English

Merħba

Il-kap, l-assistenti kapijiet jew l-edukatur li qed imexxi l-assembly jindirizza lill-istudenti b’mod pożittiv billi jawgura l-għodwa t-tajba lil kulħadd. Tista’ tibda l-assembly bir-radd tas-salib: “Fl-isem tal-Missier, u tal-Iben, u tal-Ispirtu s-Santu. Ammen.”

Introduzzjoni

Tfal, kif tafu, ftit tal-ġranet ilu għadna kif sellimna (għedna bye) lis-sena 2020 u sellimna (għedna ħelow) lil din is-sena l-ġdida, l-2021. Iż-żmien jgħaddi u jħallilna ħafna memorji. Kemm tkun ħaġa sabiħa li jkollna memorji sbieħ x’ngħidu lil xulxin meta din is-sena li għadna kif bdejna tasal biex tispiċċa wkoll! Din id-diska li ser nisimgħu issa se turina modi ta’ kif nistgħu nagħmlu memorji speċjali flimkien matul din is-sena li għadna kif bdejna.

Ara

Ħsieb Riflessiv

Jista’ jkollna memorji sbieħ flimkien matul is sena 2021 biss jekk aħna nħobbu u nirrispettaw lil xulxin bla ma nagħmlu ebda differenzi bejnietna. Uħud minna, għaliex twieldu hawn Malta, in-nazzjonalità tagħhom hija Maltija. Oħrajn, għaliex twieldu l-Italja, in-nazzjonalità tagħhom hija Taljana. (semmi eżempji ta’ nazzjonalitajiet li huma preżenti fl-iskola tiegħek.)
Matul din il-ġimgħa għamilna l-festa tat-3 slaten li kienu ġejjin min-nazzjonalitajiet differenti u li damu ħafna jivvjaġġaw sa ma waslu għand Marija u Ġużeppi biex jaraw lil Ġesù. Marija u Ġużeppi laqgħuhom u bħalhom aħna għandna nilqgħu u nittrattaw lin-nies ta’ kull nazzjonalità b’rispett. Min-naħa l-oħra, bħal dawn is-salten, aħna rridu wkoll nirrispettaw lil dawk li jilqgħuna fid-dar jew fil-pajjiż tagħhom.

Talba

O Alla nirringrazzjawk għal dawn ir-rigali li tajtna; grazzi ta’ ġurnata ġdida u sena ġdida li qatt ma għexna waħda bħalha qabel. Nitolbuk tgħinna niftħu qalbna għal xulxin u niftakru li aħna familja waħda kbira. Għinna sabiex f’dak kollu li ngħidu, naħsbu u nagħmlu fil-ħajja tagħna ta’ kuljum, nuru rispett lejn il-popli ta’ kull nazzjon.

Merħba

Il-kap, l-assistenti kapijiet jew l-edukatur li qed imexxi l-assembly jindirizza lill-istudenti b’mod pożittiv billi jawgura l-għodwa t-tajba lil kulħadd. Tista’ tibda l-assembly bir-radd tas-salib: “Fl-isem tal-Missier, u tal-Iben, u tal-Ispirtu s-Santu. Ammen.”

Introduzzjoni

Kif tafu, ftit tal-ġranet ilu għadna kif sellimna (għedna bye) lis-sena 2020 u sellimna (għedna ħelow) lil din is-sena l-ġdida, l-2021. Iż-żmien jgħaddi u jħallilna ħafna memorji. Kemm tkun ħaġa sabiħa li jkollna memorji sbieħ x’ngħidu lil xulxin meta din is-sena li għadna kif bdejna tasal biex tispiċċa wkoll! Dan il-filmat li ser nisimgħu issa se jurina modi ta’ kif nistgħu nagħmlu memorji speċjali flimkien matul din is-sena li għadna kif bdejna.

Ara

Agħmel stedina lit-tfal biex jieqfu għal ftit sekondi biex jaħsbu fuq dak li raw.

