English

Merħba

Il-kap, l-assistenti kapijiet jew l-edukatur li qed imexxi l-assembly jindirizza lill-istudenti b’mod pożittiv billi jawgura l-għodwa t-tajba lil kulħadd. Tista’ tibda l-assembly bir-radd tas-salib: “Fl-isem tal-Missier, u tal-Iben, u tal-Ispirtu s-Santu. Ammen.”

Introduzzjoni

Il-Ħadd li għadda iċċelebrajna il-Pentekoste, li huwa t-twelid tal-Knisja. Dan il-filmat ser jispjegalna iżjed.

Ara

Ħsieb Riflessiv

Il-Knisja m’hiex il-bini, imma aħna. L-ewwel Nsara kienu jiltaqgġu, jitolbu u jieklu flimkien. Kienu jieħdu gost fil-kumpanija ta’ xulxin, filwaqt li jgħinu lil xulxin. Aħna irridu nkunu iżjed bħalhom – nitolbu flimkien, naqsmu li għandna flimkien, ngħinu lil xulxin, u nħallu lill-Ispirtu s-Santu jitkellem permezz tal-azzjonijiet tagħna.

Talba

Għażiż Spirtu s-Santu, għina nkunu nsara li huma miftuħa għal kulħadd u li nirrispettaw lil xulxin u li nkunu eżempju tal-Knisja. Ammen

English

« Back to Year Theme