English

Merħba

Il-kap, l-assistenti kapijiet jew l-edukatur li qed imexxi l-assembly jindirizza lill-istudenti b’mod pożittiv billi jawgura l-għodwa t-tajba lil kulħadd. Tista’ tibda l-assembly bir-radd tas-salib: “Fl-isem tal-Missier, u tal-Iben, u tal-Ispirtu s-Santu. Ammen.”

Introduzzjoni

Il-Pentekoste huwa għeluq snin il-Knisja. L-Ispirtu s-Santu jieħu ħsieb il-Knisja u tagħna ukoll. Din id-diska hija dwar l-Ispirtu s-Santu, ejja nkantawa flimkien. 

Ara

Ħsieb Riflessiv

L-Ispirtu s-Santu huwa l-ħabib li huwa dejjem magħna. Meta nħossuna waħdina jieħu ħsiebna.

Talba

Għażiż Spirtu s-Santu, aħna nħobbuk ħafna, ħu ħsiebna u ibqà magħna. Ammen

Merħba

Il-kap, l-assistenti kapijiet jew l-edukatur li qed imexxi l-assembly jindirizza lill-istudenti b’mod pożittiv billi jawgura l-għodwa t-tajba lil kulħadd. Tista’ tibda l-assembly bir-radd tas-salib: “Fl-isem tal-Missier, u tal-Iben, u tal-Ispirtu s-Santu. Ammen.”

Introduzzjoni

Il-Ħadd li għadda iċċelebrajna il-Pentekoste, li huwa t-twelid tal-Knisja. Dan il-filmat ser jispjegalna iżjed.

Ara

Ħsieb Riflessiv

Il-Knisja m’hiex il-bini, imma aħna. L-ewwel Nsara kienu jiltaqgġu, jitolbu u jieklu flimkien. Kienu jieħdu gost fil-kumpanija ta’ xulxin, filwaqt li jgħinu lil xulxin. Aħna irridu nkunu iżjed bħalhom – nitolbu flimkien, naqsmu li għandna flimkien, ngħinu lil xulxin, u nħallu lill-Ispirtu s-Santu jitkellem permezz tal-azzjonijiet tagħna.

Talba

Għażiż Spirtu s-Santu, għina nkunu nsara li huma miftuħa għal kulħadd u li nirrispettaw lil xulxin u li nkunu eżempju tal-Knisja. Ammen

Merħba

Il-kap, l-assistenti kapijiet jew l-edukatur li qed imexxi l-assembly jindirizza lill-istudenti b’mod pożittiv billi jawgura l-għodwa t-tajba lil kulħadd. Tista’ tibda l-assembly bir-radd tas-salib: “Fl-isem tal-Missier, u tal-Iben, u tal-Ispirtu s-Santu. Ammen.”

Introduzzjoni

Il-Ħadd jimmarka t-twelid tal-Knisja, il-Pentekoste, l-ġurnata li fiha l-appostli bdejt jippridkaw u bdew il-Knisja. Il-Knisja m’hiex il-bini tal-ġebel li naraw madwar Malta, imma aħna l-Knisja, in-nies huwa l-ġebel tal-Knsija, u meta aħna għamilna l-Griżma aħna ikkonfermajna postna permezz tal-Ispirtu s-Santu.

Ara

Ħsieb Riflessiv

L-Ispirtu s-Santu huwa l-qawwa ta’ kull Nisrani. Permezz tiegħu aħna niġu msaħħa biex nkunu ta’ eżempju ta’ mħabba u rispett. Għalkemm ma narawhx, il-qawwa tiegħu hija infinita. Aħna irridu nkunu t-tempju li fih jistà jgħix l-Ispirtu s-Santu u jaħdem permezz tagħna.

Talba

Għażiż Spirtu s-Santu, għamilna tempji tiegħek, fejn inti tistà tgħix u taħdem, gwidana biex nkunu ta’ eżepmju li l-Knisja mhux l-ġebel, imma aħna, għax l-Knisja ħajja. Ammen

« Back to Year Theme« Back to Year Theme