English

Merħba

Il-kap, l-assistenti kapijiet jew l-edukatur li qed imexxi l-assembly jindirizza lill-istudenti b’mod pożittiv billi jawgura l-għodwa t-tajba lil kulħadd. Tista’ tibda l-assembly bir-radd tas-salib: “Fl-isem tal-Missier, u tal-Iben, u tal-Ispirtu s-Santu. Ammen.”

Introduzzjoni

Dalgħodu ser nitlobkom biex tieqfu ftit u taħsbu. Li kieku kelli nistaqsikom biex tpinġu kelb, taħsbu li l-klieb li tpinġu jiġu kollha eżatt l-istess? Le, l-ebda tpinġija minn tagħkom ma hija ser tkun l-istess għaliex aħna nużaw l-immaġinazzjoni tagħna meta nkunu qed inpenġu. Aħna kollha kreattivi bil-mod uniku tagħna. Qegħdin nitkellmu dwar il-kreattività għaliex fil-21 ta’ April niċċelebraw il-Jum Dinji tal-Kreattività u l-Innovazzjoni. Ejja ħalli naraw dan il-filmat qasir flimkien.

Ara

Ħsieb Riflessiv

Alla tana lkoll kemm aħna l- kapaċità tal-immaġinazzjoni. Huwa jrid li aħna nużaw il- kreattività tagħna biex nagħmlu dinja post isbaħ u aħjar biex ngħixu fiha. Ma jridx li aħna nibżgħu nkunu differenti, naħsbu b’ mod differenti u nagħmlu affarijiet differenti. Meta nkunu kreattivi nkunu qed nieħdu gost. Alla jrid li aħna ngawdu l-affarijiet li noħolqu u li nirrispettaw l-ideat u l-ħiliet ta’ kulħadd.

Talba

Għażiż Alla, nirringrazzjawk tat-talenti u l-ħiliet kreattivi li tajtna. Għinna biex dejjem nirrispettaw il-kreattività fix-xogħol tal-oħrajn. Ammen.

Idea Addizzjonali

WK14 MT EY

Merħba

Il-kap, l-assistenti kapijiet jew l-edukatur li qed imexxi l-assembly jindirizza lill-istudenti b’mod pożittiv billi jawgura l-għodwa t-tajba lil kulħadd. Tista’ tibda l-assembly bir-radd tas-salib: “Fl-isem tal-Missier, u tal-Iben, u tal-Ispirtu s-Santu. Ammen.”

Introduzzjoni

Fil-21 ta’ April niċċelebraw il-Jum Dinji tal-Kreattività u l-Innovazzjoni. Issa ser nitlobkom tieqfu ftit u tisimgħuni. Li kieku kelli ngħidilkom tpinġu kif qed tħossukom, kulħadd ser ipinġi xi ħaġa differenti għax kulħadd jesprimi l- kreattività tiegħu b’mod differenti. Il-kreattività tiġi minn ġo fina u ma għandhiex regoli. Hija mod kif nieħdu gost. Ejja ħalli naraw dan il-filmat qasir flimkien.

Ara

Ħsieb Riflessiv

Alla tana lkoll kemm aħna l-kapaċità tal-immaġinazzjoni. Huwa jrid li aħna nużaw il- kreattività tagħna biex nagħmlu dinja post isbaħ u aħjar biex ngħixu fiha. Ma jridx li aħna nibżgħu nkunu differenti, naħsbu b’mod differenti u nagħmlu affarijiet differenti. Meta nkunu kreattivi nkunu qed nieħdu gost. Alla jrid li aħna ngawdu l-affarijiet li noħolqu u li nirrispettaw l-ideat u l-ħiliet ta’ kulħadd.

Talba

Għażiż Alla, nirringrazzjawk tat-talenti u l-ħiliet kreattivi li tajtna. Agħtina l-kuraġġ biex naqsmu l-ideat kreattivi tagħna mal-oħrajn waqt li dejjem nirrispettaw il-kreattività fix-xogħol tal-oħrajn. Ammen.

