Author: Andre Buhagiar

Wara Ġimgħa Camping

Ferħan se jtir, Daniel ma waqafx jgħid kemm ħa gost matul il-ġimgħa ‘camping’ li attenda mal-grupp tiegħu. Trid tisimgħu jirrakkonta dwar kemm tgħallem jarma l-kampijiet u jorbot il-ħbula! Kemm sajjar ikel fuq il-ħatab, kemm lagħab u ġera wara l-ballun, kemm għam, kemm kanta għanjiet u taqbiliet, u kemm kabbar il-ħbiberija ma’ sħabu! Qalilna wkoll kemm kien kuntent li rebaħ l-unur għas-sens ta’ responsabbiltà u r-rispett li wera lejn sħabu…

Read more »

Hu u Jaqta’ l-Ful

Nick, iħobbu wisq il-ful, għalhekk, meta zijuh staqsieh jekk riedx imur miegħu sal-għalqa biex jaqta’ kannestru ful, ma ħasibhiex darbtejn. Kienet l-ewwel darba għalih li rifes fl-għalqa u tgħidx kemm ħa gost jaqta’ u jiekol! Imma x-xemx tisreġ fuq rasu ma felaħhiex iżjed u daħal jistrieħ fil-kamra li kien hemm ħdejn il-ġiebja. Mal-ħajt lemaħ kwadru tal-Qalb ta’ Ġesù. Fil-kwiet u l-ħemda li kien hemm, Pawlu tefa’ għajnejh fuq il-ħarsa ħelwa ta’ Ġesù fuq din ix-xbieha u talab hekk:

“Mulej, għinni inti fil-ħajja mtaqqla tiegħi…

Read more »

Ma Nafx Kif Naqbad Ngħidlek!

L-aħwa bdew iduru l-ħwienet biex jixtru rigal għal Jum l-Omm. F’ħin minnhom, Jeremy lemaħ kwadru magħmul mis-sufra. “Dak se nixtrilha jien!”

Ferħan se jtir li sab dak ir-rigal oriġinali, mar dritt id-dar, fetaħ il-kexxun tal-iskrivanija u beda jikteb fuq karti kkuluriti bl-għan li, kif ilesti, jippinnja kull karta mal-kwadru tas-sufra u jagħtih lil ommu.

Fuq karti ĦOMOR forma ta’ qlub kiteb dwar l-imħabba: “Ma, irrid ngħidlek li nħobbok ħafna, imma qatt ma jirnexxili ngħidlek bil-fomm…

Read more »

Qatt Ma Rajt Siġar Bħal Dawn!

Kull nhar ta’ Ħadd wara nofsinhar, Ian u sħabu għandhom id-drawwa li jippreparaw xi ftit ikel u xarbiet bil-frott frisk u joħorġu dawra bir-roti flimkien bħala grupp.

Din id-darba kien imiss lilu jgħidilhom liema rotta jaqbdu. Peress li jħobb l-għasafar u l-kampanja, issuġġerielhom imorru ċ-Chadwick Lakes.

Kienu jistennewh bil-ħerqa l-Ħadd għax kien jgħinhom ikabbru l-ħbiberija ta’ bejniethom waqt li jaqdfu flimkien…

Read more »

Kun Int Innifsek!

Imma kif? U dak li semgħet fuq ir-radju x’kellu x’jaqsam?

Noel kien ta’ spiss jgħidilha: Be yourself! Kun int innifsek! Tibżax tkun dak li int. Toqgħodx tinbidel biex tingħoġob mill-ħbieb tiegħek. Kun int innifsek, u min verament irid ikun ħabib tiegħek iħobbok għal dak li int.

Imma x’ried ifisser eżattament? Kif tkun ‘int innifsek’?

Darba kienet qed tistenna tal-linja u mit-tieqa ta’ dar instema’ programm tar-radju…

Read more »

Kemm Għandek Żmien?

Din il-mistoqsija hija marbuta ma’ logħba li lagħbu erbat iħbieb waqt li kienu d-dar jieħdu tazza ċikkulata sħuna flimkien.

Kull wieħed ħa kartonċina minn fuq il-mejda, kiteb l-età tiegħu fin-nofs u mbagħad qasam il-kumplament tal-kartonċina f’erba’ kaxxi. Fl-ewwel kaxxa kitbu: Ħares lura u rringrazzja ’l Alla. Fit-tieni kaxxa kitbu: Ħares ’il quddiem u afda f’Alla. Fit-tielet kaxxa kitbu: Ħares madwarek u aqdi ’l Alla u fir-raba’ kaxxa kitbu: Ħares ġewwa fik u sib ’l Alla…

Read more »

Ħolm u Xewqat għas-Sena l-Ġdida

X’tixtieq twettaq matul is-sena l-ġdida? Għal xiex qed tispira? Għandek xi ħolma kbira li forsi bħalissa qed taraha impossibbli?

