Ages
  • Middle Years
  • Secondary Years

Fil-karnival aħna mdorrijin niftiehmu bejnietna biex nilbsu kostum u mmorru nifirħu flimkien mal-briju li jkun hemm fit-toroq u l-pjazez tal-Belt.

Is-sena l-oħra, waqt li konna għadna d-dar ta’ Bertie, inpinġu wiċċna u nitfgħu l-isprej ikkulurit fuq xagħarna, ħuh iż-żgħir, ta’ sitt snin, li hu ffissat fuq is-Super Heroes, ħareġ jiġri mill-kamra tiegħu, tela’ jaqbeż fuq is-sufan, fetaħ idu u għajjat: “Arawni jien Superman!”

Minnufih mar lura  fil-kamra tiegħu, u reġa’ ħareġ jiġri jaqbeż fuq is-sufan. Fetaħ idu u għajjat: “Arawni jien Iron Man!”

U għat-tielet u r-raba’ darba reġa’ daħal u ħareġ liebes ta’ Batman u mbagħad ta’ Hulk sakemm fl-aħħar ma kellux aktar kostumi oħra x’jilbes.

Ħsibna li mar jilgħab meta wara ftit ħin reġa’ ħareġ fuq is-sufan liebes xorts,  fetaħ idejh u għajjat: “Arawni, dan huwa jien, Andrei, l-eroj ta’ veru!”

U bir-raġun! Għax Andrei huwa tassew eroj, hekk kif inhu, b’dak kollu li kapaċi jagħmel!

Qatt ħsibt kif int ukoll tista’ tkun eroj  ta’ vera? Biex issir eroj ma hemmx għalfejn tilbes ta’ xi ħadd partikulari jew  tippretendiha ta’ xi ħadd li fil-verità m’intix.  Lanqas ma għandek għalfejn tistenna l-mument li ssir taf aktar jew meta se tiggradwa jew meta tiltaqa’ mat-tfajla jew ġuvni ideali tiegħek biex issir eroj.

Għall-kuntrarju, biex issir eroj hija ħaġa tassew sempliċi.  Trid tħaddem il-kapaċitajiet u l-ħiliet li għandek u tuża dak kollu li akkwistajt sa issa – għall-ġid tal-oħrajn. Alla dejjem ifittex nies li jistgħu jagħmlu xi ħaġa b’dak li jafu u b’dak li  diġà għandhom.

Anke lilek, Alla jsejjaħlek biex tmidd idejk u twettaq xi ħaġa li int kapaċi fiha u li  tista’ tagħmilha. Forsi tgħid  f’qalbek, “Lili qed isejjaħ Alla? Kif jista’ jkun? Naħseb li qed jagħżel persuna żbaljata għax jien ma nafx, ma ninqalax u nistħi.”

Nistiednek tħares ftit lejn  idejk u taħseb f’dawk l-affarijiet kollha li kapaċi tagħmel (tpinġi, issajjar, tikteb stejjer, idoqq, eċċ.). Issa agħlaq idejk u aħseb ukoll f’dawk l-affarijiet materjali li għandek.

X’taf tagħmel inti u x’tista’  toffri minn dak li għandek?

Taqtax qalbek. Ibda minn dak li taf u minn dak li għandek, imbagħad bil-qawwa ta’ Alla ssib is-saħħa, il-kuraġġ, il-ġenerożità u r-rieda li timxi u tibqa’ għaddej f’dak li Alla jsejjaħlek twettaq.

Kemm hi ħaġa tal-għaġeb li Alla jinvolvi lil kull wieħed u waħda minna għall-qadi tal-oħrajn.  B’hekk insiru eroj ta’ veru!

Frar 2018


Attività ta’ Talb

Wara l-animazzjoni tal-istorja riflettiva, tista’ tieħu ftit ħin biex tieqaf, tirrifletti, u titlob bil-għajnuna ta’ waħda mill-attivitajiet ta’ talb minn hawn taħt:

Hero Badge

In this prayer space we reflect how real-life heroes are those who do good and courageous deeds to others and we pray so that we will also be of service to those in need.

Find My Saint

In this prayer space we reflect about the life of the saints and how they can teach us to live a better life.

Mirror

This prayer activity encourages one to identify the positive aspects of oneself as one looks at one’s own self-image created on the image of God in the mirror.



We want to get to know you. To be able to bookmark your favourite content, please log in or sign up below.

User Sign Up

  • This field is for validation purposes and should be left unchanged.


Discover more resources