Author: Andre Buhagiar

A Fresh Start

Instructions Welcome The head, SLT or educator who is administering the assembly welcomes the students by saying good morning. One can start the assembly with the sign of the cross or a minute in silence. Introduction

Welcome to your new classes, new school, and new year. Let us try and wake up each morning and greet each other happily to one another. Now let’s sing this song together to start the year cheerfully:  

Watch Reflective Thought

We must learn to greet each other and say Hello, to the children we already know and those who are new or do not know so well yet… Read more »

Talba għall-Familji Tagħna

Mulej,

illejla, għada, u kuljum,

nitolbok biex jekk jogħġbok

tieħu ħsieb il-familji tagħna.

Agħtina l-għerf mistħoqq biex nifhmu l-karattri u l-personalitajiet ta’ xulxin.

Agħtina s-saħħa nieħdu paċenzja b’xulxin,

l-aktar meta nħossuna li ż-żejjed kollu żejjed.

Agħtina qalb kbira biex ngħadru lil xulxin l-aktar meta niżolqu fin-niexef,

niżbaljaw,

nitgħajru,

nargumentaw u ntellfu l-paċi lil xulxin… Read more »

Prayer for the Other

Dear Lord, as I look at the other person,

let me think of you first and always to look up to you

so that through you,

I can better see the other.

Lord, as I look at the other person,

let me ask you to be by my side

so that by your grace,

I can better listen to, carry and lift the other

in times of difficulty, stress and misunderstanding… Read more »

Tħobb Timxi?

Carmen hija tfajla kreattiva ħafna u mix-xejn kapaċi toħloq xi ħaġa sabiħa. Tħobb ukoll torganizza mixjiet f’Malta u Għawdex fejn tagħżel mogħdijiet stabbiliti biex ma ssirx ħsara lill-ambjent. Sħabha u oħrajn li jħobbu jingħaqdu magħha jkunu jistennew il-ġurnata biex jerħulha jimxu f’wieħed mill-pajsaġġi sbieħ li għandna fil-gzejjer Maltin.

Fost dak li għandhom ippjanati hemm il-mixja tal-Maqluba mis-Siġġiewi sal-Qrendi, il-mixja tal-Girgenti mill-Buskett sas-Siġġiewi, il-mixja f’tas-Silġ minn Marsaskala sa Marsaxlokk, il-mixja tal-Fawwara u l-mixja mill-Baħrija sal-Imtaħleb… Read more »

Għaliex?

Għaliex trid iġġarrab telfa ta’ persuna biex tapprezzaha?

Għaliex trid tħaqqaqha ma’ min xi darba kien l-għażiż tiegħek?

Għaliex jekk jgħidlek kelma bilfors trid tgħidlu tnejn?

Għaliex bilfors trid tgħaddi tiegħek u l-ieħor irid dejjem imil rasu għa li tgħid int?

Għaliex naqra kalma u paċi ma taħmilhomx?

Taf li qegħdin titrasmettu ħafna tensjoni għalxejn? … Read more »

Iċ-Ċagħka u x-Xemgħa

Nathan spiċċawlu l-karti tal-printer.  Ħareġ ġirja mid-dar qabel jagħlaq tal-ħanut għax ried jilħaq jipprintja l-‘assignment’ għal għada. Hu u sejjer iltaqa’ mal-kappillan, li fakkru fl-adorazzjoni għaż-żgħażagħ li kien se jkun hemm dakinhar aktar tard.

Ra żejda din l-adorazzjoni għax ma tantx kellu aptit imur. Kien għad fadallu ħafna x’jagħmel u wara xtaq jara film.   Imma aktar ma beda jsir il-ħin, ħass f’qalbu lil min jgħidlu:

 “ U ejja mur l-adorazzjoni!  M’int se titlef xejn b’daqshekk… Read more »

Eroj ta’ Veru

Fil-karnival aħna mdorrijin niftiehmu bejnietna biex nilbsu kostum u mmorru nifirħu flimkien mal-briju li jkun hemm fit-toroq u l-pjazez tal-Belt.

Is-sena l-oħra, waqt li konna għadna d-dar ta’ Bertie, inpinġu wiċċna u nitfgħu l-isprej ikkulurit fuq xagħarna, ħuh iż-żgħir, ta’ sitt snin, li hu ffissat fuq is-Super Heroes, ħareġ jiġri mill-kamra tiegħu, tela’ jaqbeż fuq is-sufan, fetaħ idu u għajjat: “Arawni jien Superman!”

