English

Merħba

Il-kap, l-assistenti kapijiet jew l-edukatur li qed imexxi l-assembly jindirizza lill-istudenti b’mod pożittiv billi jawgura l-għodwa t-tajba lil kulħadd. Tista’ tibda l-assembly bir-radd tas-salib: “Fl-isem tal-Missier, u tal-Iben, u tal-Ispirtu s-Santu. Ammen.”

Introduzzjoni

Din il-ġimgħa, fil-5 ta’ Ġunju, niċċelebraw il-jum dinji tal-ambjent. Huwa importanti għax din il-ġurnata tfakkarna biex nieħdu ħsieb l-ambjent ta’ madwarna. Ejja naraw dan il-filmat u naraw x’ ser jiġri.

Ara

Ħsieb Riflessiv

Kif rajna id-dinja inbidlet minn waħda sabiħa bis-siġar u arja nadifa, f’ waħda maħmuġa u kollha fabriki. Għalhekk irridu nieħdu ħsieb is-siġar u l-ilma, biex insalvaw id-dinja.

Talba

Għażiż Ġesù, għina biex nieħdu ħsieb id-dinja u nħalluha aħjar milli sibniha. Ammen

Merħba

Il-kap, l-assistenti kapijiet jew l-edukatur li qed imexxi l-assembly jindirizza lill-istudenti b’mod pożittiv billi jawgura l-għodwa t-tajba lil kulħadd. Tista’ tibda l-assembly bir-radd tas-salib: “Fl-isem tal-Missier, u tal-Iben, u tal-Ispirtu s-Santu. Ammen.”

Introduzzjoni

Fil-5 ta’ Ġunju, niċċelebraw il-jum dinji tal-ambjent, ġurnata iddedikata sabiex jiżdied l-għarfien għas-sbuħija li nsibu madwarna u sabiex nieħdu iżjed azzjonijiet sabiex nieħdu ħsieb id-dinja. Ejja naraw dan il-filmat flimkien.

Ara

Ħsieb Riflessiv

F’ dan il-filmat rajna xeni mill-isbaħ u forsi oħrajn mhux daqshekk. Ejja niftħu għajnejna sabiex nsiru iżjed responsabli għad-dinja u b’ azzjonijiet żgħar nagħmluha aħjar biex ngħixu fiha.

Talba

Għażiż Alla, nirringrazjawk tad-dinja sabiħa. Għina ħa nsiru iżjed responsabli u nieħdu iżjed ħsieba permezz ta’ bidliet żgħar kuljum. Ammen

Merħba

Il-kap, l-assistenti kapijiet jew l-edukatur li qed imexxi l-assembly jindirizza lill-istudenti b’mod pożittiv billi jawgura l-għodwa t-tajba lil kulħadd. Tista’ tibda l-assembly bir-radd tas-salib: “Fl-isem tal-Missier, u tal-Iben, u tal-Ispirtu s-Santu. Ammen.”

Introduzzjoni

Il-5 ta’ Ġunju huwa il-jum dinji tal-ambjent. Jum speċjali li jurina r-reponsabilità li għandna nġorru fl-azzjonijiet tagħna għax qegħdin nħallu impatt fuq id-dinja u l-futur tagħha.

Ara

Ħsieb Riflessiv

Għaddew sentejn minn meta ħareġ dan il-filmat, iżda l-messaġġ għadu b’ saħħtu – li nirbħu fuq it-tniġġis tal-arja għadu punt imporanti ħafna u li għanda bżonnu ħafna. Intom il-preżent u l-futur tad-dinja u għalhekk tridu tagħtu eżempju mhux biss liż-żgħar iżda anke lil kbar, sabiex l-azzjoni fuq l-ambjent noħduha bis-serjetà. Semgħu leħinkom u uru kif tistà tgħin l-ambjent permezz ta’ bidliet żgħar fil-ħajja tiegħek.

Talba

Għażiż Alla, agħtina is-saħħa biex nkunu ta’ eżempju lil dawk li ġew qabilna u warajna ta’ kif nieħdu ħsieb l-ambjent. Agħtina r-reżiljenza biex ma naqtgħux qalbna. Ngħidulek ukoll grazzi tad-dinja li għoġbok tagħtina. Ammen

« Back to Year Theme« Back to Year Theme