English

Merħba

Il-kap, l-assistenti kapijiet jew l-edukatur li qed imexxi l-assembly jindirizza lill-istudenti b’mod pożittiv billi jawgura l-għodwa t-tajba lil kulħadd. Tista’ tibda l-assembly bir-radd tas-salib: “Fl-isem tal-Missier, u tal-Iben, u tal-Ispirtu s-Santu. Ammen.”

Introduzzjoni

Din il-ġimgħa hija l-festa ta’ San Ġorġ Preca, qaddis Malti, li iddedika ħajtu biex jgħallem dwar il-fidi lil oħrajn. Ejja naraw dan il-filmat ħalli naraw aħjar kemm huwa importanti t-tagħlim.

Ara

Ħsieb Riflessiv

Kif rajna mhux kulħadd għandu x-xorti li jmur l-iskola bħalna, iżda jekk ningħaqdu flimkien nistgħu ngħinu lil dawk li ma jistawx jmorru l-iskola. San Ġorġ Preca huwa ta’ inspirazzjoni bl-eżempju tiegħu – li għallem lil kull min ħabat miegħu.

Talba

Għażiż San Ġorġ Preca, bl-interċessjoni tiegħek għina nkunu t’ eżempju ta’ mħabba u rispett għal dawk ta’ madwarna. Ammen

English

« Back to Year Theme