English

Merħba

Il-kap, l-assistenti kapijiet jew l-edukatur li qed imexxi l-assembly jindirizza lill-istudenti b’mod pożittiv billi jawgura l-għodwa t-tajba lil kulħadd. Tista’ tibda l-assembly bir-radd tas-salib: “Fl-isem tal-Missier, u tal-Iben, u tal-Ispirtu s-Santu. Ammen.”

Introduzzjoni

Din il-ġimgħa ser niċċelebraw il-festa ta’ San Martin ta’ Tours. Ejjew naraw dan il-video clip qasir dwar ħajtu.

Ara – agħżel wieħed minn dawn il-vidjows

Staqsi lit-tfal biex jieqfu għal ftit sekondi jaħsbu kif jistgħu jsiru aktar bħal dan il-qaddis.

Ħsieb Riflessiv

San Martin qasam il-mantell tiegħu biex jgħin lil dak il-fqir għaliex ried jurih li kien jirrispettah. Libsu mhux biss bid-drapp iżda ukoll bir-rispett. Kemm hi ħaġa sabiħa li niksu lil xulxin bl-imħabba, bil-ħniena, bi kliem ġentili u bir-rispett.

Talba

Missierna li inti fis-smewwiet, nitolbuk tieħu ħsiebna. Nitolbuk tgħinna nlibbsu lilna nfusna u lil xulxin b’ħafna mħabba u rispett.

Merħba

Il-kap, l-assistenti kapijiet jew l-edukatur li qed imexxi l-assembly jindirizza lill-istudenti b’mod pożittiv billi jawgura l-għodwa t-tajba lil kulħadd. Tista’ tibda l-assembly bir-radd tas-salib: “Fl-isem tal-Missier, u tal-Iben, u tal-Ispirtu s-Santu. Ammen.”

Introduzzjoni

Din il-ġimgħa ser niċċelebraw il-festa ta’ San Martin ta’ Tours. Ejjew naraw dan il-video clip qasir dwar ħajtu.

Ara – agħżel wieħed minn dawn il-vidjows

Staqsi lit-tfal biex jieqfu għal ftit sekondi jaħsbu kif jistgħu jsiru aktar bħal dan il-qaddis.

Ħsieb Riflessiv

San Martin qasam il-mantell tiegħu biex jgħin lil dak il-fqir għaliex ried jurih li kien jirrispettah. Libsu mhux biss bid-drapp iżda ukoll bir-rispett. Kemm hi ħaġa sabiħa li niksu lil xulxin bl-imħabba, bil-ħniena, bi kliem ġentili u bir-rispett.

Talba

Missierna li inti fis-smewwiet, nitolbuk tieħu ħsiebna u tberikna. Għallimna nuru ħniena mal-oħrajn bħal San Martin u naqsmu dak li jkollna mal-oħrajn. Nitolbuk tgħinna nlibbsu lilna nfusna u lil xulxin b’ħafna mħabba u rispett.

Merħba

Il-kap, l-assistenti kapijiet jew l-edukatur li qed imexxi l-assembly jindirizza lill-istudenti b’mod pożittiv billi jawgura l-għodwa t-tajba lil kulħadd. Tista’ tibda l-assembly bir-radd tas-salib: “Fl-isem tal-Missier, u tal-Iben, u tal-Ispirtu s-Santu. Ammen.”

Introduzzjoni

Dalgħodu għall il-minuta u 30 sekonda li ġejjin ser nistedinkom tieqfu u tisimgħu dak li għandu xi jgħid dan iż-żagħżugħ.

Ara

Joe tkellem magħna fuq kif ġie ispirat biex jibda jiggjaolga ma’ Alla u jikber fil-fidi tiegħu minn dan il-qaddis bl-isem ta’ San Martin ta’ Tours. Ejjew nieħdu ftit sekondi biex naħsbu dwar il-ħsibijiet u l-esperjenza li qasam magħna.

Ħsieb Riflessiv

Wara li rajt, smajt u ħsibt dwar dak li qalilna Joe, ikteb jew pinġi fuq biċċa karta xi ħaġa li tiġi f’ moħħok. Jien pinġejt ġakketa u ser npoġġi din it-tpinġija tiegħi x’imkien fejn tfakkarni biex nlibbes lil kull bniedem b’ġenerożità, solidarjetà, ħlewwa, tama u rispett.

Talba

Missier twajjeb, waqt li qed niċċelebraw il-festa’ ta’ San Martin ta’ Tours nitolbuk biex timla lil qalbna bi spirtu u ħeġġa biex fuq l-eżempju ta’ dan il-qaddis nlibbsu lilna nfusna u lil ħaddieħor b’imħabba, ġenerożità, ħniena u rispett sħiħ.

Merħba

Il-kap, l-assistenti kapijiet jew l-edukatur li qed imexxi l-assembly jindirizza lill-istudenti b’mod pożittiv billi jawgura l-għodwa t-tajba lil kulħadd. Tista’ tibda l-assembly bir-radd tas-salib: “Fl-isem tal-Missier, u tal-Iben, u tal-Ispirtu s-Santu. Ammen.”

Introduzzjoni

Dalgħodu għall il-minuta u 30 sekonda li ġejjin ser nistedinkom tieqfu u tisimgħu dak li għandu xi jgħid dan iż-żagħżugħ.

Ara

Joe tkellem magħna fuq kif ġie ispirat biex jibda jiggjaolga ma’ Alla u jikber fil-fidi tiegħu minn dan il-qaddis bl-isem ta’ San Martin ta’ Tours. Ejjew nieħdu ftit sekondi biex naħsbu dwar il-ħsibijiet u l-esperjenza li qasam magħna.

Ħsieb Riflessiv

Wara li rajt, smajt u ħsibt dwar dak li qalilna Joe, ikteb jew pinġi fuq biċċa karta xi ħaġa li tiġi f’ moħħok. Jien pinġejt ġakketa u ser npoġġi din it-tpinġija tiegħi x’imkien fejn tfakkarni biex nlibbes lil kull bniedem b’ġenerożità, solidarjetà, ħlewwa, tama u rispett.

Talba

Missier twajjeb, waqt li qed niċċelebraw il-festa’ ta’ San Martin ta’ Tours nitolbuk biex timla lil qalbna bi spirtu u ħeġġa biex fuq l-eżempju ta’ dan il-qaddis nlibbsu lilna nfusna u lil ħaddieħor b’imħabba bla kundizzjoni, qlub mimlijin ħniena, atti ġenerużi, idejn ħabrieka biex jgħinu fejn jistgħu, kliem ta’ inkoraġġiment u sħiħ.

English

« Back to Year Theme« Back to Year Theme