English

Merħba

Il-kap, l-assistenti kapijiet jew l-edukatur li qed imexxi l-assembly jindirizza lill-istudenti b’mod pożittiv billi jawgura l-għodwa t-tajba lil kulħadd. Tista’ tibda l-assembly bir-radd tas-salib: “Fl-isem tal-Missier, u tal-Iben, u tal-Ispirtu s-Santu. Ammen”

Introduzzjoni

Dalgħodu se nfakkarkom dwar l-ittra li ħafna minnkom tiktbu lil San Nikola jew kif jafuh ħafna minnkom – Missier il-Milied jew Father Christmas. F’dan iż-żmien tas-sena nibdew naħsbu dwar ir-rigali. F’dan il-ħin li ġej ser naraw film qasir dwar rigal partikolari ħafna.

Ara

Ħsieb Riflessiv

Kemm nieħdu gost meta nagħtu rigal lil xi ħadd u narawh jieħu gost u jifraħ bih!!! Li ngħidu ‘grazzi’ sinċiera u mill-qalb meta nirċievu rigal huwa mod wieħed kif nuru rispett lejn il-persuna li tkun qed tagħtina r-rigal. Sabiħ li nuru rispett għaliex din il-persuna tkun użat il-ħin u l-enerġija tagħha biex tagħtina dak ir-rigal. Meta nirċievu rigal bil-qalb, nieħdu ħsiebu u nużawh bl-aħjar mod nkunu qed nuru rispett u grazzi kbira mhux bil-kliem biss iżda wkoll bl-azzjonijiet tagħna ukoll. Alla qiegħed jagħtina rigal il-ħin kollu. Dan ir-rigal huwa ħajjitna, in-nifs li nieħdu l-ħin kollu. Nuru li verament napprezzaw dan ir-rigal meta
a) nirrispettaw il-ħajja tagħna,
b) nieħdu ħsieb il-ħajja tagħna u tal-oħrajn u
c) nieħdu ħsieb u nipproteġu l-ħajja tal-ħolqien kollu u
d) billi nersqu aktar qrib tiegħu speċjalment f’dan iż-żmien tal-Avvent.

Talba

O Alla, grazzi ta’ dak kollu li tagħtina. Grazzi tar-rigal tal-ħajja tagħna. Grazzi li ħlaqtna speċjali u uniċi. Int veru Alla kbir. Nitolbuk tgħinna biex dejjem u kullimkien nirrispettaw u nieħdu ħsieb il-ħajja tagħna, tal-oħrajn u tal-ħlejjaq kollha. Ammen.

Merħba

Il-kap, l-assistenti kapijiet jew l-edukatur li qed imexxi l-assembly jindirizza lill-istudenti b’mod pożittiv billi jawgura l-għodwa t-tajba lil kulħadd. Tista’ tibda l-assembly bir-radd tas-salib: “Fl-isem tal-Missier, u tal-Iben, u tal-Ispirtu s-Santu. Ammen”

Introduzzjoni

Dalgħodu se nfakkarkom dwar l-ittra li ħafna minnkom tiktbu lil San Nikola jew kif jafuh ħafna minnkom – Missier il-Milied jew Father Christmas. F’dan iż-żmien tas-sena nibdew naħsbu dwar ir-rigali. F’dan il-ħin li ġej ser naraw film qasir dwar rigal partikolari ħafna.

Ara

Ħsieb Riflessiv

Kemm nieħdu gost meta nagħtu rigal lil xi ħadd u narawh jieħu gost u jifraħ bih!!! Li ngħidu ‘grazzi’ sinċiera u mill-qalb meta nirċievu rigal huwa mod wieħed kif nuru rispett lejn il-persuna li tkun qed tagħtina r-rigal. Sabiħ li nuru rispett għaliex din il-persuna tkun użat il-ħin u l-enerġija tagħha biex tagħtina dak ir-rigal. Meta nirċievu rigal bil-qalb, nieħdu ħsiebu u nużawh bl-aħjar mod nkunu qed nuru rispett u grazzi kbira mhux bil-kliem biss iżda wkoll bl-azzjonijiet tagħna ukoll. Alla qiegħed jagħtina rigal il-ħin kollu. Dan ir-rigal huwa ħajjitna, in-nifs li nieħdu l-ħin kollu. Nuru li verament napprezzaw dan ir-rigal meta:
a) nirrispettaw il-ħajja tagħna,
b) nieħdu ħsieb il-ħajja tagħna u tal-oħrajn u
c) nieħdu ħsieb u nipproteġu l-ħajja tal-ħolqien kollu u
d) billi nersqu aktar qrib tiegħu speċjalment f’dan iż-żmien tal-Avvent.

Talba

O Alla, grazzi ta’ dak kollu li tagħtina. Grazzi tar-rigal tal-ħajja tagħna. Grazzi li ħlaqtna speċjali u uniċi. Int veru Alla kbir. Nitolbuk tgħinna biex dejjem u kullimkien nirrispettaw u nieħdu ħsieb il-ħajja tagħna, tal-oħrajn u tal-ħlejjaq kollha. Ammen.

