Author: Andre Buhagiar

Xi Dwejjaq, M’Għandix X’Nagħmel!

Awwissu! Nofs il-vaganzi tas-sajf. Imma kemm se ndum nitgħażżen fuq is-sufan, bil-laptop f’ħoġri niċċettja ma’ sħabi u nilgħab fuq l-internet? U kemm se ndum rieqed u nqum tard, kważi eżatt għall-ħin tal-ikel? Imma llum, meta kont wiċċi ’l fuq fis-sodda, ħsibt f’dawn:

  • Irrid nipprova nsib ġurnata fil-ġimgħa u niddedikaha għal persuna li tieħu ħsiebi (missieri, ommi, nanna). Insib xi ħaġa li nistgħu nagħmlu flimkien (nixtru, nimxu, ngħumu) li tqarribna aktar bejnietna…

Read more »

X’inhi d-Dinja Għalik?

Din kienet mistoqsija li sħabi u jien ippruvajna nwieġbu waqt li konna qed niddiskutu fi grupp.

“Aħsbu ftit,” qalulna. “Id-dinja għalik tfisser id-dar tiegħek? Il-garaxx fejn tintefa’ tarma l-karozza ma’ sħabek? Il-bandli tar-raħal? It-triq fejn tiġri bir-rota? Iċ-ċentru taż-żgħażagħ? Jew id-dinja tfisser ukoll lil hemm minn fejn tgħixu?”

U kull wieħed u waħda minna beda jaħseb u jwieġeb skont kif iħoss hu…

Read more »

Tlett Ijiem Ġo Farmhouse?

Carla kienet drat tagħmel dejjem l-istess ħaġa kuljum: tqum filgħodu, taqbad tal-linja, tmur l-iskola, terġa’ lura d-dar, tintefa’ tara episodju, tlesti l-istudju, torqod ftit (jew ħafna), imbagħad tqum u toħroġ mal-ħbieb. L-għada l-istess, tqum għajjiena, kważi b’nofs ħeġġa u terġa’ taqbad tal-linja, tmur l-iskola, lura d-dar, tara episodju ieħor waqt li tiekol, imbagħad torqod, tqum u terġa’ toħroġ mal-ħbieb….

Issa kien ġej long weekend u ħbiebha webbluha tmur magħhom ġo farmhouse bil-pixxina…

Read more »

Pls Tagħmluhx delete

Għeżież Nigel u Mariah,

L-ewwel nett nixtieq ngħidilkom li jien inħobbkom ħafna ħafna.

It-tieni qed niktbilkom din l-ittra biex ikollkom tifkira miktuba ta’ dak li nixtieq ngħidilkom imma li għal diversi raġunijiet mhux qed jirnexxili. Forsi għax ma nsibx il-ħin addattat jew għax intom ma tkunux fil-burdata. Jista’ jkun li fl-età tagħkom aktar jinżel għasel kliem ħbiebkom milli kliemi. Jista’ jkun li għandkom wisq studju u impenji, u ħin biex nitkellmu ftit bis-sens ma nsibux…

Read more »

Qatt Sifirt?

Jekk iva, mela dawn smajthom żgur fuq l-ajruplan!

“Aqflu ċ-ċinturin tas-sigurtà, itfu l-mowbajls u apparat elettroniku ieħor. Tipjip mhux permess fuq din it-titjira,” qalet il-vuċi ħelwa tal-airhostess ftit qabel ma l-ajruplan beda t-titjira tiegħu.

Hija kompliet turina kif nilbsu l-maskra tan-nifs kif ukoll kif tintlibes il-life jacket u semmiet prekawzjonijiet oħra f’każ ta’ xi emerġenza…

Read more »

Irxoxta mill-Ġdid

Li kieku kellek tilmħu għaddej fit-triq żgur ma tkunx trid li jkollok xi tgħid miegħu. L-hena tiegħu li jara kif se jwerwer lil kull min jiltaqa’ miegħu. Jekk kien jitwebbel għal xi ħaġa, bis-sewwa jew bid-dnewwa kien jakkwistaha żgur. Kemm meta kien għadu l-iskola kif ukoll meta beda jfittex ix-xogħol ta’ spiss kien jhedded lil kull min jiġi taħt idejh biex jieħu dak li jrid u biex dejjem tgħaddi tiegħu…

Read more »

Tħobb Tiġbed Ritratti?

Reġa’ wasal ir-Randan. Diġà qed nisma’ lil ommi u n-nanniet itanbruli biex nagħmel xi tip ta’ sagrifiċċju matul dawn l-erbgħin jum. Uff xi dwejjaq! Dejjem l-istess! Ma tistax tiekol laħam, ħelu u dik iċ-ċikkulata li tant inħobb!

Imma din is-sena beħsiebni nagħmel xi ħaġa differenti. Beħsiebni nieqaf ftit mill-ġirja tal-ħajja ta’ kuljum u ndur dawra miegħi nnifsi, u niċċekkja dak li qed nagħmel u kif u b’liema mod qed nagħmlu…

Read more »

Respect Towards All Fathers

Instructions Welcome

The SLT or any educator who is conducting the assembly will address the students positively saying Good morning to all…

Read more »

Respect Towards All Women

Instructions Welcome

The SLT or any educator who is conducting the assembly will address the students positively saying Good morning to all…

Read more »

Respect Towards All – World Wildlife

Instructions Welcome

The SLT or any educator who is conducting the assembly will address the students positively saying Good morning to all…

Read more »

Respect Towards All – Social Justice Week

Instructions Welcome

The SLT or any educator who is conducting the assembly will address the students positively saying Good morning to all…

Read more »

Respect Towards Our Teachers

Instructions Welcome

The SLT or any educator who is conducting the assembly will address the students positively saying Good morning to all…

Read more »