Idea Addizzjonali

WK14 MT PY

Merħba

Il-kap, l-assistenti kapijiet jew l-edukatur li qed imexxi l-assembly jindirizza lill-istudenti b’mod pożittiv billi jawgura l-għodwa t-tajba lil kulħadd. Tista’ tibda l-assembly bir-radd tas-salib: “Fl-isem tal-Missier, u tal-Iben, u tal-Ispirtu s-Santu. Ammen.”

Introduzzjoni

Fil-21 ta’ April niċċelebraw il-Jum Dinji tal-Kreattività u l-Innovazzjoni. Il-kreattività hija l-mod kif nesperimentaw, nikbru, nevelwaw, naħsbu f’soluzzjonijiet waqt li fl-istess ħin inkunu qed nieħdu gost. Il-kreattività hija l-mod kif naqsmu l-emozzjonijiet, l-ideat u t-talenti tagħna. F’dan il-filmat se naraw il-messaġġ li għandhom għalina n-Nazzjonijiet Uniti.

Ara

Ħsieb Riflessiv

Fil-21 ta’ April niċċelebraw il-Jum Dinji tal-Kreattività u l-Innovazzjoni. Issa ser nitlobkom tieqfu ftit u tisimgħuni. Li kieku kelli ngħidilkom tpinġu kif qed tħossukom, kulħadd ser ipinġi xi ħaġa differenti għax kulħadd jesprimi l-kreattività tiegħu b’mod differenti. Il- kreattività tiġi minn ġo fina u ma għandhiex regoli. Hija mod kif nieħdu gost. Ejja ħalli naraw dan il-filmat qasir flimkien. Id-don tal-kreattività huwa speċjali għaliex aktar ma nużaw dan id-don aktar insiru kreattivi.

Talba

O Alla nirringrazzjawk għall-kreattività kollha li naraw madwarna u ġo fina għaliex ilkreattività żżomm ħaj l-ispirtu uman tagħna. Nitolbuk tgħinna nirrispettaw lespressjonijiet
kreattivi kollha li naraw madwarna u ġewwa fina bħala l-għeġubijiet ta’ jdejk magħna u ġewwa fina. Ammen

Idea Addizzjonali

WK14 MT MY

Merħba

Il-kap, l-assistenti kapijiet jew l-edukatur li qed imexxi l-assembly jindirizza lill-istudenti b’mod pożittiv billi jawgura l-għodwa t-tajba lil kulħadd. Tista’ tibda l-assembly bir-radd tas-salib: “Fl-isem tal-Missier, u tal-Iben, u tal-Ispirtu s-Santu. Ammen.”

Introduzzjoni

Fil-21 ta’ April niċċelebraw il-Jum Dinji tal-Kreattività u l-Innovazzjoni. Il-kreattività hija l-mod kif nesperimentaw, nikbru, nevelwaw, naħsbu f’soluzzjonijiet waqt li fl-istess ħin inkunu qed nieħdu gost. Il-kreattività hija l-mod kif naqsmu l-emozzjonijiet, l-ideat u t-talenti tagħna. F’dan il-filmat se naraw il-messaġġ li għandhom għalina n-Nazzjonijiet Uniti.

Ara

Ħsieb Riflessiv

Fil-21 ta’ April niċċelebraw il-Jum Dinji tal-Kreattività u l-Innovazzjoni. Issa ser nitlobkom tieqfu ftit u tisimgħuni. Li kieku kelli ngħidilkom tpinġu kif qed tħossukom, kulħadd ser ipinġi xi ħaġa differenti għax kulħadd jesprimi l-kreattività tiegħu b’mod differenti. Il- kreattività tiġi minn ġo fina u ma għandhiex regoli. Hija mod kif nieħdu gost. Ejja ħalli naraw dan il-filmat qasir flimkien. Id-don tal-kreattività huwa speċjali għaliex aktar ma nużaw dan id-don aktar insiru kreattivi.

Talba

O Alla nirringrazzjawk għall-kreattività kollha li naraw madwarna u ġo fina għaliex ilkreattività żżomm ħaj l-ispirtu uman tagħna. Nitolbuk tgħinna nirrispettaw lespressjonijiet kreattivi kollha li naraw madwarna u ġewwa fina bħala l-għeġubijiet ta’ jdejk magħna u ġewwa fina. Ammen

Idea Addizzjonali

English

« Back to Year Theme« Back to Year Theme