English

Merħba

Il-kap, l-assistenti kapijiet jew l-edukatur li qed imexxi l-assembly jindirizza lill-istudenti b’mod pożittiv billi jawgura l-għodwa t-tajba lil kulħadd. Tista’ tibda l-assembly bir-radd tas-salib: “Fl-isem tal-Missier, u tal-Iben, u tal-Ispirtu s-Santu. Ammen.”

Introduzzjoni

Fit-3 ta’ Marzu ser niċċelebraw il-Jum Dinji tal-Ħajja tal-annimali u n-natura selvaġġa. Ejjew naraw, nisimgħu u nirriflettu fuq il-messaġġ ta’ dan il-filmat:

Ara

Ħsieb Riflessiv

Din is-sena, l-Organizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti qed titlobna naħsbu dwar il-foresti u l-ħlejjaq li jgħixu fihom. Il-foresti huma d-djar ta’ miljuni ta’ nies u annimali. Il-foresti jipprovdulna ikel, ilma bnin u ingredjenti li bihom nagħmlu ħafna mediċini.

Talba

O Alla, nirringrazzjawk tal-ħlejjaq kollha. Jekk jogħġbok, għinna biex nipproteġu u nħarsu l-foresti, il-ħlejjaq u l-komunitajiet kollha li jgħixu hemm billi nagħmlu għażliet tajba u responsabbli.
Ammen.

English

« Back to Year Theme