Ages
  • Middle Years
  • Secondary Years

Imma kif? U dak li semgħet fuq ir-radju x’kellu x’jaqsam?

Noel kien ta’ spiss jgħidilha: Be yourself! Kun int innifsek! Tibżax tkun dak li int. Toqgħodx tinbidel biex tingħoġob mill-ħbieb tiegħek. Kun int innifsek, u min verament irid ikun ħabib tiegħek iħobbok għal dak li int.

Imma x’ried ifisser eżattament? Kif tkun ‘int innifsek’?

Darba kienet qed tistenna tal-linja u mit-tieqa ta’ dar instema’ programm tar-radju. Kellha bilfors toqgħod tisimgħu għax il-volum kien għoli. Il-preżentatur kien qed jitkellem dwar il-Beatitudnijiet. Dil-kelma ma kenitx taf xi tfisser imma dak li bdiet tisma’ tant ħassitu kliem sabiħ li ħassitu jmissilha qalbha. Kif rikbet tal-linja, xegħlet l-internet fuq it-tablet u ttajpjat il-kelma ‘Beatitudnijiet’. Sabet li dawn huma tmien sentenzi sbieħ u li kollha jibdew bil-kelma ‘Henjin’ u tahomlna Ġesù:

  • Henjin il-foqra fl-ispirtu, għax tagħhom hija s-Saltna tas-Smewwiet.
  • Henjin l-imnikkta, għax huma jkunu mfarrġa.
  • Henjin ta’ qalbhom ħelwa, għax huma jkollhom b’wirthom l-art.
  • Henjin dawk li huma bil-ġuħ u l-għatx tal-ġustizzja, għax huma jkunu mxebbgħin.
  • Henjin dawk li jħennu, għax huma jsibu ħniena.
  • Henjin dawk li huma safja f’qalbhom, għax huma jaraw ’l Alla.
  • Henjin dawk li jġibu l-paċi, għax huma jissejħu wlied Alla.
  • Henjin dawk li huma ppersegwitati minħabba s-sewwa, għax tagħhom hija s-Saltna     tas-Smewwiet.

Hi u taqra bdiet tħossha tidentifika ruħha sew magħhom għax hi ġieli ħassitha mnikkta u mtaqqla. Kemm xtaqet li tkun tfajla hienja u tipprova tgħix dan l-istil ta’ ħajja!

Staqsiet kif setgħet tiżviluppa dawn il-beatitudnijiet f’ħajjitha. Sabet li bħal kull ħaġa oħra li tkun trid tikber fiha, irid ikollok qalb miftuħa għaliha, titgħallem dwarha u titħarreġ fiha. Riedet ukoll toqgħod attenta għall-persuni li jistgħu jkunu mudelli għaliha. Fehmet li l-Beatitudnijiet huma għejun biex jgħinuha tgħix ħajja aħjar.

Tgħallmet tkun sinċiera magħha nnifisha u tipprova twettaq dak li hu tajjeb u ta’ ġid. Ta’ kuljum bdiet tiltaqa’ ma’ okkażjonijiet fejn setgħet tħobb, tfarraġ, tisma’, taqdi u ġġib il-paċi. Kemm kienet ferħana li għarfet tibda tgħix din it-triq! Issa kienet tħossha tassew ‘hienja’!

Marzu 2017


Attività ta’ Talb

Wara l-animazzjoni tal-istorja riflettiva, tista’ tieħu ftit ħin biex tieqaf, tirrifletti, u titlob bil-għajnuna ta’ waħda mill-attivitajiet ta’ talb minn hawn taħt:

Beatitudes: Joy

In this prayer space, one thinks of people who bring joy and the joyful moments one had, while praying to God for eternal happiness.

Beatitudes: Justice

During this prayer space, one is invited to reflect on injustices around us and to pray for fairness in the world.

Beatitudes: Peace

In this prayer space one thinks about situations of conflict and then prays on bringing peace and reconciliation.

Beatitudes: Resilience

In this prayer space, one is given time to think of those things/persons which strengthen them and to pray in thanks for resilience.

Beatitudes: Compassion

This is a time when one thinks about those people who are sad and sick and ask God to provide them with comfort.

Beatitudes: Humility

This prayer space helps one to recognize that one is not the most important of all and suggests ways how to make others feel special.

Beatitudes: Wisdom

One is invited to spend some time to think about the positive of others.

Beatitudes: Hope

In this prayer space, one thinks about the worries in life and how God is there to help us.

Beatitudes: Forgiveness

This is a space where one thinks about how it feels to forgive and to pray to God to help forgive one another.



We want to get to know you. To be able to bookmark your favourite content, please log in or sign up below.

User Sign Up

  • This field is for validation purposes and should be left unchanged.


Discover more resources