English

Merħba

Il-kap, l-assistenti kapijiet jew l-edukatur li qed imexxi l-assembly jindirizza lill-istudenti b’mod pożittiv billi jawgura l-għodwa t-tajba lil kulħadd. Tista’ tibda l-assembly bir-radd tas-salib: “Fl-isem tal-Missier, u tal-Iben, u tal-Ispirtu s-Santu. Ammen.”

Introduzzjoni

Din il-ġimgħa ser nitkellmu fuq is-sigurtà fit-triq. Noqgħodu attenti biex ħadd ma jweġgħa. B’hekk nirispettaw lilna nfusna u lill-oħrajn. Ejja nkantaw flimkien din id-diska li tagħllimna iżjed kif nġibu ruħna fit-triq.

Ara

Ħsieb Riflessiv

Li naqsmu meta d-dawl jkun aħdar huwa mod sempliċi ta’ kif nuru rispett fit-triq, u kulħadd: sewwieqa, passiġġiera u oħrajn jkun sikur. Li nkunu attenti fit-triq jfisser ħajjiet itwal u aktar ferħana għal kulħadd.

Talba

Għażiż Ġesù, għin lill-passiġiera u s-sewwieqa kollha fit-toroq, biex joqgħodu attenti u nieħdu ħsieb xulxin. Ammen

Merħba

Il-kap, l-assistenti kapijiet jew l-edukatur li qed imexxi l-assembly jindirizza lill-istudenti b’mod pożittiv billi jawgura l-għodwa t-tajba lil kulħadd. Tista’ tibda l-assembly bir-radd tas-salib: “Fl-isem tal-Missier, u tal-Iben, u tal-Ispirtu s-Santu. Ammen.”

Introduzzjoni

Din il-ġimgħa hija dedikata għas-sigurtà fit-triq. Ġimgħa fejn nitfgħu l-attenzjoni tagħna fuq l-importanza tas-sigurtà u rispett fit-toroq.

Ara

Ħsieb Riflessiv

F’ dan il-filmat rajna diversi punti fuq kif nistgħu nkunu iktar sikuri fit-triq. Dawn il-punti jgħinuna nuru iżjed rispett fit-triq. Rispett li huwa importani kemm għalina kif ukoll għal ħaddieħor – sewwieqa, passiġġiera u dawk mexjin. Dawn l-affarijiet żgħar jistgħu jsalvaw ħajja.

Talba

Għażiż Alla, berikna bl-abilità li nuru dejjem rispett fit-toroq biex b’hekk nieħdu ħsieb ħajjitna u l-ħajja ta’ dawk madwarna. Ammen

Merħba

Il-kap, l-assistenti kapijiet jew l-edukatur li qed imexxi l-assembly jindirizza lill-istudenti b’mod pożittiv billi jawgura l-għodwa t-tajba lil kulħadd. Tista’ tibda l-assembly bir-radd tas-salib: “Fl-isem tal-Missier, u tal-Iben, u tal-Ispirtu s-Santu. Ammen.”

Introduzzjoni

Din il-ġimgħa hija ġimgħa iddedikata għas-sigurtà fit-toroq. Ġimgħa fejn fiha nżidu l- għarfien dwar l-importanza tas-sigurtà fit-triq. Nirriflettu ftit fuq l-imġieba tagħna u kif nistgħu ntejbuha biex nuru iżjed rispett, nevitaw aċċidenti u nsalvaw l-ħajjiet. Ejja naraw dal-filmat bil-kwiet.

Ara

Ħsieb Riflessiv

Azzjonijiet żgħar li jistgħu jsalvaw ħajjiet ta’ sewwieqa, passiġġieri u dawk mexjin fit-triq. Ħajjiet li huma importani u prezjużi. Azzjonijiet importani li jagħmluna ambaxxaturi ta’ siġurità fit-toroq kif ukoll tal-imħabba u r-rispett.

Talba

Għażiż Alla, għin lil dawk l-familji li tilfu lil xi ħadd għażiż f’ xi aċċident tat-traffiku u għin lil kull wieħed u waħda minna biex noqgħodu iżjed attenti u nuru iżjed rispett fit-toroq. Ammen

« Back to Year Theme« Back to Year Theme