l-istudenti tal-Grade 8 tal-iskola San Anton, marru s-Siġġiewi għall-festa ta’ San Nikola. L-ewwel imxew wara l-purċissjoni mbagħad ħadu sehem fil-quddiesa ċċelebrata mill-istudenti tal-iskola primarja.

 


Wara l-quddiesa, l-istudenti kellhom l-opportunità li jitilgħu fil-kampnar tal-knisja u jisimgħu spjegazzjoni qasira dwar id-daqq tal-qniepen. 


Huma komplew jieħdu noti dwar dak li semgħu u raw.


Il-ħarġa ġiet fi tmiemha wara li l-istudenti kielu hot dog bnin u mqaret delizzjużi!

Ritratti u informazzjoni meħudha minn hawn