Minnufih mar lura  fil-kamra tiegħu, u reġa’ ħareġ jiġri jaqbeż fuq is-sufan… Read more »

Jivvinthom!

B’kollox konna xi 60 tfajla u ġuvni. Konna qegħdin fl-oratorju nitkellmu bejnietna, nilagħbu billiards u table tennis bħalma nagħmlu kull nhar ta’ Ħadd wara li tispiċċa l-quddiesa.

Imma din id-darba Jeff ried jilgħab logħba differenti fl-okkażjoni tal-bidu tas-sena l-ġdida. Wera x-xewqa li nilagħbu ‘Pass the Parcel’ u minnufih ħareġ ġirja sal-karozza iġib kaxxa mimlija. Ma konniex nafu x’kellu ppreparat f’moħħu! … Read more »

Baqgħu Sorpriżi!

Żewġt aħwa ġuvintur, li kienu siefru mal-ġenituri tagħhom meta kienu żgħar, ftiehmu li għall-Milied imorru jżuru b’sorpriża lill-uniku nannu tagħhom li kien baqgħalhom ħaj. Ftit kienu jafuh għajr mir-ritratti u meta xi drabi kienu jkellmuh fuq it-telefon.

Lestew il-bagalji u fost l-affarijiet li ppakkjaw ħadu magħhom diversi albums tar-ritratti biex meta jaslu għandu juruhomlu u jirrakkuntawlu l-esperjenzi tal-familja tagħhom.

Kemm ħassu kuntent in-nannu li fl-aħħar ta’ xjuħitu kellu x-xorti jara lil dawn iż-żewġt ġuvintur neputijiet tiegħu! … Read more »

Ħabib Sinċier

Tlift ħabib, imma l-kliem li qalli għadu jidwi f’widnejja u se jibqa’ ttimbrat f’moħħi.

Il-mewt għal għarrieda tal-ħabib tiegħi ħasditni u xxukkjatni. Ma ridtx nemmen li kien miet. Staqsejt ħafna mistoqsijiet għala ħajtu kellha tintemm daqshekk malajr imma ma sibt l-ebda risposta. Issa għadda ftit żmien mill-mewt tiegħu u tgħidx kemm nimmissjah, imma l-ħbiberija u l-ħajja sempliċi li għex se nibqa’ ngħożżhom. Fost il-kwalitajiet sbieħ li kellu kienet tispikka l-għajnuna li kien jagħti lill-batut u lill-fqir; kellu mħabba speċjali għalihom u dejjem għamel kulma seta’ biex jgħinhom… Read more »

Dak l-Imbierek Taraġ!

Ta’ spiss nisma’ lil ommi tgħidli biex it-taraġ ninżlu sew u naqta’ l-vizzju li għandi li naqbeż it-taraġ tnejn tnejn sa ma nasal isfel. Imma jien l-hena tiegħi naqbeż waqt li ommi tkompli tgħidli, “Għad tieħu tarġa b’oħra, titgerbeb u tispiċċa wiċċek ’il fuq l-isptar!”

Kemm tinkwieta għalija miskina! Dan l-aħħar ikkonfondiet sew meta, minflok ratni naqbeż it-taraġ biex ninżlu, ratni nieqaf isfel mat-tarf tal-poġġaman, inħares sew lejn il-medda tiegħu u noqgħod naħseb ftit… Read more »

Ħarġu r-Riżultati!

Andrew ħebritu qalbu li ma kienx għadda f’suġġett minnhom. Veru kien sabha tqila l-karta tal-eżami dakinhar. U hekk ġara!

Kif fetaħ ir-riżultat, ħass id-dinja taqa’ fuqu. Kien weħel u issa kien tilef iċ-ċans li jidħol fil-kulleġġ fejn kien ilu joħlom li se jkompli l-istudji tiegħu. Dak li kien ilu jispira għalih rah jispiċċa fix-xejn.

Sadanittant, fuq il-midja soċjali, ħbiebu bdew jiktbu fuq l-istatus tagħhom kemm kienu ferħana bir-riżultati sbieħ li ġabu u kulħadd jgħid f’liema kulleġġ kien sejjer u liema suġġetti se jkompli jistudja f’livell avvanzat… Read more »