Ħsieb Riflessiv

Li naraw il-popli tad-dinja kollha – in-nazzjonijiet kollha magħqudin u jgħinu lil xulxin tkun memorja tassew speċjali u sabiħa! X’dinja isbaħ u aħjar ikollna, x’pajjiż isbaħ u aħjar ikollna u xi skola isbaħ u aħjar ikollna li kieku l-Maltin, it-Taljani, ir-Russi kollha… (semmi eżempji ta’ nazzjonalitajiet li huma preżenti fl-iskola tagħkom) jittrattaw lil xulxin b’rispett. Sabiex din il-ħolma ssir realtà kollha rridu nippruvaw nagħmlu l-biċċa
tagħna u nuru rispett lejn il-bnedmin tan-nazzjonijiet kollha. Din il-ġimgħa l-Insara ċċelebraw il-festa tat-3 Slaten Maġi li vvjaġġaw ħafna biex il-ħolma tagħhom li jaraw lil Ġesù saret realtà. Marija u Ġużeppi laqgħuhom avolja dawn kienu ġejjin minn nazzjonijiet differenti. Bħal Marija u Ġużeppi, aħna mistiedna nilqgħu u nittrattaw lil kulħadd b’rispett. Madanakollu, ir-rispett irid jiġi miż-żewġ naħat u għalhekk bħal dawn it-3 slaten maġi aħna wkoll mistiedna nirrispettaw lil dawk li jilqgħuna f’pajjiżhom u f’ħajjithom. B’dan il-mod biss nistgħu nagħmlu memorji sbieħ flimkien.

Talba

O Alla, nirringrazzjawk għal dawn ir-rigali li tajtna; grazzi ta’ ġurnata ġdida u sena ġdida li qatt ma għexna waħda bħalha qabel. Nitolbuk tgħinna niftħu qalbna għal xulxin u niftakru li aħna familja waħda kbira. Għinna biex ma niġġudikawx u ma nwarrbu lil ħadd biex inkunu nistgħu tassew nikbru fir-rispett lejn il-popli tan-nazzjoniet kollha. Ammen.

Merħba

Il-kap, l-assistenti kapijiet jew l-edukatur li qed imexxi l-assembly jindirizza lill-istudenti b’mod pożittiv billi jawgura l-għodwa t-tajba lil kulħadd. Tista’ tibda l-assembly bir-radd tas-salib: “Fl-isem tal-Missier, u tal-Iben, u tal-Ispirtu s-Santu. Ammen.”

Introduzzjoni

Kif tafu ftit tal-ġranet ilu għadna kif sellimna (għidna bye) lis-sena 2020 u sellimna (għidna ħelow) lil din is-sena l-ġdida, l-2021. Is-soltu fil-bidu ta’ kull sena naqsmu ma’ xulxin x-xewqat u l-ħolm tagħna. Jien ser nistedinkom biex nisimgħu flimkien il-ħolm u x-xewqat ta’ dawn it-tfal u ż-żagħżagħ.

Ara

Agħmel stedina lit-tfal biex jieqfu għal ftit sekondi biex jaħsbu fuq dak li raw.

Ħsieb Riflessiv

Dalgħodu qed nistiednek biex bħali tagħmel dawn il-ħolm u x-xewqat bħala l-ħolm u x-xewqat tiegħek ukoll. Iżda biex dan iseħħ irridu nagħtu sehemna lkoll kemm aħna. Kemm hu sew li kieku fil-bidu ta’ din is-sena, flimkien nieħdu riżoluzzjoni biex matul din is-sena nagħmlu dak kollu li nistgħu biex nafdaw iktar lil xulxin konvinti li kulħadd ser jittratta lil xulxin b’rispett. Din il-ġimgħa lIinsara ċċelebraw il-festa tat-3 rejiet li v vjaġġaw ħafna biex il-ħolma tagħhom li jaraw lil Ġesù saret realtà.
It-tradizzjoni tgħidilna li Marija u Ġużeppi laqgħuhom ankè jekk dawn it- 3 slaten kienu ġejjin minn nazzjonijiet differenti. Bl-istess mod, aħna msejħin biex nilqgħu u nitrattaw lill-bnedmin tan-nazjonijiet kollha b’rispett. Madanakollu, t-tradizzjoni tgħidilna wkoll li dawn it-3 slaten urew rispett li Marija u lil Ġużeppi. Aħna wkoll jeħtieġ li nuru rispett lejn dawk kollha li jilqgħuna b’dinjità f’pajjiżhom u f’ħajjithom. Ir-rejiet ħadu magħhom ir-rigali bħala sinjal ta’ gratitudni talli laqgħuhom. Aħna wkoll nistgħu naqsmu t-talenti tagħna biex b’hekk il-ħolma kbira fejn in-nazzjonijiet kollha jkunu magħqudin fl-imħabba ssir realtà.

