English

Merħba

Il-kap, l-assistenti kapijiet jew l-edukatur li qed imexxi l-assembly jindirizza lill-istudenti b’mod pożittiv billi jawgura l-għodwa t-tajba lil kulħadd. Tista’ tibda l-assembly bir-radd tas-salib: “Fl-isem tal-Missier, u tal-Iben, u tal-Ispirtu s-Santu. Ammen.”

Introduzzjoni

Din il-ġimgħa, fl-20 ta’ Novembru, madwar id-dinja ser niċċelebraw il-Jum Dinji tat-Tfal. Illum, waqt li ser nitolbu ser inkantaw u nagħmlu l-movumenti li ser tagħmel din it-tifla fil-video clip.

Ara

Ħsieb Riflessiv

It-tfal kollha madwar id-dinja jħobbu jilagħbu u jieħdu gost. Madwar id-dinja hemm tfal bħalkom li jħobbu jimmaġinnaw, jieħdu gost flimkien u jħossu li hemm min iħobbhom u lest li jieħu ħsiebhom. Meta nilagħbu nieħdu gost imma nieħdu iktar gost jekk meta nilagħbu nirrispettaw lil xulxin u ngħidu le għall-bullying.

Talba

O Alla, nirringrazzjawk għat-tfal kollha bħalna u għall-ħin sabiħ meta nilagħbu flimkien. Nitolbuk biex tieħu ħsieb lit-tfal kollha li qegħdin iħossuhom weħidhom, imweġġgħin, morda, bil-ġuħ jew imdejqa. Nitolbuk biex it-tfal kollha jsibu min iħobbhom u jirrispettahom.

Merħba

Il-kap, l-assistenti kapijiet jew l-edukatur li qed imexxi l-assembly jindirizza lill-istudenti b’mod pożittiv billi jawgura l-għodwa t-tajba lil kulħadd. Tista’ tibda l-assembly bir-radd tas-salib: “Fl-isem tal-Missier, u tal-Iben, u tal-Ispirtu s-Santu. Ammen.”

Introduzzjoni

Qatt ħsibt kif tfal oħra madwar id-dinja se jqattgħu l-ġurnata tal-iskola tagħhom? Dalgħodu se nibdew il-ġurnata billi naraw kif il-ħbieb tagħna Tuli li tgħix il-Bangladesh u Josh li jgħix l-Ingilterra ser iqattgħu l-ġurnata tal-iskola tagħhom.

Ara

Stieden lill-istudenti sabiex jieqfu għal ftit sekondi jaħsbu dwar dak li raw.

Ħsieb Riflessiv

F’dan il-filmat rajna kif tfal madwar id-dinja jagħmlu xi affarijiet li huma l-istess. Xi ħaġa komuni li tfal kollha jieħdu gost jagħmlu hija li jilagħbu. Fl-20 ta’ Novembru ser niċċelebraw il- ‘Jum Dinji tat-Tfal’. Fil-Bangladesh Tuli tilgħab it-Tuktuk, Josh jilgħab din l-istess logħba iżda fl-Ingilterra jisimha Hopscotch u t-tfal Maltin jilagħbu l-istess logħba li nafuha bħala l-Passju. Il-logħob huwa sabiħ iżda meta nuru rispett lejn xulxin waqt il-logħob, il-logħob ma jkunx biss ħin sabiħ iżda wkoll ħin li fih nikbru kuntenti flimkien.

Talba

Missier li inti fis-smewwiet, nirringrazzjawk għat-tfal kollha ta’ madwar id-dinja u għall-ħin tal-logħob. Ħu ħsieb lil dawk it-tfal li qed ibatu minħabba l-faqar. Nitolbuk biex it-tfal kollha jsibu minn iħobbhom u jirrispettahom.

Idea Addizzjonali

L-assembly tista tispiċċa b’din id-diska:

Merħba

Il-kap, l-assistenti kapijiet jew l-edukatur li qed imexxi l-assembly jindirizza lill-istudenti b’mod pożittiv billi jawgura l-għodwa t-tajba lil kulħadd. Tista’ tibda l-assembly bir-radd tas-salib: “Fl-isem tal-Missier, u tal-Iben, u tal-Ispirtu s-Santu. Ammen.”

