English

Merħba

Il-kap, l-assistenti kapijiet jew l-edukatur li qed imexxi l-assembly jindirizza lill-istudenti b’mod pożittiv billi jawgura l-għodwa t-tajba lil kulħadd. Tista’ tibda l-assembly bir-radd tas-salib: “Fl-isem tal-Missier, u tal-Iben, u tal-Ispirtu s-Santu. Ammen.”

Introduzzjoni

Il-Ħadd 25 ta’ April huwa l-Jum Dinji għat-talb għall-vokazzjonijiet. Bħala skola ddeċidejna li niddedikaw din l-assembly biex nitolbu għal aktar vokazzjonijiet.

Ara

Ħsieb Riflessiv

Aħna kollha għandna sejħa biex nagħmlu użu mill-ħiliet u t-talenti tagħna biex nagħmlu lid-dinja post aħjar milli hi. Din hija il-vokazzjoni tagħna. Eżempji tal-vokazzjonijiet huma s-saċerdoti, il-ġenituri, l-għalliema, il-mexxejja, il-frontliners (dawk li qegħdin fuq quddiem biex jaqdu u jgħinu lill-oħrajn). Aħna rridu nirrispettaw il-vokazzjonijiet kollha li naraw madwarna.

Talba

Għażiż Alla, aħna nitolbuk biex dejjem nirrispettaw il-vokazzjonijiet kollha, b’mod partikolari f’dan iż-żmien. Għinna nuru rispett lejn dawk li għandhom x’jaqsmu mal-proċess tal-għoti tal-vaċċin kontra l-COVID-19. Ammen.

Idea Addizzjonali

Merħba

Il-kap, l-assistenti kapijiet jew l-edukatur li qed imexxi l-assembly jindirizza lill-istudenti b’mod pożittiv billi jawgura l-għodwa t-tajba lil kulħadd. Tista’ tibda l-assembly bir-radd tas-salib: “Fl-isem tal-Missier, u tal-Iben, u tal-Ispirtu s-Santu. Ammen.”

Introduzzjoni

Il-Ħadd 25 ta’ April huwa l-Jum Dinji għat-talb għall-vokazzjonijiet. Bħala skola ddeċidejna li niddedikaw din l-assembly biex nitolbu għal aktar vokazzjonijiet reliġjużi u biex insiru aktar konxji li għandna nirrispettaw lil dawk kollha li qegħdin jagħtuna servizz.

Ara

Ħsieb Riflessiv

Kull vokazzjoni hija sejħa biex nagħmlu użu mill-ħiliet u mit-talenti biex nagħmlu lid-dinja post aħjar milli hi. Aħna għandna nagħmlu użu mill-kreattività tagħna biex inkunu ta’ servizz għall-oħrajn. Hija sejħa biex nagħmlu t-tajjeb fid-dinja. Huwa dmir tagħna li nirrispettaw lil kull min qiegħed jagħmel l-aħjar li jista’ fis-servizz ta’ Alla fid-dinja. Xi wħud mill-vokazzjonijiet li naraw madwarna huma s-saċerdoti, il-koppji miżżewġa, dawk li mhumiex miżżewġa, l-għalliema, ir-riċerkaturi, il-mexxejja, jew il-frontliners (dawk li qegħdin fuq quddiem biex jaqdu u jgħinu lill-oħrajn).

Talba

Għażiż Alla, aħna nitolbuk biex tagħtina l-kuraġġ biex kull wieħed u waħda minna nsibu l-vokazzjoni tagħna. Jalla dejjem nirrispettaw il-vokazzjonijiet kollha, b’mod partikolari f’dawn iż-żminijiet, il-vokazzjonijiet ta’ dawk li għandhom x’jaqsmu mal-proċess tal-għoti tal-vaċċin kontra l-COVID-19. Ammen.

Idea Addizzjonali

Merħba

Il-kap, l-assistenti kapijiet jew l-edukatur li qed imexxi l-assembly jindirizza lill-istudenti b’mod pożittiv billi jawgura l-għodwa t-tajba lil kulħadd. Tista’ tibda l-assembly bir-radd tas-salib: “Fl-isem tal-Missier, u tal-Iben, u tal-Ispirtu s-Santu. Ammen.”

