil-kuritur.
  2. Ħejji materjal bħal:
    • karti vojta, bil-linji, bil-kulur,
    • għodod tal-kitba differenti (markaturi, crayons, lapsijiet),
    • bubbles jew forom ta’ sħab tal-ħsieb minn qabel biex jiktbu fuqhom.

Istruzzjonijiet għat-Tfal:

“Din il-kelma – Wholesome – tfakkrek f’xi ħaġa? X’jiġik f’moħħok meta tara din il-kelma? Tista’ tikteb kelma, frażi jew storja qasira, jew tagħmel tpinġija.”


Għajnuniet oħra għall-Għalliema:

  1. Enfasizza l-Interpretazzjoni Personali:
    • Tgħidx lit-tfal x’tifisser il-kelma jew x’għandhom jaħsbu.
    • Ħalli l-espressjoni tkun ħielsa u personali – jistgħu jassoċjaw il-kelma ma’ xi ħaġa, persuna, post, sentiment jew esperjenza.
  2. Ħeġġeġ Diversi Modi ta’ Espressjoni:
    • Bil-kitba: kelma, frażi jew poeżija qasira.
    • Bit-tpinġija: xena, simbolu jew immaġni astratta.
    • Bil-fomm: studenti li jsibuha diffiċli biex jiktbu jistgħu jgħidu l-ħsieb tagħhom lil għalliema jew sħabhom biex jinkiteb għalihom.
  3. Appoġġ għal Studenti bi Bżonnijiet ta’ Komunikazzjoni:
    • Oħloq għażliet viżivi (paġna b’ritratti jew stampi minn fejn jagħżlu).
    • Uża bidu ta’ frażijiet biex jgħinhom:
      • “Wholesome ifakkarni f’…”
      • “Meta nisma’ din il-kelma, niftakar…”
      • “Din il-kelma tħallini nħoss…”
  4. Uri Rispett lejn Kull Risposta:
    • Tibdiex tikkoreġi jew tikkritika risposti – l-għan hu li tkun espressjoni ħielsa u mhux ġudikata.
  5. Estensjoni (għal studenti akbar):
    • Tistgħu tistiednu lill-istudenti jiktbu l-ħsieb tagħhom mingħajr isem u wara jsiru “gallery walk” fejn l-oħrajn jaqraw is-sehem ta’ xulxin fis-skiet.

Wara l-Attività:

  • Aġġorna l-board b’kontribuzzjonijiet ġodda kull tant żmien.
  • Ħu ritratti tal-attività biex jintużaw fil-midja soċjali jew fil-newsletter ta’ SDS.
  • Il-ħsibijiet miġbura jistgħu jintużaw bħala ispirazzjoni għal attivitajiet oħra, diskussjonijiet jew spazji ta’ talb matul is-sena.


Ħarsa lejn is-Sessjonijiet

B’Qalbek Kollha: Mimlija u Mfawra

X’nifhmu b’qalb? X’jiġi f’moħħna? X’attitudnijiet? Permezz tal-istorja ta’ mara li kienet iġġorr vażett tal-alabastru (trasluċidu!), se nisimgħu kif l-imħabba hija rigal li tnixxi bl-abbundanza mill-qalb sinċiera li tkun meħlusa, maħfura u magħmula sħiħa. Agħfas >>hawn<< għas-sessjoni.

Kliem ewlieni: Imħabba, maħfra, sincerità.

B’Ruħek Kollha: Imdawla u Ffukata

X’nifhmu b’ruħ jew spirtu? Permezz tal-istorja ta’ Bartimew l-agħma se nisimgħu kif ir-ruħ għandha x’taqsam mal-identità tagħna – u kif viżjoni mċajpra tal-mod kif inħarsu lejna nfusna tista’ twassalna biex nistaqsu dwar l-iskop veru tal-ħajja li nafdaw u nsegwu. Agħfas >>hawn<< għas-sessjoni.

Kliem ewlieni: Identità, fiduċja, skop.

B’Moħħok Kollu: Maqbud u Mġedded

X’naħsbu meta nisimgħu l-kelma “moħħ” u l-kapaċitajiet tiegħu? Permezz tal-istorja tal-Miraklu tal-Qabda tal-Ħut, se nisimgħu kif minkejja l-potenzjal tiegħu, il-moħħ jista’ jinqabad f’mumenti ta’ tmaqdir u ta’ nuqqas ta’ stima – imma dawn il-mumenti jistgħu wkoll iwassluna biex niltaqgħu ma’ raġuni ġdida ta’ tama u ta’ saħħa! Agħfas >>hawn<< għas-sessjoni.

Kliem ewlieni: Inkontru, raġuni, potenzjal.

Bil-Qawwa Tiegħek Kollha: Milmuħ u Misjub

X’jiġi f’moħħok meta tisma’ l-kelma “saħħa”? Hija biss il-muskoli? Permezz tal-istorja ta’ Żakkew, se nisimgħu dwar is-saħħa fiżika u l-limiti tal-ġisem — realtà li ma nistgħux naħbu, imma meta l-isforzi tagħna jidhru bl-għajnejn tal-kompassjoni, jitwieldu opportunitajiet ġodda ta’ bidla u ta’ saħħa vera. Agħfas >>hawn<< għas-sessjoni.

Kliem ewlieni: Sforz, kompassjoni, bidla

Sessjonijiet

Sessjonijiet ta’ 20 minuta ppreparati għall-istudenti


Programmi

Skopri iktar dwar il-Programmi



English