Martina bdiet taħseb f’kemm tixtieq titgħallem iddoqq l-arpa, li trabbi kelb, u li jkollha smartphone. Imma mhux biss!

Kellha wkoll xewqat ferm aktar profondi li setgħu jġibu bidla għall-aħjar fiha nnifisha, f’ta’ madwarha, u fir-relazzjoni tagħha ma’ Alla. Fuq l-internet, kienet rat u semgħet diskors tal-Papa Franġisku fil-bidu tas-sena 2015…

Read more »

Siġġu Vojt fil-Milied

Infittxek,

ngħajjatlek,

indur mal-kmamar kollha.

Għalxejn,

m’intix hemm.

Minflok …

hawn siġġu vojt.

U waqt li kollha

imdawra mal-mejda

nieklu u nixorbu,

nitkellmu, ferħana,

qed nistħajlek hawn magħna.

Imma le,

kollu ta’ xejn …

għax m’intix hawn

u qed nimmissjak…

Read more »

Kaxxa tal-Kartun

Marianne marret Londra għas-‘Sales’… imma sabet ‘xi ħaġa’ oħra

Mimdud fuq biċċa kartuna fuq bankina fil-qalba ta’ Londra kien hemm ġuvni b’bott żgħir f’idu.

Min jaf, forsi xi ħadd minn dawk il-ħafna nies għaddejjin mgħaġġlin jixtru r-rigali mill-ħwienet enormi li hemm f’dawn it-toroq jieqaf jitfagħlu xi ħaġa tal-flus! Imma le, ħafna lanqas biss taw kasu u baqgħu għaddejjin. Mid-dehra kienu drawh mitluq hemm fuq il-kartun, lejl u nhar, sajf u xitwa…

Read more »

Ħajtek Sabiħa u Prezzjuża

Alex hu żagħżugħ tamparek. Dejjem wiċċu għad-dawl, jitbissem u jferraħ lil ta’ madwaru. Tieħu gost tiltaqa’ miegħu; ma tkunx trid titilqu. F’qalbek ikollok tistaqsi: Għaliex hu daqshekk popolari? Għaliex dejjem imdawwar bil-ħbieb? Għaliex kulħadd ifittxu biex ikun miegħu?

Imma fil-verità, bħal kull żgħażugħ ieħor, Alex ukoll ikollu diversi diffikultajiet fl-iskola u fil-familja. Ħafna drabi jħossu mtaqqal. Imma huwa tgħallem iżomm attitudni pożittiva, jiġrilu x’jiġrilu…

Read more »

Din Għal Min Iħobb l-Avventuri!

#Sajf2016 #baħar #xemx #kamping #volontarjat #safar #avventuri

Is-sajf għadda, imma l-esperjenzi ġodda li nibtu f’tant żgħażagħ mhuma se jintesew qatt, għal ħafna raġunijiet!

Min għax tefa’ CV u sab jaħdem; min għax bi ftit inkurraġġiment irnexxielu joħroġ mid-dar u għamel ħbieb ġodda; min mar cruise għall-ewwel darba mal-familja tiegħu; min bl-għajnuna tal-grupp li qiegħed fih tħajjar isiefer il-Polonja għall-Jum Dinji taż-Żgħażagħ; min offra ħinu u l-enerġija tiegħu f’xi volontarjat lokalment jew barra; min ħass is-sejħa għal ħajja reliġjuża; min iltaqa’ mat-tfajla jew il-ġuvni tiegħu; u min…

Forsi int, li għaddejt minn tant avventuri dan is-sajf jew li għadek qatt ma ppruvajt waħda, titħajjar tibda avventura ġdida bl-isem “Avventura ma’ Ġesù”? …

Read more »

Int m’Hawnx Bħalek!

Tina daħlet tbiddel fiċ-changing room, imma ma bidlitx biss il-ħwejjeġ!

Kull meta Tina tidħol wara l-purtiera taċ-changing room biex tipprova l-ħwejjeġ, għajnejha jaqgħu fuq il-mera. U minflok tara jekk il-ħwejjeg jiġuhiex jew le, toqgħod tħares lejn il-ponot f’wiċċha, kemm hi ħoxna (ommha tgħid li hi rqiqa), kemm hi qasira, snienha ’l barra, imneħirha ikrah. Xi drabi tisma’ leħen antipatiku ġo fiha jgħidilha li l-ħwejjeġ jidhru koroh fuqha u ma jixirqilha xejn…

Read more »