English

Merħba

Il-kap, l-assistenti kapijiet jew l-edukatur li qed imexxi l-assembly jindirizza lill-istudenti b’mod pożittiv billi jawgura l-għodwa t-tajba lil kulħadd. Tista’ tibda l-assembly bir-radd tas-salib: “Fl-isem tal-Missier, u tal-Iben, u tal-Ispirtu s-Santu. Ammen.”

Introduzzjoni

Din il-ġimgħa ser niċċelebraw l-qaddis speċjali San Ġorġ Preca. Huwa ħabb lil Ġesù kif ukoll kien jħobb jgħallem ħafna. Ejja nkantaw din id-diska flimkien ħalli nuru kemm nħobbu nitgħallmu.

Ara

Ħsieb Riflessiv

Aħna nħobbu l-iskola. Huwa importanti li nħobbu l-iskola u nħobbu nitgħallmu għaliex b’hekk nikbru San Ġorġ Preca kien jħobb jgħallem u għalhekk għen ħafna nies jikbru.

Talba

Għażiż Ġesù, grazzi li tajtna lil San Ġorġ Preca u nies oħra li jħobbu t-tagħlim għaliex bis-saħħa tagħhom nkomplu nikbru. Ammen

Merħba

Il-kap, l-assistenti kapijiet jew l-edukatur li qed imexxi l-assembly jindirizza lill-istudenti b’mod pożittiv billi jawgura l-għodwa t-tajba lil kulħadd. Tista’ tibda l-assembly bir-radd tas-salib: “Fl-isem tal-Missier, u tal-Iben, u tal-Ispirtu s-Santu. Ammen.”

Introduzzjoni

Din il-ġimgħa hija l-festa ta’ San Ġorġ Preca, qaddis Malti, li iddedika ħajtu biex jgħallem dwar il-fidi lil oħrajn. Ejja naraw dan il-filmat ħalli naraw aħjar kemm huwa importanti t-tagħlim.

Ara

Ħsieb Riflessiv

Kif rajna mhux kulħadd għandu x-xorti li jmur l-iskola bħalna, iżda jekk ningħaqdu flimkien nistgħu ngħinu lil dawk li ma jistawx jmorru l-iskola. San Ġorġ Preca huwa ta’ inspirazzjoni bl-eżempju tiegħu – li għallem lil kull min ħabat miegħu.

Talba

Għażiż San Ġorġ Preca, bl-interċessjoni tiegħek għina nkunu t’ eżempju ta’ mħabba u rispett għal dawk ta’ madwarna. Ammen

Merħba

Il-kap, l-assistenti kapijiet jew l-edukatur li qed imexxi l-assembly jindirizza lill-istudenti b’mod pożittiv billi jawgura l-għodwa t-tajba lil kulħadd. Tista’ tibda l-assembly bir-radd tas-salib: “Fl-isem tal-Missier, u tal-Iben, u tal-Ispirtu s-Santu. Ammen.”

Introduzzjoni

Din il-ġimgħa niċċelebraw lil San Ġorġ Preca, mhux biss l-ewwel qaddis Malti iżda qassis li ddedika ħajtu biex jgħallem lin-nies, speċjalment tagħlim fuq il-fidi u l-morali. Ejja naraw dawn il-kelmtejn t’ Obama dwar l-edukazzjoni.

Ara

Ħsieb Riflessiv

F’ dan id-diskors aħna mħeġġin li nkunu reżiljenti, dixxiplinati, bieżla, empatiċi sabiex nkunu bnedmin aħjar. L-edukazzjoni mhux biss għal marki fuq suġġetti, iżda l-iżjed importanti biex nikbru u nizviluppaw. Jiġifieri ma nġarsux lejn xulxin bħala kompetituri iżda nimmotivaw lil xulxin biex nikbru fi bnedmin aħjar.

Talba

Għażiż San Ġorġ Preca, għina nsiru bnedmin li huma reżiljenti, dixxiplinati, bieżla, empatiċi u ta’ qalb tajba, tina l-motivazzjoni li nsiru bnedmin li naħdmu għal dinja aħjar fejn kulħadd jitgħallem u jikber. Ammen

« Back to Year Theme« Back to Year Theme