English

Merħba

Il-kap, l-assistenti kapijiet jew l-edukatur li qed imexxi l-assembly jindirizza lill-istudenti b’mod pożittiv billi jawgura l-għodwa t-tajba lil kulħadd. Tista’ tibda l-assembly bir-radd tas-salib: “Fl-isem tal-Missier, u tal-Iben, u tal-Ispirtu s-Santu. Ammen.”

Introduzzjoni

It-8 ta’ Marzu huwa magħruf bħala l-Jum Internazzjonali tan-Nisa. Ejjew naraw x’ser jgħidulna dawn it-tfal.

Ara

Ħsieb Riflessiv

Madwarna naraw ħafna nisa li għalina huma speċjali. Dawn it-tfal semmew lil ommhom iżda nisa speċjali jistgħu jkunu n-nanniet, iz-zijiet, ġirien ommijiet li jkunu ‘foster mummies’ u ommijiet addottivi, għalliema u oħrajn; nisa li jaħdmu, li jħobbu, li jagħmlu kulma jistgħu biex joħolqu dinja aħjar għalihom, għall-oħrajn u għat tfal tad-dinja kollha.

Talba

O Alla, nitolbuk tieħu ħsieb in-nisa u l-bniet kollha madwar id-dinja speċjalment dawk li mhumiex qed jiġu rrispettati. Ammen.

Merħba

Il-kap, l-assistenti kapijiet jew l-edukatur li qed imexxi l-assembly jindirizza lill-istudenti b’mod pożittiv billi jawgura l-għodwa t-tajba lil kulħadd. Tista’ tibda l-assembly bir-radd tas-salib: “Fl-isem tal-Missier, u tal-Iben, u tal-Ispirtu s-Santu. Ammen.”

Introduzzjoni

It-8 ta’ Marzu huwa magħruf bħala l-Jum Internazzjonali tan-Nisa. Ejjew naraw x’ser jgħidulna dawn it-tfal.

Ara

Ħsieb Riflessiv

Madwarna naraw ħafna nisa li għalina huma speċjali. Dawn it-tfal semmew lil ommhom iżda nisa speċjali jistgħu jkunu n-nanniet, iz-zijiet, ġirien ommijiet li jkunu ‘foster mummies’ u ommijiet addottivi, għalliema u oħrajn; nisa li jaħdmu, li jħobbu, li jagħmlu kulma jistgħu biex joħolqu dinja aħjar għalihom, għall-oħrajn u għat tfal tad-dinja kollha; nisa li joħolmu dinja mimlija paċi; nisa li qed ibatu u li qed jiġu ttrattati ħażin jew ittrattati bħala skjavi; nisa li ma għandhomx d-dritt li jitkellmu, bniet li m’għandhomx id-dritt li jedukaw ruħhom, li jaqraw jew jużaw il-medja soċjali; tfal bniet li ma jistgħux jesprimu lilhom nfushom la fil-kitba, la fl-arti, la fl-iżfin u lanqas fil-logħob.

Talba

O Alla, nitolbuk tieħu ħsieb in-nisa u l-bniet kollha madwar id-dinja speċjalment dawk li mhumiex qed jiġu rrispettati. Ammen.

Merħba

Il-kap, l-assistenti kapijiet jew l-edukatur li qed imexxi l-assembly jindirizza lill-istudenti b’mod pożittiv billi jawgura l-għodwa t-tajba lil kulħadd. Tista’ tibda l-assembly bir-radd tas-salib: “Fl-isem tal-Missier, u tal-Iben, u tal-Ispirtu s-Santu. Ammen.”

Introduzzjoni

It-8 ta’ Marzu huwa magħruf bħala l-Jum Internazzjonali tan-Nisa. Ejjew naraw x’ser tgħidilna din it-tfajla.

Ara

Ħsieb Riflessiv

It-tema għall-Jum Internazzjonali tan-Nisa ta’ din is-sena hija “Lesti għall-isfida”. Huwa veru li madwarna naraw nisa kbar li jaħdmu ħafna għal dinja aħjar u aktar ġusta għalihom u għall-ġenerazzjonijiet futuri, iżda li narawhom biss ma huwiex biżżejjed. Flimkien għandna bżonn inqajmu kuxjenza u ngħidu ‘le’ għall-affarijiet li mhumiex tajbin u li ma jirrispettawx id-dinjità tal-mara. Għandna bżonn nieħdu stand kontra kull inġustizzja. Irridu naħdmu flimkien ma’ dawk in-nisa li jaħdmu b’imħabba għall-ġid tal-umanità kollha. Irridu naħdmu biex il-bniet kollha jkollhom id-dritt għall-edukazzjoni, id-dritt li jesprimu lilhom infushom anke artistikament. Kull mara għandha d-dritt li tiġi rrispettata, irrispettivament mir-razza, l-età, il-fiżiku tagħha, il-kapaċità intelletwali u l-istatus tagħha.

Talba

O Alla, nitolbuk tagħtina l-għerf tiegħek biex naħdmu favur ir-rispett lejn in-nisa kollha u l-kuraġġ biex nfittxu l-għajnuna fejn hu meħtieġ. Ammen.

« Back to Year Theme« Back to Year Theme