English

Merħba

Il-kap tal-iskola, l-SMT jew l-edukatur li jkun qed Imexxi l-assembly jagħti merħba lill-istudenti billi jgħidilhom bonġu. Wieħed jista’ jibda bir-radd tas-salib jew ftit minuti ta’ silenzju.

Introduzzjoni

L-Immigranti huma dawk in-nies li jitilqu minn pajjiżhom biex imorru jgħixu ġo pajjiż ieħor. Dawn jagħmlu hekk minħabba li ma jkunux jistgħu jibqgħu joqogħdu f’pajjiżhom, u jivvjaġġaw għal pajjiż ieħor biex jgħixu ħajja aħjar. Ejjew nisimgħu din l-istorja:

Ara

Ħsieb Riflessiv

Ġesu’ Bambin kien bħal dawn l-immigranti. Twieled f’Betlem, imbagħad flimkien mal-Madonna u San Ġużepp, mar joqgħod f’post ieħor jismu Nażaret. Dawn in-nies jagħmlu hekk biex jgħinu lill-familja tagħhom tgħix aħjar, il-kbar imorru x-xogħol u t-tfal jkunu jistgħu jmorru l-iskola biex jitgħallmu.

Talba

Mulej Ġesù, grazzi tad-dar, tal-familja u ta’ dawk li jieħdu ħsiebna. Ħu ħsieb lil dawk it-tfal u nies li bħalissa qegħdin fil-vjaġġ biex imorru jgħixu ġo pajjiż ieħor. Wassalhom bis-sliem. Ammen

Ipprintja l-paġna

English