English

Merħba

Il-kap, l-assistenti kapijiet jew l-edukatur li qed imexxi l-assembly jindirizza lill-istudenti b’mod pożittiv billi jawgura l-għodwa t-tajba lil kulħadd. Tista’ tibda l-assembly bir-radd tas-salib: “Fl-isem tal-Missier, u tal-Iben, u tal-Ispirtu s-Santu. Ammen.”

Introduzzjoni

L-21 ta’ Mejju hija ġurnata li timmarka l-jum fejn niċċelebraw is-sbuħija tad-differenzi fil-kulturi tagħna. Ejja naraw x’ser jgħidu dawn it-tfal fuq ild-diversità.

Ara

Ħsieb Riflessiv

Id-diversità hija qawsalla fejn kulħadd huwa speċjali bil-mod tiegħu. Ejja naħsbu ftit x’ jagħmilna speċjali u nġorruha bi kburija, għaliex aħna kollha speċjali – kull wieħed u waħda minna jagħti kulur lil qawsalla.

Talba

Għażiż Alla, iftħilna qalbna biex nħobbu u nirrispettaw lil xulxin, agħlqilna għajnejna biex narawx id-differenzi bejnietna iżda dak li jgħaqqadna. Ammen

English

« Back to Year Theme