English

Merħba

Il-Kap tal-iskola, SLT jew edukatur li qed imexxi l-assemblea jilqa’ lill-istudenti billi jgħid l-għodwa t-tajba. Jista’ jibda  bis-sinjal tas-salib jew minuta fis-skiet.

Introduzzjoni

Slide 2

Hi ħaġa naturali li kultant ma naqblux u li kultant niġġieldu imma nistgħu ngħixu ħajja iktar ferħana jekk nitgħallmu nsolvu kunflitt b’mod pożittiv.

Riflessjoni

Slide 3

Tajjeb li nitgħallmu kif għandna nġibu ruħna meta jkollna xi argument. Huwa importanti li jkollok il-ħiliet li ssolvi kunflitt ħalli s-sitwazzjoni ma ssirx agħar milli hi imma tissolva b’rispett, b’mod li kulħadd ikun sodisfatt u mingħajr ma nwaħħlu fl-oħrajn u nweġġgħu lil xulxin.

Slide 4

Irridu niftakru wkoll li xi kultant, irridu nammettu wkoll li aħna niżbaljaw u jekk ikollna tort ngħidu li jiddispjaċina għall-ħażin li għamilna lil ħaddieħor.

Naturalment, meta xi ħadd iweġġgħek, se tħossok irrabjat jew imdejjaq imma l-vendetta u t-tpattija mhumiex se jġibulek il-paċi imma jagħmluk iktar imdejjaq.  Meta taħfer mill-qalb ikollok il-paċi u l-ħelsien f’qalbek.

Slide 5

Video (optional)

Pope John Paul II jaħfer lir-raġel li pprova joqtlu https://www.vaticannews.va/en/pope/news/2021-05/gun-shots-fear-prayer-and-forgiveness.html

Talba

Slide 6

O Alla,

Għinna nagħmlu l-paċi ma’ xulxin. Biex insolvu l-argumenti u l-kunflitti tagħna bl-imħabba u r-rispett. Għinna naħfru lil dawk li jweġġgħuna bl-istess ġenerożità u ħniena li biha taħfrilna int. Ammen.


Riżorsi oħra

Il-Kulleġġ San Benedittu jiċċelebraw il-festa tal-qassis patrun tagħhom San Benedittu ta’ Nursia fil-21 ta’ Marzu. Dawn il-kulleġġi jistgħu jużaw din it-talba li hija bbażata fuq talba miktuba mill-qaddis innifsu.

Talba

O Alla, San Benedittu jħeġġina biex naħdmu u nitolbu. Għinna nsibu l-paċi interna billi niddedikaw ftit ħin għat-talb. Għinna biex ngħixu fil-paċi miegħek u ma’ ħutna l-bnedmin. Ammen.

Beatitudes: Forgiveness

This is a space where one thinks about how it feels to forgive and to pray to God to help forgive one another.

Forgiveness Stones

In this prayer space one reflects on the good feeling of letting go and forgiving someone who caused pain.

English