Ħajti Prezzjuża

English

The National Literacy Agency, in collaboration with Spiritual Development in Schools, is organising sessions of storytelling, creative writing and reflection in a programme entitled ‘With Reading and Writing I find a Beloved Space’ for children aged 8 to 10 years.

These sessions of animated reading in Maltese and English from the newly published book ‘Spazju għal Qalbi – Beloved Space’ by author Silvana Cardona will take place in various localities in Malta and Gozo.

These sessions are an excellent opportunity for children to train in reading and creative writing through imaginative and reflective activities which help children to connect with their inner self, express their innermost feelings and pray creatively.

Throughout the programme, children will be provided with resources in Maltese and English to help them express themselves.

About the Book

Il-ktieb ‘ĦAJTI PREZZJUŻA’ huwa miktub minn Silvana Cardona. Il-ktieb huwa riżultat ta’ kollaborazzjoni bejn l-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu u Żvilupp Spiritwali fl-iskejjel u ppublikat minn BDL Publishing 

Il-ktieb jikkonsisti fi stejjer qosra, kull waħda madwar 500 kelma, miktuba b’mod riflessiv u b’temi spiritwali. L-iskop ewlieni tiegħu hu li studenti tal-Medja u s-Sekondarja jkollhom f’idejhom ġabra ta’ stejjer li permezz tagħhom jirriflettu u jiskopru t-tifsira aktar profonda tal-ħajja u jagħrfu li: 

  • Il-ħajja hija l-akbar rigal li għandnau kull ħajja għandha skop u missjoni.
  • Kull esperjenza, kemm sabiħa kif ukoll diffiċli, tista’ tgħinna nikbru.
  • L-istejjer iħeġġuna nieqfuunapprezzaw il-mumenti ta’ kuljum. 
  • Jistednuna niskopru l-preżenza ta’ Alla fil-ħajja tagħna.
  • Jgħinuna nagħrfu lilna nfusna u dak li hu tassew importanti.
  • Isaħħu fina t-tama, il-kuraġġ u l-gratitudni.
  • U jaffermaw li kull wieħed u waħda minna għandu ħajja prezzjuża li jistħoqqilha tiġi mħarsa, apprezzata u mgħixa bis-sħiħ.

Titlu tal-Ktieb

Il-titlu Ħajti Prezzjuża juri kemm il-ħajja hija l-akbar rigal li għandna, li kull persuna għandha valur uniku u li jistħoqqilha tiġi mħarsa, apprezzata u mgħixa bis-sħiħ. 

Stejjer fil-Ktieb

Il-ktieb fih stejjer oriġinali miktuba bil-Malti. Huma ġabra ta’ stejjer qosra u riflessivi għaż-żgħażagħ, li kienu ppubblikati fir-rivista FLIMKIEN bejn l-2016 u l-2020. 

Għal kull xahar tas-sena, hemm storja li hija marbuta ma’ żmien jew esperjenza partikolari ta’ żgħażagħ u persuni differenti f’mumenti varji matul is-sena, u juru esperjenzi li jmorru minn sitwazzjonijiet ta’ kuljum sa mumenti aktar profondi fil-ħajja. 

Minn kull storja toħroġ Prayer Space li tistieden lill-qarrej jieqaf, jirrifletti u jiltaqa’ ma’ Alla f’dak li jkun qed jgħix. B’dan il-mod, il-ktieb juri li kull ambjent u kull esperjenza fil-ħajja jistgħu jsiru spazju fejn Alla jiltaqa’ mal-persuna.

1. Titħajjar Iżżomm Journal?

2. Ħolm u Xewqat

3. Jivvinthom!

4. Tħobb tiġbed ritratti?

5. Kemm għandek żmien?

6. Eroj ta' veru

7. Irxoxta mill-ġdid

8. Kun int innifsek!

9. Iċ-ċagħka u x-xemgħa

10. Qatt sifirt?

11. Qatt ma rajt siġar bħal dawn!

12. Għaliex?

13. Pls tagħmluhx delete

14. Ma nafx kif naqbad ngħidlek!

15. Tħobb timxi?

16. Tlett ijiem ġo farmhouse?

17. Hu u jaqta’ l-ful

18. X’inhi d-dinja għalik?

19. Wara ġimgħa camping

20. Xi dwejjaq, m’għandix x’nagħmel!

21. Ħarġu r-riżultati!

22. Int m’hawnx bħalek!

23. Dak l-imbierek taraġ!

24. Din għal min iħobb l-avventuri!

25. Ħajtek sabiħa u prezzjuża

26. Ħabib sinċier

27. Kaxxa tal-kartun

28. Baqgħu sorpriżi!

29. Siġġu vojt fil-Milied

30. Prayer for the other

31. Talba għall-familji tagħna

Għala dawn l-istejjer

L-istejjer riflessivi qosra, inkitbu bil-ħsieb li jgħinu liż-żgħażagħ jagħrfu u japprezzaw kemm ħajjithom hi sabiħa u prezzjuża. Il-ktieb iħeġġiġhom inaqqsu r-ritmu tal-ħajja u jieqfu għal mumenti ta’ skiet, biex fil-kwiet u l-kalma jkunu konxji tal-ħajja ta’ madwarhom u ta’ dak li jkunu għaddejjin minnu, fil-preżenza ta’ Alla.  