Talba

O Alla, nirringrazzjawk għal dawn ir-rigali li tajtna; grazzi ta’ ġurnata ġdida u sena ġdida li qatt ma għexna waħda bħalha qabel. Nitolbuk tgħinna niftħu qalbna għal xulxin u niftakru li aħna familja waħda kbira. Għinna biex ma niġġudikawx u ma nwarrbu lil ħadd biex inkunu nistgħu tassew ngħixu f’dinja mibnija fuq ir-rispett reċiproku bejn in-nazzjonijiet kollha.

Merħba

Il-kap, l-assistenti kapijiet jew l-edukatur li qed imexxi l-assembly jindirizza lill-istudenti b’mod pożittiv billi jawgura l-għodwa t-tajba lil kulħadd. Tista’ tibda l-assembly bir-radd tas-salib: “Fl-isem tal-Missier, u tal-Iben, u tal-Ispirtu s-Santu. Ammen.”

Introduzzjoni

Kif tafu ftit tal-ġranet ilu għadna kif sellimna (għidna bye) lis-sena 2020 u sellimna (għidna ħelow) lil din is-sena l-ġdida, l-2021. Is-soltu fil-bidu ta’ kull sena naqsmu ma’ xulxin x-xewqat u l-ħolm tagħna. Jien ser nistedinkom biex nisimgħu flimkien il-ħolm u x-xewqat ta’ dawn it-tfal u ż-żagħżagħ.

Ara

Agħmel stedina lit-tfal biex jieqfu għal ftit sekondi biex jaħsbu fuq dak li raw.

Ħsieb Riflessiv

Dalgħodu qed nistiednek biex bħali tagħmel dawn il-ħolm u x-xewqat bħala l-ħolm u x-xewqat tiegħek ukoll. Iżda biex dan iseħħ irridu nagħtu sehemna lkoll kemm aħna. Kemm hu sew li kieku fil-bidu ta’ din is-sena, flimkien nieħdu riżoluzzjoni biex matul din is-sena nagħmlu dak kollu li nistgħu biex nafdaw iktar lil xulxin konvinti li kulħadd ser jittratta lil xulxin b’rispett. Din il-ġimgħa lIinsara ċċelebraw il-festa tat-3 rejiet li v vjaġġaw ħafna biex il-ħolma tagħhom li jaraw lil Ġesù saret realtà.
It- tradizzjoni tgħidilna li Marija u Ġużeppi laqgħuhom ankè jekk dawn it- 3 slaten kienu ġejjin minn nazzjonijiet differenti. Bl-istess mod, aħna msejħin biex nilqgħu u nitrattaw lill-bnedmin tan-nazjonijiet kollha b’rispett. Madanakollu, t-tradizzjoni tgħidilna wkoll li dawn it-3 slaten urew rispett li Marija u lil Ġużeppi. Aħna wkoll jeħtieġ li nuru rispett lejn dawk kollha li jilqgħuna b’dinjità f’pajjiżhom u f’ħajjithom. Ir-rejiet ħadu magħhom ir-rigali bħala sinjal ta’ gratitudni talli laqgħuhom. Aħna wkoll nistgħu naqsmu t-talenti tagħna biex b’hekk il-ħolma kbira fejn in-nazzjonijiet kollha jkunu magħqudin fl-imħabba ssir realtà.

Talba

O Alla, nirringrazzjawk għal dawn ir-rigali li tajtna; grazzi ta’ ġurnata ġdida u sena ġdida li qatt ma għexna waħda bħalha qabel. Nitolbuk tgħinna niftħu qalbna għal xulxin u niftakru li aħna familja waħda kbira. Għinna biex ma niġġudikawx u ma nwarrbu lil ħadd biex inkunu nistgħu tassew ngħixu f’dinja mibnija fuq ir-rispett reċiproku bejn in-nazzjonijiet kollha.

English

« Back to Year Theme« Back to Year Theme