Introduzzjoni

Fl-20 ta’ Novembru madwar id-dinja ser jkun ċċelebrat ‘Il-Jum Dinji tat-Tfal’. Ser naraw flimkien il-filmat li l-UNICEF għamel is-sena l-oħra għal din iċ-ċelebrazzjoni.

Ara

Stieden lill-istudenti sabiex jieqfu għal ftit sekondi jaħsbu dwar dak li raw.

Ħsieb Riflessiv

We are the change!!! Kultant inkunu wisq mitlufin fil-ħajja tagħna u f’dak li nkunu rridu nagħmlu. Qisu nevitaw li nieqfu u naħsbu. Imma kif qed juruna ż-żgħażagħ li bħalkom ukoll huma tfal ma nistgħux nibqgħu ma jinteressaniex għaliex it-tfal kollha għandhom id-dritt li jgħixu t-tfulija tagħhom, id-dritt għall-bżonnijiet bażiċi u li jgħixu l-ħajja b’dinjità. Ir-rispett li dwaru qed nitkellmu din is-sena jwassalna biex b’rispett naħdmu u nagħtu s-sehem tagħna għal soċjetà u dinja aħjar fejn it-tfal kollha verament jistgħu jiċċelebraw it-tfulija tagħhom.

Talba

Nirringrazzjawk O Alla, għat-tfal kollha ta’ kull età, razza, ġens, nazzjon, sess, twemmin politiku u dak reliġjuż. Nitolbuk tpoġġi x-xewqa f’kulmin jista’ jgħinhom jikbru b’dinjità biex ma jibżax jagħmel din il-missjoni. Agħti lilna l-kuraġġ biex nirbħu fuq l-għażż, l-egoiżmu u l-indifferenza u naħdmu biex il-ħajja u d-dinjità ta’ tfal bħalna tiġi mħarsa.

Idea Addizzjonali

L-assembly tista tispiċċa b’din id-diska:

Merħba

Il-kap, l-assistenti kapijiet jew l-edukatur li qed imexxi l-assembly jindirizza lill-istudenti b’mod pożittiv billi jawgura l-għodwa t-tajba lil kulħadd. Tista’ tibda l-assembly bir-radd tas-salib: “Fl-isem tal-Missier, u tal-Iben, u tal-Ispirtu s-Santu. Ammen.”

Introduzzjoni

Illum nixtieq nibda billi naqsam magħkom dan il-ħsieb…Min jikber malajr jixjieħ malajr!!! Illum nistedinkom biex tapprezzaw it-tfulija u l-adoloxxenza tagħkom. Fl-20 ta’ Novembru madwar id-dinja ser jkun ċċelebrat ‘Il-Jum Dinji tat-Tfal’. Ser naraw flimkien il-filmat li l-UNICEF għamel is-sena l-oħra għal din iċ-ċelebrazzjoni.

Ara

Stieden lill-istudenti sabiex jieqfu għal ftit sekondi jaħsbu dwar dak li raw.

Ħsieb Riflessiv

We are the change!!! Kultant inkunu wisq mitlufin fil-ħajja tagħna u f’ dak li nkunu rridu nagħmlu. Qisu nevitaw li nieqfu u naħsbu. Imma kif qed juruna ż-żgħażagħ li bħalkom ukoll huma tfal ma nistgħux nibqgħu ma jinteressaniex għaliex it-tfal kollha għandhom d-dritt li jgħixu t-tfulija tagħhom, id-dritt għall-bżonnijiet bażiċi u li jgħixu l-ħajja b’dinjità. Ir-rispett li dwaru qed nitkellmu din is-sena jwassalna biex b’rispett naħdmu u nagħtu s-sehem tagħna għal soċjetà u dinja aħjar fejn it-tfal kollha verament jistgħu jiċċelebraw it-tfulija tagħhom.

Talba

Nirringrazzjawk O Alla, għat-tfal kollha ta’ kull età, razza, ġens, nazzjon, sess, twemmin politiku u dak reliġjuż. Nitolbuk tpoġġi x-xewqa f’kulmin jista’ jgħinhom jikbru b’dinjità biex ma jibżax jagħmel din il-missjoni. Agħti lilna l-kuraġġ biex nirbħu fuq l-għażż, l-egoiżmu u l-indifferenza u naħdmu biex il-ħajja u d-dinjità ta’ tfal bħalna tiġi mħarsa.

Idea Addizzjonali

L-assembly tista’ tispiċċa b’din id-diska:

English

« Back to Year Theme« Back to Year Theme