Introduzzjoni

Il-Ħadd 25 ta’ April huwa l-Jum Dinji għat-talb għall-vokazzjonijiet. Bħala skola ddeċidejna li niddedikaw din l-assembly biex nitolbu għal aktar vokazzjonijiet reliġjużi u biex insiru aktar konxji li għandna nirrispettaw lil dawk kollha li qegħdin jagħtuna servizz.

Ara

Ħsieb Riflessiv

Aħna lkoll lkoll afdati b’vokazzjoni. Il-vokazzjoni hija sejħa biex nagħmlu użu mill-ħiliet u mit-talenti tagħna biex nagħmlu lid-dinja aħjar milli hi permezz tas-servizz, tal-kreattività u tat-tmexxija tagħna. Hija sejħa biex nagħmlu t-tajjeb fid-dinja. Hu dmir tagħna li nirrispettaw lil dawk kollha li qegħdin jagħmlu dak kollu li jistgħu biex ikunu ta’ servizz fid-dinja li Alla ħalaq. Il-vokazzjoni tista’ tkun ta’ professjoni reliġjuża, għall-ħajja miżżewġa, li ma tiżżewwiġx, li taqdi lill-oħrajn bħala għalliema, riċerkatur, mexxej jew frontliner. Din il-Ġimgħa hija wkoll il-Ġimgħa Internazzjonali tal-Immunità (li wieħed jipproteġi ruħu mill-mard).

Talba

Għażiż Alla, nitolbuk biex tagħtina l-kuraġġ biex niskopru x’inhi l-vokazzjoni tagħna u ngħixuha bl-aħjar mod. Nitolbuk għal aktar vokazzjonijiet reliġjużi. Jalla dejjem nirrispettaw il-vokazzjonijiet kollha, l-aktar dawk li jinvolvu l-proċess tal-għoti tal-vaċċin kontra l-COVID-19. Ammen.

Idea Addizzjonali

Merħba

Il-kap, l-assistenti kapijiet jew l-edukatur li qed imexxi l-assembly jindirizza lill-istudenti b’mod pożittiv billi jawgura l-għodwa t-tajba lil kulħadd. Tista’ tibda l-assembly bir-radd tas-salib: “Fl-isem tal-Missier, u tal-Iben, u tal-Ispirtu s-Santu. Ammen.”

Introduzzjoni

Il-Ħadd 25 ta’ April huwa l-Jum Dinji għat-talb għall-vokazzjonijiet. Bħala skola ddeċidejna li niddedikaw din l-assembly biex nitolbu għal aktar vokazzjonijiet reliġjużi u biex insiru aktar konxji li għandna nirrispettaw lil dawk kollha li qegħdin jagħtuna servizz.

Ara

Ħsieb Riflessiv

Aħna lkoll lkoll afdati b’vokazzjoni. Il-vokazzjoni hija sejħa biex nagħmlu użu mill-ħiliet u mit-talenti tagħna biex nagħmlu lid-dinja aħjar milli hi permezz tas-servizz, tal-kreattività u tat-tmexxija tagħna. Hija sejħa biex nagħmlu t-tajjeb fid-dinja. Hu dmir tagħna li nirrispettaw lil dawk kollha li qegħdin jagħmlu dak kollu li jistgħu biex ikunu ta’ servizz fid-dinja li Alla ħalaq. Il-vokazzjoni tista’ tkun ta’ professjoni reliġjuża, għall-ħajja miżżewġa, li ma tiżżewwiġx, li taqdi lill-oħrajn bħala għalliema, riċerkatur, mexxej jew frontliner. Din il-Ġimgħa hija wkoll il-Ġimgħa Internazzjonali tal-Immunità (li wieħed jipproteġi ruħu mill-mard).

Talba

Għażiż Alla, nitolbuk biex tagħtina l-kuraġġ biex niskopru x’inhi l-vokazzjoni tagħna u ngħixuha bl-aħjar mod. Nitolbuk għal aktar vokazzjonijiet reliġjużi. Jalla dejjem nirrispettaw il-vokazzjonijiet kollha, l-aktar dawk li jinvolvu l-proċess tal-għoti tal-vaċċin kontra l-COVID-19. Ammen

Idea Addizzjonali

English

« Back to Year Theme