Din il-ġabra tindirizza diversi aspetti tal-ħajja umana, minn sfidi personali sa esperjenzi ta’ ferħ u kuntentizza, u titratta t-temi ta’ identità, stima personali, tama, bidla, relazzjonijiet, kuraġġ, gratitudni, u aktar. Kull rakkont jipprovdi ħarsa unika lejn is-sitwazzjonijiet tal-ħajja li l-karattri fl-istejjer għaddejin minnhom u jistieden lill-qarrejja jirriflettu fuq ħajjithom stess, jgħarfu l-valuri tagħhom, u jfittxu mod kif jgħixu ħajja aktar sabiħa u aktar sħiħa. Miktub b’sensittività u għarfien, il-ktieb huwa relevanti u ta’ valur għal kull min ifittex kif jista’ jikber u jiżviluppa l-ħajja u l-ispiritwalità. Dan il-ktieb jagħti l-opportunità lil qarrej, jesprimi b’mod personali ħsibijietu u l-emozzjonijiet tiegħu. 

Spazju ta’ Talb Kreattiv

Ma’ kull storja, il-qarrejja jistgħu joħolqu spazju ta’ riflessjoni u talb b’mod kreattiv u interattiv bl-istess mod li jkunu għamlu l-karattri fl-istorja.  

Reflections for the Readers

Wara kull storja, il-qarrejja jsibu attività ta’ riflessjoni li tistedinhom jieqfu, jaħsbu u jesprimu dak li qed iħossu u jesperjenzaw. Permezz ta’ kitba ħielsa fid-djarju personali tagħhom, ikollhom l-opportunità jesploraw il-ħsibijiet, l-emozzjonijiet u l-esperjenzi tagħhom, filwaqt li jagħmlu rabta bejn il-messaġġ tal-istorja u l-ħajja tagħhom ta’ kuljum.

QR Code

Wara kull storja, wieħed jista’ jsib QR code. Dan iservi biex dak li jkun jisma’ l-istorja moqrija.

Istruzzjonijiet biex tuża l-QR Code

  • Niżżel QR Reader minn fuq il-mowbajl/tablet/ kompjuter.
  • Poġġi l-mowbajl quddiem il-QR code.
  • Skennja l-QR code u stenna ftit.
  • Segwi l-istorja moqrija u l-attivitajiet relatati magħha.

Ħarsetta

ĦAJTI PREZZJUŻA’ fih ġabra ta’ stejjer miktuba bil-ħsieb li jgħinu liż-żgħażagħ ta’ kull età jagħrfu u japprezzaw l-iktar ħaġa prezzjuża li għandna – il-ħajja; u jsiru aktar konxji filwaqt li jkomplu jagħrfu kemm ħajjithom hi sabiħa u prezzjuża. 

Fl-istejjer, niltaqgħu ma’ diversi aspetti tal-ħajja umana, minn sfidi personali, esperjenzi ta’ ferħ u kuntentizza, rabja, niket, preokkupazzjonijiet sa mistoqsijiet kbar lil Alla. Stejjer li jitrattaw t-temi ta’ identità u stima personali, gratitudni, maħfra, ħbiberija, relazzjonijiet, inġustizzja, missjoni, tama, bidla, kuraġġ, apprezzament lejn il-ħolqien u aktar. 

Il-ktieb iħeġġeġ li nnaqqsu r-ritmu tal-ħajja u nieqfu għal mumenti ta’ skiet, biex fil-kwiet u l-kalma nkunu konxji tal-ħajja ta’ madwarna u ta’ dak li nkunu għaddejjin minnu, fil-preżenza ta’ Alla.  

Kull storja tipprovdi ħarsa unika lejn is-sitwazzjonijiet tal-ħajja li l-karattri fl-istejjer għaddejin minnhom u tistieden lill-qarrejja jirriflettu fuq ħajjithom stess, jagħrfu l-valuri tagħhom, u jfittxu mod kif jgħixu ħajja aktar sabiħa u aktar sħiħa.  

Miktub b’sensittività u għarfien, il-ktieb huwa relevanti u ta’ valur għal kull min ifittex li jikber fil-ħajja personali u l-iżvilupp spiritwali filwaqt li jagħti ċ-cans lill qarrejja jidħlu f’relazzjoni ma’ Alla li jfejjaq, li jħobb, li jisma’, li jipprovdi u li huwa qrib l-esperjenza tagħna u preżenti fil-vjaġġ tal-ħajja. 

English