Merħba
Il-kap, l-assistenti kapijiet jew l-edukatur li qed imexxi l-assembly jindirizza lill-istudenti b’mod pożittiv billi jawgura l-għodwa t-tajba lil kulħadd. Tista’ tibda l-assembly bir-radd tas-salib: “Fl-isem tal-Missier, u tal-Iben, u tal-Ispirtu s-Santu. Ammen.”
Introduzzjoni
Kif kollha tafu sew din il-ġimgħa kellna l-vaganzi tal-midterm. Matul dawn il-holidays iċċelebrajna l-festi tal-qaddisin u tal-mejtin kollha. Ejja naraw flimkien dan il-video qasir li jitkellem fuq waħda minn dawn il-festi.
Ara
Stieden lit-tfal biex jieqfu għal ftit sekondi biex jaħsbu dwar dak li għadhom kif raw.
Ħsieb Riflessiv
Dis-sena matul ix-xahar ta’ Novemberu ser nkomplu niċċelebraw l-festa li ċċelebrajna fl-1 ta’ Novembru, dik tal-qaddisin kollha. Ser nirringrazzjaw lil Alla għall-qaddisin kollha. Il-qaddisin jistgħu jkunu l-membri tal-familja jew ħbieb li ma għandhomx ħajjin u issa qegħdin ħdejn Alla għax urew rispett u mħabba lejn:
a. Alla, b. oħrajn, ċ. u lejn il-ħolqien kollu.
Issa huwa iċ-ċans tagħna li nuruhom rispett lura billi nirringrazzjaw lil Alla li tana lilhom fil-ħajja tagħna u billi nimxu fuq l-eżempju tagħhom.
Talba
Għażiż Alla, nirringrazjawk ta’ din il-ġurnata. Nirringrazjawk tal-qaddisin kollha li għenuna biex nsiru aktar ħbieb miegħek u urewna kif nħobbu u nirrispettaw Lilek, lil xulxin u lill-ħolqien kollu. Nitlobuk tgħina nimxu fuq l-eżempji tagħhom biex aħna wkoll nsiru qaddisin bħalhom.
Merħba
Il-kap, l-assistenti kapijiet jew l-edukatur li qed imexxi l-assembly jindirizza lill-istudenti b’mod pożittiv billi jawgura l-għodwa t-tajba lil kulħadd. Tista’ tibda l-assembly bir-radd tas-salib: “Fl-isem tal-Missier, u tal-Iben, u tal-Ispirtu s-Santu. Ammen.”
Introduzzjoni
Kif kollha tafu sew din il-ġimgħa kellna l-vaganzi tal-midterm. Matul dawn il-holidays iċċelebrajna l-festi tal-qaddisin u tal-mejtin kollha. Ejja naraw flimkien dan il-video qasir li jitkellem fuq waħda minn dawn il-festi.
Ara
Stieden lit-tfal biex jieqfu għal ftit sekondi biex jaħsbu dwar dak li għadhom kif raw.
Ħsieb Riflessiv
Is-soltu matul ix-xahar ta’ Novembru naħsbu u nitlob għal dawk li m’għadhomx ħajjin. Fit-2 ta’ Novembru niċċelebraw il-festa tal-erwieħ kollha. Izda, matul l-vaganzi tal-mid-term iċċelebrajna festa oħra, dik tal-qaddisin kollha. Iċċelebrajna dil-festa fl-1 ta’ Novembru. Dis-sena matul ix-xahar ta’ Novembru ser nuru gratitudni għall-qaddisin kollha. Il-qaddisin jistgħu jkunu l-membri tal-familja jew ħbieb li ma għandhomx ħajjin u issa qegħdin ħdejn Alla għax urew rispett u mħabba lejn:
a. Alla, b. oħrajn, ċ. u lejn il-ħolqien kollu.
Issa huwa iċ-ċans tagħna li nuruhom rispett lura billi nirringrazzjaw lil Alla li tana lilhom fil-ħajja tagħna u billi nimxu fuq l-eżempju tagħhom.
Talba
Għażiż Alla, nirringrazjawk għal din il-ġurnata. Nitolbuk tagħti l-mistrieħ ta’ dejjem lill-erwieħ kollha. Nirringrazjawk għal dawn in-nies qaddisa li ltqajna magħhom matul ħajjitna. Nirringrazjawk għall-qaddin li urewna kif nħobbu u nirrispettaw Lilek, lil xulxin u lill-ħolqien kollu. Nitolbuk li nsiru qaddin bħalhom billi nimxu fuq l-eżempji tagħhom f’ kulma ma naħsbu, ngħidu u nagħmlu.
Merħba
Il-kap, l-assistenti kapijiet jew l-edukatur li qed imexxi l-assembly jindirizza lill-istudenti b’mod pożittiv billi jawgura l-għodwa t-tajba lil kulħadd. Tista’ tibda l-assembly bir-radd tas-salib: “Fl-isem tal-Missier, u tal-Iben, u tal-Ispirtu s-Santu. Ammen.”
Introduzzjoni
Nittama li kellkom bizzejjed mistrieħ matul dawn il-vaganzi. Dawn il-ġranet li għaddew jfakruna fiz-zewġ toroq tal-ħajja li xi darba irridu nesperjenzaw; it-triq tal-ħajja u tal-mewt. Il-kultura li nirrisperaw il-mejtin qed tikber madwarna, kif ser naraw f’ dan il-klipp:
Ara
Staqsi lit-tfal jieqfu għal ftit biex jaħsbu fuq dak li raw.
Ħsieb Riflessiv
Dawn iċ-ċelebrazzjonijiet jfakruna fil-valur u l-impatt kbir li l-ħajitna għandha fuq id-dinja. Ir-ruħ tagħna tibqa għaddejja. L-enerġija tagħna u t-twemin tagħna jibqgħu ħajjjin f’ qalb, moħħ u l-azzjonijiet ta’ dawk li nkunu ltqajna magħhom f’din id-dinja. Tonora lill-mejtin hija popolari ħafna f’ diversi kulturi madwar id-dinja, u tippromovi d-drawwa li tagħti rispett lill-għeziez tagħna li mietu. Mod ta’ kif nistgħu nuru rispett lejn dawk li mietu, dalgħodu, matul dax-xahar u għal bqija ta’ ħajjitna hija billi nitolbu li jsibu l-mistrieħ ta’ dejjem.
Talba
O Alla tal-ħniena, nitolbuk tagħti l-mistrieħ ta’ dejjem lil erwieħ kollha u tagħtihom id-dawl tal-fidwa tiegħek.