Merħba

Il-kap, l-assistenti kapijiet jew l-edukatur li qed imexxi l-assembly jindirizza lill-istudenti b’mod pożittiv billi jawgura l-għodwa t-tajba lil kulħadd. Tista’ tibda l-assembly bir-radd tas-salib: “Fl-isem tal-Missier, u tal-Iben, u tal-Ispirtu s-Santu. Ammen.”

Introduzzjoni

Bħal dan iż-żmien tas-sena kulħadd ikun qed jaħseb dwar l-imberkin rigali. Nistedinkom biex tqattgħu ftit minuti miegħi naraw dan il-filmat:

Ara

Ħsieb Riflessiv

Żgur li hawn xi wħud minnkom li jiftakru meta kienu żgħar u l-kbar qalulhom biex ikun x’ikun ir-rigal li jiċievu jgħidu ‘grazzi’ u jilqgħuh bi tbissima. Li tirringrazzja b’qalb sinċiera lil min ikun qed jagħtik rigal huwa sinjal li tirrispetta lil dik il-persuna, il-ħin u l-enerġija li investiet. Meta nieħdu ħsieb u nagħmlu użu tajjeb mir-rigali li nirċievu nkunu qed nuru sens ta’ gratitudni u rispett mhux bil-kliem biss iżda wkoll bl-għemil. Alla kontinwament qed jagħtina n-nifs tal-ħajja bħala rigal. Jalla ngħożżu dan ir-rigal u nużawh biex nersqu eqreb tiegħu, tal-oħrajn u tal-ħolqien kollu speċjalment matul dan iż-żmien tal-Avvent.

Talba

O Alla, nirringrazzjawk tar-rigal ta’ ħajjtina, nirringrazzjawk ta’ dak kollu li aħna. Għallimna napprezzaw il-kobor ta’ xogħlok fina u magħna. Nitolbuk tfakkarna kontinwament li aħna uniċi, speċjali u perfetti f’għajnejk. Nitolbu li dan il-ħsieb iħeġġiġna
biex nuru rispett lejn kull forma ta’ ħajja inkluż dik tagħna. Għinna biex dejjem inħarsu u nipproteġu d-dinjità tagħna, il-passat u l-għeruq tagħna illum u dejjem. Ammen.

Merħba

Il-kap, l-assistenti kapijiet jew l-edukatur li qed imexxi l-assembly jindirizza lill-istudenti b’mod pożittiv billi jawgura l-għodwa t-tajba lil kulħadd. Tista’ tibda l-assembly bir-radd tas-salib: “Fl-isem tal-Missier, u tal-Iben, u tal-Ispirtu s-Santu. Ammen.”

Introduzzjoni

Bħal dan iż-żmien tas-sena kulħadd jkun qed jaħseb dwar l-imberkin rigali li ser nagħtu jew nirċievu għall-Milied. Nistedinkom biex tqattgħu ftit minuti miegħi naraw dan il-filmat:

Ara

Ħsieb Riflessiv

Żgur li hawn xi wħud minnkom li jiftakru meta darba rċivew xi rigal stramb jew mhux mistenni u l-espressjonijiet ta’ wiċċhom għamluha ovvja li dak ir-rigal ma ntogħġobx. Xi priedka twila semgħu wara biex minn dak inhar ‘il quddiem ikun x’ikun ir-rigal li jiċievu jgħidu ‘grazzi’ u jilqgħuh bi tbissima. Li tirringrazzja b’qalb sinċiera lil min ikun qed jagħtik rigal huwa sinjal li tirrispetta lil dik il-persuna,i l-ħin u l-enerġija li investiet.
Meta nieħdu ħsieb u nagħmlu użu tajjeb mir-rigali li nirċievu nkunu qed nuru sens ta’ gratitudni u rispett mhux bil-kliem biss iżda wkoll bl-għemil. Alla kontinwament qed jagħtina n-nifs tal-ħajja bħala rigal. Jalla ngħożżu dan ir-rigal u nużawh biex nersqu eqreb tiegħu, tal-oħrajn u tal-ħolqien kollu speċjalment matul dan iż-żmien tal-Avvent.

Talba

O Alla, nirringrazzjawk tar-rigal ta’ ħajjtina ankè jekk xi drabi nixtiequ li kienet differenti, nirringrazzjawk ta’ dak kollu li aħna. Għallimna napprezzaw il-kobor ta’ xogħlok fina u
magħna. Nitolbuk tfakkarna kontinwament li aħna uniċi, speċjali u perfetti f’għajnejk. Nitolbu li dan il-ħsieb iħeġġiġna biex nuru rispett lejn kull forma ta’ ħajja inkluż dik tagħna. Għinna biex dejjem inħarsu u nipproteġu d-dinjità tagħna, il-passat u l-għeruq tagħna illum u dejjem. Ammen.

English

« Back to Year Theme« Back to Year Theme