English

Merħba

Il-kap, l-assistenti kapijiet jew l-edukatur li qed imexxi l-assembly jindirizza lill-istudenti b’mod pożittiv billi jawgura l-għodwa t-tajba lil kulħadd. Tista’ tibda l-assembly bir-radd tas-salib: “Fl-isem tal-Missier, u tal-Iben, u tal-Ispirtu s-Santu. Ammen.”

Introduzzjoni

Din il-ġimgħa fiha jum importanti – it-12 ta’ Ġunju – il-jum dinji kontra it-tħaddim tat-tfal. Mhux kulħadd huwa xxurtjat li jmur l-iskola, ħafna t-tfal huma sfurzati jmorru jaħdmu. Aħna xxurtjati li nistgħu ngħixu t-tfulija mela ejja nitbissmu, nkantaw u nizfnu flimkien.

Ara

Ħsieb Riflessiv

Sfortunatament mhux it-tfal kollha fid-dinja jistgħu jkunu kuntenti u jkantaw bħalna. Ħafna it-tfal jmorru jaħdmu. Waqt li aħna ġejna hawnhekk biex nieħdu gost u nitgħallmu affarijiet ġodda, dawn it-tfal qamu kmieni ħafna u marru jaħdmu iebes bla ikel għal ħin twil, bħal skjavi.

Tistà turi xi stampi.

Talba

Għażiz Alla, nitlobuk li l-adulti kollha jibdew jirispettaw it-tfulija. Nitlobuk tibgħat nies biex jinħelsu dawn it-tfal u jkunu jistgħu jmorru l-iskola bħalna. Ammen

Vidjow li jagħti informazzjoni addizzjonali

Merħba

Il-kap, l-assistenti kapijiet jew l-edukatur li qed imexxi l-assembly jindirizza lill-istudenti b’mod pożittiv billi jawgura l-għodwa t-tajba lil kulħadd. Tista’ tibda l-assembly bir-radd tas-salib: “Fl-isem tal-Missier, u tal-Iben, u tal-Ispirtu s-Santu. Ammen.”

Introduzzjoni

It-12 ta’ Ġunju, huwa l-jum kontra it-tħaddim tat-tfal. Aħna ixxurtjati li nistgħu niġu l-iskola – nilgħabu ma’ tfal oħra u nitgħallmu ma’ tfal oħra. Mhux it-tfal kollha għandhom il-libertà li jgħixu t-tfulija, uħud mit-tfal jibdew jaħdmu. Ejja naraw din id-diska flimkien u naħsbu ftit fuqhom.

Ara

Ħsieb Riflessiv

Sfortunatament mhux it-tfal kollha huma kuntenti u jistgħu jkantaw bħalna. Ħafna tfal huma sfurzati jaħdmu. Waqt li aħna ġejna l-iskola biex nieħdu gost nitgħallmu, dawn it-tfal kellhom jqumu kmieni biex jmorru jaħdmu xogħol iebes bla ikel għal ħin twil, qishom skjavi. Ejja naħsbu ftit f’ dawn it-tfal qabel ngergru li irridu niġu l-iskola.

Talba

Għażiż Alla nitolbu li l-adulti kollha jirrispettaw it-tfulija. Nitolbu li jaraw li l-ħajja tat-tfal hija iżjed importanti mill-flus. Nitolbu tibgħat nies b’ saħħithom li jieħdu azzjoni u jeħilsu lil dawn it-tfal, biex b’hekk jkunu jistgħu jmorru l-iskola bħalna u jitgħallmu. Ammen

Vidjow li jagħti informazzjoni addizzjonali

Merħba

Il-kap, l-assistenti kapijiet jew l-edukatur li qed imexxi l-assembly jindirizza lill-istudenti b’mod pożittiv billi jawgura l-għodwa t-tajba lil kulħadd. Tista’ tibda l-assembly bir-radd tas-salib: “Fl-isem tal-Missier, u tal-Iben, u tal-Ispirtu s-Santu. Ammen.”

Introduzzjoni

Fit- 12 ta’ Ġunju jiżdied l-għarfien dwar it-tħaddim tat-tfal bis-saħħa tal-jum dinji kontra t-tħaddim tat-tfal. Ġieli ngergru li kellna niġu l-iskola, imma fil-verità aħna xxurtjati. Ixxurtjati li nistgħu u liberi biex ngħixu it-tfulija tagħna – niġu l-iskola, nilgħabu u nikbru. Hawn tfal u adoloxxenti li huma sfurzati jmorru jaħdmu. Ejja naħsbu f’ dawn it-tfal fil-waqt li nisimgħu din id-diska.

Ara

Ħsieb Riflessiv

In-Nazzjonijiet Maqgħuda iddikjaraw is-sena 2021 bħala s-sena internazzjonali għall-eliminazzjoni tat-tħaddim tat-tfal. Ħafna tfal huma sfurzati jmorru jaħdmu sbiex jieklu. Fil-waqt li aħna, fit- 12 ta’ Ġunju, ġejna l-iskola, dawn l-adoloxxenti u anke tfal kellhom jqumu kmieni għal ġurnata iebsa tax-xogħol, bla ikel u sigurtà, għal siegħat twal qishom skjavi. Ejja nkunu grati għall-liberta, għall-iskola u li nistgħu nagħżlu x’ nixtiequ nsiru la nikbru.

Talba

Għażiż Alla, nitolbu li l-adulti kollha jirrispettaw it-tfulija u l-adoloxxenza. Nitolbu li jaraw li l-ħajja tat-tfal u l-adoloxxenti hija iżjed importani mill-flus. Nitolbuk tibgħat nies b’ saħħithom sabiex jieħdu azzjoni u jeħilsu lil dawn it-tfal u l-adoloxxenti u jmorru l-iskola u jwettqu l-ħolm tagħhom. Ammen

« Back to Year Theme« Back to Year Theme